EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0101

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26 ta' Novembru 2001 li temenda d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel

ĠU L 310, 28.11.2001, p. 19–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32011R1169

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/101/oj

32001L0101



Official Journal L 310 , 28/11/2001 P. 0019 - 0021


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE

tas-26 ta' Novembru 2001

li temenda d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [1], u, partikolarment, it-tieni paragrafu ta' l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(6) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE [3], fiha definizzjoni tal-laħam li kienet imħejjija għall-iskopijiet ta' l-iġjene u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Din id-definizzjoni tkopri l-partijiet kollha ta' l-annimali li huma tajbin għall-konsum uman. Din ma tikkorrispondix, b'dana kollu, għal perċezzjoni tal-konsumatur dwar il-laħam u ma tinformax lill-konsumatur rigward in-natura vera tal-prodott disinjat bit-terminu "laħam".

(2) Diversi Stati Membri adottaw definizzjoni tar-terminu "laħam" għall-ittikkettjar tal-prodotti li jkun fihom il-laħam. B'dana kollu, id-diversità tar-resqien nazzjonali wasslet għal diffikultajiet li affettwaw ħażin l-operazzjoni tas-suq intern u għamluha meħtieġa li tkun imħejjija definizzjoni armonizzata.

(3) l-Anness I tad-Direttiva 2000/13/KE jiddiffenixxi ċerti kategoriji ta' l-ingredjenti li jistgħu jkun disinjati bl-isem tal-kategorija pjuttost milli bl-isem speċifiku ta' l-ingredjenti li huma meqjusa biex ikunu inklużi fil-lista ta' l-ingredjenti.

(4) Il-kategorija "laħam" mhix definita f'dak l-Anness, li toħloq diffikultajiet fl-implementazzjoni tad-Direttiva 2000/13/KE, l-aktar f'dak li jirrigwardja l-indikazzjoni fil-lista ta' l-ingredjenti u d-dikjarazzjoni kwantitattiva ta' l-ingredjenti. Hemm ħtieġa, għalhekk, għal definizzjoni armonizzata li tkun tikkorrispondi ma l-isem tal-kategorija "… laħam" sabiex tkun applikata d-Direttiva 2000/13/KE.

(5) In vista tad-dritt tal-konsumaturi li jkunu informati sewwa u kjarament hekk li jkunu jistgħu jagħżlu dak li jieklu u jistudjaw id-differenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ, l-isem tal-ispeċje użat għandu jkun element tar-referenza fil-kategorija ta' l-isem.

(6) Id-definizzjoni tapplika esklussivament għall-ittikkettjar ta' prodotti li jkun fihom il-laħam u xi ingredjent. Ma tkunx tapplika, b'dana kollu, għall-ittikkettjar ta' qatgħat tal-laħam u l-partijiet anatomiċi li huma mibjugħa mingħajr aktar proċessar.

(7) Il-laħam rekoverat mekkanikament jiddifferixxi sinifikament minn "laħam" kif perċepit mill-konsumaturi. Għandu għalhekk ikun eskluż mill-iskop tad-definizzjoni.

(8) Konsegwentament, dan għandu jkun iddenominat bl-isem speċifiku tiegħu, "laħam mekkanikament rekoverat", u bl-isem tal-ispeċje, b'konformità mar-regola stabbilita fl-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2000/13/KE. Din ir-regola tal-ittikkettjar tapplika għall-prodotti koperti bid-definizzjoni tal-Komunità ta' "laħam mekkanikalment rikoverat".

(9) Partijiet oħrajn ta' l-Annimali li huma tajbin għall-konsum uman imma li ma jidħlux fid-definizzjoni tat-terminu "laħam" għall-iskopijiet tal-ittikkettjar għandhom ukoll ikunu disinjati bl-isem speċifiku tagħhom bi qbil ma l-istess prinċipju.

(10) Sabiex ikun iddeterminat il-kontenut ta' "laħam" tal-prodotti b'manjera uniformi, il-limiti massimi għandhom ikunu stabbiliti għal dak ix-xaħam u l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi ta' prodotti li jistgħu jkunu disinjati bl-isem tal-kategorija "… laħam". Dawn il-limiti huma mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-laħam kappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE tal-14 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam kappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam [4].

(11) Jekk dawn il-limiti massimi ma jkunux misbuqa, imma l-kriterji l-oħrajn kollha tad-definizzjoni "laħam" huma sodisfatti, il-kontenut tal-"… laħam" għandu jkun aġġustat 'l isfel kif xieraq, u l-lista ta' l-ingredjenti għandha ssemmi, b'żieda mat-terminu "… laħam", il-preżenza ta' xaħam u/jew insiġ taċ-ċelloli konnettivi.

(12) Jidher ukoll li huwa meħtieġ li jkun stabbilit metodu armonizzat għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-insiġ taċ-ċelloli konnettivi.

(13) Id-Direttiva 2000/13/KE għandha għalhekk tkun emendatat kif xieraq,

(14) il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2000/13/KEE huwa emendat bi qbil mat-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri huwa awtorizzati li jikkummerċjalizzaw il-prodotti li huma f'konformità mad-Direttiva 2000/13/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, sal-31 ta' Diċembru 2002 l-aktar tard.

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, kummerċ fil-prodotti li ma jkunux konformi mad-Direttiva 2000/13/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.

B'dana kollu, il-prodotti li ma humiex konformi mad-Direttiva u li kellhom it-tikketti qabel l-1 ta' Jannar 2003 għandhom ikunu awtorizzati sa kemm jinħlew il-ħażniet.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Huma għandhom immedjetament jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

[2] Edizjoni Speċjali Ingliża, 1963-64 (II), p. 175.

[3] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7.

[4] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Annes I tad-Direttiva 2000/13/KE, it-test li ġej huwa miżjud:

"Definizzjoni | Denominazzjoni | |

Speċje | Xaħam (%) | l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi |

Mammali (apparti milli fniek u porċini) u taħlitiet ta' speċje bil-predominazzjoni tal-mammali | 25 | 25 |

Porċini | 30 | 25Għasafarufniek |

| 15 | 10 |

Jekk dawn il-limiti massimi jkunu misbuqa, imma l-kriteji l-oħrajn kollha għad-definizzjoni tal-laħam ikunu sodisfatti, il-kontenut ".…laħam" għandu jkun aġġustat 'l isfel kif xieraq u l-lista ta' l-ingredjenti għandha ssemmi b'żieda mat-terminu. "…laħam", il-preżenza ta' xaħam u/jew l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi. | | "… laħam" u l-isem(ismijiet) ta' l-ispeċje ta' l-annimali li minnhom ikun ġej. [1] | |

--------------------------------------------------

Top