EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005C0295
Statement by the Commission concerning Article 2 of Directive 2004/48/EC of the European Parliament and of the Council on the enforcement of intellectual property rights
Stqarrija mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali
Stqarrija mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali
ĠU L 94, 13.4.2005, p. 37–37
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 258–258
(MT)
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
258 |
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI
dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali
(2005/295/KE)
Id-Direttiva 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (1) fl-Artikolu 2, paragrafu 1, tgħid illi d-Direttiva tapplika għal kull ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali kif previst fil-liġijiet tal-Komunità u/jew il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kkonċernati.
Il-Kummissjoni tqis li mill-inqas id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li ġejjin jaqgħu taħt il-firxa ta' din id-Direttiva:
— |
dritt ta' l-awtur |
— |
drittijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dritt ta' l-awtur |
— |
dritt sui generis ta' min jagħmel database |
— |
drittijiet ta' min joħloq topografiji ta' prodott semikunduttur |
— |
drittijiet tat-trademarks |
— |
drittijiet tad-disinn |
— |
drittijiet tal-privattiva, inklużi d-drittijiet miksuba biċ-ċertifikati ta' ħarsien supplementari |
— |
indikazzjonijiet ġeografiċi |
— |
drittijiet ta' mudell ta' utilità |
— |
drittijiet għal varjetajiet ta' pjanti |
— |
ismijiet kummerċjali, sakemm dawn ikunu protetti mid-drittijiet tal-proprjetà esklussiva fil-liġi nazzjonali kkonċernata. |
(1) ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 45; Direttiva kif korretta u ppublikata mill-ġdid fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 16.