18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

258


STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI

dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali

(2005/295/KE)

Id-Direttiva 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (1) fl-Artikolu 2, paragrafu 1, tgħid illi d-Direttiva tapplika għal kull ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali kif previst fil-liġijiet tal-Komunità u/jew il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni tqis li mill-inqas id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali li ġejjin jaqgħu taħt il-firxa ta' din id-Direttiva:

dritt ta' l-awtur

drittijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dritt ta' l-awtur

dritt sui generis ta' min jagħmel database

drittijiet ta' min joħloq topografiji ta' prodott semikunduttur

drittijiet tat-trademarks

drittijiet tad-disinn

drittijiet tal-privattiva, inklużi d-drittijiet miksuba biċ-ċertifikati ta' ħarsien supplementari

indikazzjonijiet ġeografiċi

drittijiet ta' mudell ta' utilità

drittijiet għal varjetajiet ta' pjanti

ismijiet kummerċjali, sakemm dawn ikunu protetti mid-drittijiet tal-proprjetà esklussiva fil-liġi nazzjonali kkonċernata.


(1)  ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 45; Direttiva kif korretta u ppublikata mill-ġdid fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 16.