EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0111

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ta' simplifikazzjoni fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud

ĠU L 384, 30.12.1992, p. 47–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/111/oj

31992L0111



Official Journal L 384 , 30/12/1992 P. 0047 - 0057
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0119


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE

ta' l-14 ta' Diċembru 1992

li temenda d-Direttiva 77/388/KEE u tintroduċi miżuri ta' simplifikazzjoni fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 li tissupplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-għan li jiġu aboliti l-fruntieri fiskali [3] tiffissa l-1 ta' Jannar 1993 bħala d-data għad-dħul fis-seħħ ta' dawn id-disposizzjonijiet fl-Istati Membri kollha;

Billi sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet u biex tiġi introdotta s-simplifikazzjonijiet meħtieġa, hu meħtieġ li tiġi ssupplimentata s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 1993, sabiex jiġi kkjarifikat kif it-taxxa għandha tapplika għal ċerti operazzjonijiet imwettqa ma' territorji ta' terzi u għal ċerti operazzjonijiet mwettqa ġewwa l-Komunità, kif ukoll biex jiġu ddefiniti l-miżuri transizzjonali bejn id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1992 u dawk li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993;

Billi sabiex tiġi ggarantita n-newtralità tas-sistema komuni tat-taxxa tat-turnover fir-rigward ta' l-oriġini ta' l-oġġetti, il-kunċett ta' territorju terz d-definizzjoni ta' importazzjoni għandha tiġi ssupplimentata;

Billi ċerti territorji li jiffurmaw parti mit-territorju tad-dwana Komunitarja huma meqjusa bħala territorji terzi għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud; billi t-taxxa fuq il-valur miżjud hi għalhekk applikata għall-kummerċ bejn l-Istati Membri u dawk it-territorji skond l-istess prinċipji li japplikaw għal kull operazzjoni bejn il-Komunità u pajjiżi terzi; billi hu meħtieġ li jiġi żgurat li dak il-kummerċ ikun soġġett għad-disposizzjonijiet fiskali li huma ekwivalenti għal dawk li kieku jiġu applikati lill-operazzjonijiet imwettqa taħt l-istess kondizzjonijiet ma territorji li ma jagħmlux parti mit-territorju tad-dwana Komunitarja; billi b'riżultat ta' dawn id-disposizzjonijiet is-sbatax-id Direttiva tal-Kunsill 85/362/KEE tas-16 ta' Lulju 1985 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma taxxi tat-turnover - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni temporanju ta' oġġetti li m'humiex mezzi tat-trasport [4], issir bla ebda effett legali;

Billi hu meħtieġ li jingħad eżattament kif l-eżenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni jew ma' operazzjonijiet ekwivalenti għandhom jiġu implimentati; billi hu meħtieġ li d-Direttivi konċernati l-oħra kollha jiġu addattati skond dan;

Billi hu meħtieġ li tiġi kkjarifikata d-definizzjoni tal-post fejn issir it-tassazzjoni ta' ċerti operazzjonijiet imwettqa abbord il-vapuri, l-ajruplani jew il-ferroviji li jittrasportaw lill-passiġġieri ġewwa l-Komunità;

Billi l-arranġamenti transizzjonali għall-intaxxar tal-kummerċ bejn l-Istati Membri għandhom jiġu ssupplimentati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni kemm id-disposizzjonijiet Komunitarji li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi tas-sisa kif ukoll il-bżonn li jiġu kkjarifikati u ssimplifikati ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-taxxa ta' ċerti operazzjonijiet li għandhom jiġu mwettqa bejn l-Istati Membri mill-1 Jannar 1993;

Billi Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa u dwar iż-żamma, ċ-ċaqliq u s-sorveljanza ta' dawn il-prodotti [5] tistipula proċeduri u obbligazzjonijiet partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjonijiet fil-każ ta' kunsinni ta' dawn il-prodotti lil Stat Membru ieħor; billi b'riżultat il-metodi ta' l-applikazzjoni tat-taxxi lil ċerti provvisti u lil ċerti akkwisti intra-Komunitarji ta' prodotti soġġetti għal taxxi tas-sisa jistgħu jiġu ssimplifikati għall-benefiċċju kemm għall-persuni obbligati li jħallsu t-taxxa kif ukoll ta' l-amministrazzjonijiet kompetenti;

Billi hu meħtieġ li jiġi ddefinit l-iskop ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28c tad-Direttiva 77/388/KEE [6]; Billi hu meħtieġ ukoll li jiġu ssupplimentati d-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żamma tat-taxxa u l-metodi li bihom jiġi stabbilit l-ammont taxxabbli ta' ċerti operazzjonijiet Komunitarji;

Billi, għall-operazzjonijiet taxxabbli fis-suq domestiku li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti intra-Komunitarji u li jitwettqu matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 28l tad-Direttiva 77/388/KEE minn persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 28b (A) (1) ta' l-Istess Direttiva, hu meħtieġ li jittieħdu miżuri ta' simplifikazzjoni li jiggarantixxu trattament ugwali fl-Istati Membri kollha; billi sabiex jinkiseb dan, id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw is-sistema tat-taxxa u l-persuna soġġetta għat-taxxa fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu armonizzati;

Billi sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni d-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-persuna obbligata li tħallas it-taxxa fis-suq domestiku u sabiex jiġu evitati ċerti formi ta' evażjoni jew skansar tat-taxxa, hu meħtieġ li jiġu kkjarifikati d-disposizzjonijiet Komunitarji li jikkonċernaw il-ħlas mill-ġdid lill-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-pajjiż tat-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmi fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 77/388/KEE kif emendati bl-Artikolu 28f ta' l-imsemmija Direttiva;

Billi l-abolizzjoni mill-1 ta' Jannar 1993 ta' taxxi fuq l-importazzjoni u fuq is-sussidju tat-taxxa fuq l-esportazzjoni għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tagħmel neċessarju li jkun hemm miżuri transizzjonali sabiex tiġi żgurata n-newtralità tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' intaxxar doppju jew ta' nuqqas ta' intaxxar;

Billi hu għalhekk meħtieġ li jiġu stipulati disposizzjonijiet speċjali għal każijiet fejn proċedura Komunitarja, mibdija qabel l-1 ta' Jannar 1993 għall-iskopijiet ta' provvista li saret qabel dik id-data minn persuna taxxabbli li tkun qiegħda taġixxi bħala tali fir-rigward ta' oġġetti mibgħuta jew trasportati lil Stat Membru ieħor, ma tkunx tlestiet sa wara l-31 ta' Diċembru 1992;

Billi dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal operazzjonijiet taxxabbli mwettqa qabel 1 ta' Jannar 1993 li lilhom ġew applikati eżenzjonijiet partikolari li rriżultaw fl-ittardjar tal-każ li għalih għandu jkun hemm il-ħlas tat-taxxa;

Billi hu ukoll meħtieġ li jiġu stipulati miżuri speċjali għal mezzi ta' trasport li, billi ma jkunux ġew akkwistati jew importati soġġetti għall-kondizzjonijiet tat-taxxa domestika ġenerali ta' Stat Membru, ikunu bbenifikaw, bl-applikazzjoni ta' miżuri nazzjonali, minn eżenzjoni mit-taxxa minħabba l-importazzjoni temporanja tagħhom minn Stat Membru ieħor;

Billi l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri transizzjonali, kemm f'dak li jirrigwarda l-kummerċ bejn l-Istati Membri kif ukoll l-operazzjonijiet ma' territorji terzi, tassumi minn qabel is-supplimentazzjoni tad-definizzjoni ta' l-operazzjonijiet li għandhom isiru soġġetti għat-tassazzjoni mill-1 ta' Jannar 1993 u l-kjarifikazzjoni ta' dawn il-każijiet tal-kunċetti tal-post ta' tassazzjoni, il-każ li għalih għandu jsir ħlas ta' taxxa u meta għandha titħallas it-taxxa;

Billi, minħabba l-qagħda ekonomika ta' bħalissa, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Taljana talbu sabiex, bħala miżura transizzjonali, jiġu applikati disposizzjonijiet li jidderogaw mill-prinċipju tat-tnaqqis immedjat stipulat fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 77/388/KEE; billi din it-talba għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn li ma jistgħux jiġu estiżi;

Billi din id-Direttiva tistipula disposizzjonijiet komuni għas-simplifikazzjoni tat-trattament ta' ċerti operazzjonijiet intra-Komunitarji; billi, f'numru ta' każijiet, sta għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet; billi ċerti Stati Membri ma jkunux jistgħu jispiċċaw il-proċedura leġislattiva meħtieġa sabiex jaddattaw il-leġislazzjoni tagħhom dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fi żmien il-perjodu stipulat; billi perjodu addizzjonali għandu għalhekk jingħata għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; billi perjodu massimu ta' tnax-il xahar hu suffiċjenti għal dan il-għan;

Billi hu għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 77/388/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/388/KEE qiegħda tiġi minnufih emendata skond kif ġej:

1. L-Artikolu 3(4) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"4. B'deroga mill-paragrafu 1, minħabba l-konvenzjonijiet u t-trattati li kkonkludew rispettivament mar-Repubblika Franċiża u mar-Renju Unit tal-Gran Brittannja u ma' l-Irlanda ta' Fuq, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Isle of Man m'għandhomx jiġu ttrattati, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva bħala territorji terzi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li t-transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għall-:

- Principat ta' Monaco huma ttrattati bħala transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew li huma maħsuba għar-Repubblika Franċiża,

- Isle of Man huma trattati bħala transazzjonijiet li joriġinaw ġewwa jew huma maħsuba għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq";

2. L-Artikolu 7(1)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) id-dħul fil-Komunità ta' oġġetti minn territorju terz li m'humiex l-oġġetti koperti minn (a).";

3. fl-Artikolu 7(3):

- fl-ewwel subparagrafu "(a), (b), (ċ) u (d)" għandhom jiżdidu wara "l-Artikolu 16(1)(B)",

- it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"B'mod simili, meta l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 (b) jitqiegħdu, mad-dħul fil-Komunità, taħt waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 33a (1) (b) jew (ċ), il-post ta' l-importazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu din il-proċedura ma tibqax tgħodd,";

4. L-Artikolu 8(1)(ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(c) fil-każ ta' oġġetti fornuti fuq il-vapuri, fuq l-ajruplani jew fuq il-ferroviji matul parti mit-trasportazzjoni ta' passiġġieri ġewwa l-Komunità: fil-punt tat-tluq tat-trasport tal-passiġġieri.

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet:

- "parti minn trasportazzjoni ta' passiġġieri li ssir ġewwa l-Komunità"; għandha tfisser il-parti tat-trasport li ssir, mingħajr waqfa f'territorju terz, bejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla tat-trasport tal-passiġġieri,

- "il-punt tat-tluq tat-trasportazzjoni tal-passiġġieri"; għandha tfisser l-ewwel punt ta' l-imbarkazzajoni tal-passiġġieri previst ġewwa l-Komunità, fejn rilevanti, wara waqfa barra l-Komunità,

- "il-punt tal-wasla tat-trasport tal-passiġġieri"; għandu jfisser l-aħħar punt ta' żbarkazzjoni tal-passiġġieri previst ġewwa l-Komunità ta' passiġġieri li jkunu mbarkaw fil-Komunità, fejn rilevanti, qabel waqfa barra l-Komunità.

Fil-każ ta' vjaġġ bir-ritorn, il-waqfa tar-ritorn għandha tiġi meqjusa bħala trasportazzjoni separata.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju 1993, tagħti lill-Kunsill rapport akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti xierqa dwar il-post ta' tassazzjoni ta' l-oġġetti provduti għall-konsum u għas-servizzi, inklużi s-servizzi tar-restorant, li jkunu pprovduti għall-passiġġieri fuq il-vapuri, l-arjuplani jew il-ferroviji.

Sal-31 ta' Diċembru 1993, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni unanima dwar il-proposta tal-Kummissjoni.

Sal-31 ta' Diċembru 1993, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew ikomplu jeżentaw oġġetti fornuti għall-konsum abbord li l-post ta' tassazzjoni tagħhom jiġi stabbilit skond id-disposizzjonijiet imsemmija fuq, bid-dritt li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud fi stadju iżjed kmieni";

5. L-Artikolu 11(B)(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-ammont taxxabbli għandu jkun, għall-iskopijiet tad-dwana, il-valur stabbilit skond id-disposizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ; dan għandu jgħodd ukoll għall-importazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(1)(b).";

6. L-Artikolu 12(1)(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(b) fil-każijiet li hemm provvediment għalihom fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 10(3), ir-rata applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fil-ħin meta t-taxxa jkollha titħallas.";

7. L-Artikolu 12(3)(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. (a) Ir-rata standard tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi ffissata minn kull Stat Membru bħala persentaġġ ta' l-ammont taxxabbli u għandha tkun l-istess għall-provvista ta' oġġetti u għall-provvista ta' servizzi. Mill-1 ta' Jannar 1993 sal-31 ta' Diċembru 1996, dan il-persentaġġ ma jistax ikun inqas minn 15 %.

Fuq il-bażi tar-rapport dwar it-tħaddim ta' l-arranġamenti transizzjonali u l-proposti ta' l-arranġamenti definittivi li għandhom jingħataw mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 28l, il-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament qabel il-31 ta' Diċembru 1995 dwar il-livell tar-rata minima li għandha tiġi applikata wara l-31 ta' Diċembru 1996 fir-rigward tar-rata standard.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata waħda jew żewġ rati mnaqqsa. Dawn ir-rati għandhom jiġu ffissati bħala persentaġġ ta' l-ammont taxxabbli li ma jistax ikun inqas minn 5 % u għandhom japplikaw biss għal provvisti tal-kategoriji ta' oġġetti u servizzi speċifikati fl-Anness H.";

8. fl-Artikolu 14(1):

- (c) għandha tiġi mħassra,

- is-segwenti għandu jiġi miżjud ma’ (d):

"Din l-eżenzjoni għandha tgħodd ukoll għall-importazzjoni ta' oġġetti, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 7(1)(b), li jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-eżenzjoni stipulata hawn fuq jekk dawn kienu ġew importati taħt it-tifsira ta' l-Artikolu 7(1)(a).";

9. fl-Artikolu 15:

- is-subparagrafi segwenti għandhom jiġu miżjuda ma' (2):

"Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill mill-aktar fis possibbli proposti sabiex jitwaqqfu regoli fiskali Komunitarji li jispeċifikaw il-għan u l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta' din l-eżenzjoni ta' provvisti magħmula fl-istadju ta' l-imnut ta' l-oġġetti li għandhom jinġarru fil-valiġġi personali tal-vjaġġaturi. Sakemm dawn id-disposizzjonijiet jidħlu fis-seħħ:

- il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-produzzjoni ta' kopja tal-fattura jew dokumenti oħra minflok dan, endorsjata mill-uffiċjal tad-dwana ta' fejn l-oġġetti jkunu telqu mill-Komunità,

- L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni, jistgħu jeskludu mill-benefiċċju ta' l-eżenzjoni dawk il-provvisti lill-vjaġġaturi li d-domiċilju jew r-residenza normali tagħhom tinstab fil-Komunità u jistgħu jestendu l-benefiċċju ta' l-eżenzjoni lir-residenti tagħhom.

Għall-iskopijiet sabiex jiġi applikat it-tieni subparagrafu "domiċilju jew residenza normali"; tfisser il-post imniżżel bħala tali fil-passaport, fil-karta ta' l-identità jew, fin-nuqqas ta' dawn, f'dokumenti oħra ta' identità li l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu l-orovvista qiegħda ssir jirrikonoxxi bħala valida,";

- f'(3) il-kliem 'stabbilit f'pajjiż terz "għandhom jiġu sostitwiti bi""mhux stabbilit ġewwa t-territorju tal-pajjiż",

- f'(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill mill-aktar fis possibbli proposti sabiex jistabbilixxu regoli fiskali Komunitarji li jispeċifikaw l-iskop ta' u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' din l-eżenzjoni u l-eżenzjonijiet li hemm provvediment għalihom f'(5) sa (9). Sakemm dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw sa liema punt tista' ssir l-eżenzjoni li hemm provvediment għaliha f'dan il-paragrafu.",

- fit-tieni subparagrafu ta' (10) il-kliem "kondizzjonijiet u limitazzjonijiet" għandhom jiġu ssostitwiti b'limitazzjonijiet',

- f'(10) it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"F'każijiet fejn l-oġġetti m'humiex mibgħuta jew ttrasportati 'l barra mill-pajjiż, u fil-każ tas-servizzi, il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni jista' jingħata permezz ta' rimbors tat-taxxa.",

- Il-punt 13 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"13. Il-provvista ta' servizzi, inkluż it-trapsort u l-operazzjonijiet anċillari, iżda eskluż il-provvista ta' servizzi eżentati skond l-Artikolu 13, fejn dawn huma direttament konnessi ma' l-esportazzjoni ta' oġġetti jew ma' l-importazzjoni ta' oġġetti koperti mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 16(1), Titolu A;";

10. fl-Artikolu 28a:

- it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti magħmula taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1a minn persuna taxxabbli jew minn persuna legali mhux taxxabbli m'għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud.",

- punt ġdid għandu jiġi miżjud lill-paragrafu 1 skond kif ġej;

- "(c) l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti li huma soġġetti għat-taxxi tas-sisa magħmula għall-konsiderazzjoni ġewwa t-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli jew minn persuna legali mhux taxxabbli li jikkwalifikaw għad-deroga msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt (a), u li għaliha t-taxxi tas-sisa jsiru dovuti ġewwa t-territorju tal-pajjiż skond id-Direttiva 92/12/KEE [7]

- il-paragrafu segwenti għandu jiżdied:

"1a. Is-segwenti għandhom jibbenifikaw mid-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (a):

(a) l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti li l-provvista tagħhom fit-territorju tal-pajjiż ikunu eżenti skond l-Artikolu 15(4) to (10);

(b) l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti li m'humiex dawk f'(a), magħmula:

- minn persuna taxxabbli għall-iskopijiet ta' l-impriża agrikola tagħha, ta' l-afforestjar jew tas-sajd, soġġetta għall-iskema ta' rata waħda stipulata fl-Artikolu 25, minn persuna taxxabbli li ġġorr 'il barra biss provvisti ta' oġġetti jew servizzi fir-rigward ta' liema t-taxxa fuq il-valur miżjud ma tistax tiġi mnaqqsa, jew minn persuna legali mhux taxxabbli,

- għal ammont totali li ma jeċċedix, matul is-sena kalendarja korrenti, limitu li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu iżda li ma jistax ikun inqas mill-ekwivalenti fi flus nazzjonali għal ECU 10000,

u

- sakemm l-ammont totali ta' l-akkwisti intra-Komunitarji ma qabiżx, matul is-sena kalendarja ta' qabel, il-limitu msemmi fit-tieni indent.

Il-limitu li jservi bħala r-riferenza għall-applikazzjoni fuq imsemmija għandu jikkonsisti fl-ammont totali, eskluż it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew mħallsa fl-Istat Membru li minnu l-oġġetti huma mibgħuta jew ittrasportati, ta' l-akkwisti ta' oġġetti intra-Komunitarji imma li m'humiex mezzi ġodda tat-trasport jew ukoll li m'humiex oġġetti soġġetti għad-dazju.",

- is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied mal-paragrafu 5 (b):

"Madankollu, meta waħda mill-kondizzjonijiet li għaliha l-benefiċċju fuq imsemmi jkun subordinat ma tibqax tiġi milħuqa, l-oġġetti għandhom jiġu kkunsidrati daqs li kieku ġew ttrasferiti lejn destinazzjoni fi Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, it-trasferiment jitwettaq fil-mument li fih il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu milħuqa.",

- is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied mal-paragrafu 6:

"Is-segwenti għandu jiġi wkoll meqjus li hu akkwist intra-Komunitarju ta' oġġetti b'effett għall-konsiderazzjoni: l-appropprjazzjoni ta' l-oġġetti mill-forzi ta' Stat Membru tat-Trattat ta' l-Atlantiku, għall-użu tagħhom jew għall-użu ta' l-istaff ċivili li jakkumpanjahom, li ma jkunux akkwistaw soġġett għar-regoli ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fis-suq domestiku ta' wieħed mill-Istati Membri, meta l-importazzjoni ta' dawn l-oġġetti ma setgħetx tibbenifika mill-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 14(1)(g).";

11. fl-Artikolu 28b (A) (2), il-paragrafu segwenti għandu jiżdied:

"Sabiex ikun jista jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-akkwist intra-Komunitarju ta' l-oġġetti għandu jitqies li kien soġġett għat-taxxa skond il-paragrafu 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ntlaħqu:

- min jagħmel l-akkwist ikun stabbilixxa li għamel dan l-akkwist intra-Komunitarju għall-bżonnijiet ta' provvista sussegwenti li saret fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 u li għalih id-destinatarju jkun ġie nnominat bħala l-persuna responsabbli għat-taxxa dovuta skond l-Artikolu 28c (E) (3),

- l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjoni stipulata fl-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 22(6)(b) ikunu ġew issodisfati minn dak li jkun qiegħed jagħmel l-akkwist.";

12. fl-Artikolu 28c (A):

- il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- "(c) il-provvista ta' oġġetti soġġetti għat-taxxa tas-sisa mibgħuta jew ittrasportati lix-xerrej, mill-bejjiegħ, mix-xerrej jew f'ismu, barra t-territorju msemmi fl-Artikolu 3 iżda ġewwa l-Komunità, magħmula għal persuni taxxabbli jew għal persuni legali mhux taxxabbli li jikkwalifikaw għad-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a (1) (a), meta t-tluq jew it-trasport ta' l-oġġetti jkun twettaq skond l-Artikolu 7(4) u (5), jew l-Artikolu 7(4) u (5), ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/12/KEE.

Din l-eżenzjoni m'għandhiex tgħodd għal provvisti soġġetti għat-taxxa tas-sisa magħmula minn persuni taxxabbli li jibbenifikaw minn eżenzjoni mit-taxxa stipulata fl-Artikolu 24;",

- is-segwenti għandu jiżdied:

- "(d) il-provvista ta' oġġetti, fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 28a (5) (b), li tibbenifika mill-eżenzjonijiet stipulati hawn fuq jekk dawn ikunu ġew magħmula f'isem persuna taxxabbli oħra.";

13. "E. Eżenzjonijiet oħra

1. "1a. Meta jagħżlu dak li hemm provvediment għalih fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-akkwisti ta' oġġetti intra-Komunitarji maħsuba li jitqiegħdu taħt wieħed mir-regoli jew taħt waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1)(B) jibbenifikaw mill-istess disposizzjonijiet li jibbenefikaw minnhom il-provvisti ta' oġġetti mwettqa ġewwa t-territorju tal-pajjiż taħt l-istess kondizzjonijiet."

2. Fl-Artikolu 16(2):

- "akkwisti ta' oġġetti intra-Komunitarji magħmula minn persuna taxxabbli u" għandha tiġi miżjuda wara "jistgħu jagħżlu li jeżentaw" u "barra l-Komunità" għandha tiġi miżjuda wara "jesportawhom",

- "Meta jagħżlu dan l-Istati Membri għandhom, soġġetti għall-konsultazzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 29, jestendu l-benefiċċju ta' din l-eżenzjoni għal akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti minn persuna taxxabbli, għal importazzjonijiet jew u provvisti ta' oġġetti lil persuna taxxabbli li tkun trid li tipprovdihom, kif inhuma jew wara l-ipproċessar, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28c (A), kif ukoll provvisti ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu ma’dawn il-provvisti, sa massimu ugwali għall-valur tal-provvista tiegħu ta' oġġetti magħmula taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28c (A) matul it-tnax-il xahar ta' qabel.

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammont komuni massimu għal transazzjonijiet li huma jeżentaw skond l-ewwel u t-tieni subparagrafi."

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiżguraw li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma titħallasx fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta' l-oġġetti li jkun sar, fit-tifsira ta' l-Artikolu 28b (A) (1), ġewwa t-territorju tiegħu meta l-kondizzjonijiet segwenti jintlaħqu:

- l-akkwist intra-Komunitarju ta' l-oġġetti jkun magħmul minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż iżda li hi identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud fi Stat Membru ieħor,

- l-akkwist intra-Komunitarju ta' l-oġġetti jkun ġie magħmul bil-għan ta' provvista sussegwenti ta' oġġetti magħmula minn persuna taxxabbli ġewwa t-territorju tal-pajjiż,

- l-oġġetti hekk akkwistati minn din il-persuna taxxabbli jiġu mibgħuta jew ittrasportati direttament minn Stat Membru li m'huwiex dak li fih din tkun identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud u ddestinati lil dik il-persuna li għaliha tkun għamlet il-provvista sussegwenti,

- il-persuna li għaliha l-provvista sussegwenti tkun ġiet magħmula tkun persuna taxxabbli jew persuna legali mhux taxxabbli li tkun identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ġewwa t-territorju tal-pajjiż,

- il-persuna li għaliha l-provvista sussegwenti tiġi magħmula tkun ġiet innominata skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 21(1)(a) bħala l-persuna responsabbli għat-taxxa dovuta fuq il-provvisti magħmula mill-persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż."

;

14. L-Artikolu 28d (3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. B'deroga mill-paragrafu 2, it-taxxa għandha ssir dovuta mal-ħruġ tal-fattura jew ta' dokument ieħor li jservi bħala fattura li hemm provvediment għaliha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 22(3)(a) fejn dik il-fattura jew dak id-dokument jinħareġ lill-persuna li tkun qiegħda takkwista l-oġġetti qabel il-ħmistax-il jum tax-xahar ta' wara dak li matulu l-każ taxxabbli jseħħ.";

15. it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28d (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Madankollu, it-taxxa għandha ssir dovuta mal-ħruġ tal-fattura li hemm provvediment għaliha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 22(3)(a) jew ta' dokument ieħor li jservi ta' fattura fejn dik il-fattura jew dak id-dokument ikun inħareġ qabel il-ħmistax-il jum tax-xahar ta' wara dak li matulu l-każ taxxabbli jseħħ.";

16. fl-Artikolu 28e (1):

- fl-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza għanda tiġi ssostitwita bi:

"b'mod partikolari, fil-każ ta' l-akkwist ta' oġġetti intra-Komunitarju msemmi fl-Artikolu 28a (6), l-ammont taxxabbli għandu jkun stabbilit skond l-Artikolu 11(A)(1) (b) u il-paragrafi 2 u 3.";

- fit-tieni subparagrafu, is-sentenza segwenti għandha tiġi miżjuda:

"Meta, wara l-mument li fih l-akkwist ta' l-oġġetti intra-Komunitarji jkun seħħ, dak li jkun għamel l-akkwist jikseb ir-rimbors tat-taxxi tas-sisa mħallsa fl-Istat Membru li minnhu l-oġġetti jkunu ġew mibgħuta jew ittrasportati, l-ammont taxxabbli għandu jiġi mnaqqas skond dan fl-Istat Membru fejn l-akkwist intra-komuntarju jkun seħħ.";

17. fl-Artikolu 28e, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu nnumerati għal darb'oħra 3 u 4 u paragrafu ġdid 2 għandu jiġi inserit skond kif ġej:

"2. Għall-provvista ta' l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 28c (A) (d), l-ammont taxxabbli għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 11(A)(1) (b) u l-paragrafi 2 u 3.";

18. fl-Artikolu 28f:

- fl-Artikolu 17(3)(b), "28c (A)" għandu jiġi ssostitwit bi' "28c(A) u (C)"

- is-subparagrafu segwenti għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 17(4):

"Għall-iskopijiet li jiġi applikat ’il hawn fuq imsemmi:

(a) il-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 79/1072/KEE għandhom jiġu kkunsidrati wkoll għall-iskopijiet li tiġi applikata l-imsemmija Direttiva, bħala persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fil-pajjiż meta, ġewwa t-territorju tal-pajjiż, ikunu ġarrew ’il barra biss provvisti ta' oġġetti u servizzi lill-persuna li tkun ġiet innominata bħala l-persuna obbligata li tħallas it-taxxa skond l-Artikolu 21(1)(a);

(b) il-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE għandhom jiġu meqjusa wkoll għall-iskopijiet li tiġi applikata din id-Direttiva bħala persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fil-Komunità meta, ġewwa t-territorju ta' dak il-pajjiż, dawn ikunu ġarrew ’il barra biss provvisti ta' oġġetti u servizzi lill-persuna li tkun ġiet innominata bħala l-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa skond l-Artikolu 21(1)(a);

(ċ) Id-Direttivi 79/1072/KEE u 86/560/KEE m'għandhomx jgħoddu għal provvisti ta' oġġetti li huma, jew li jistgħu jkunu, eżenti skond l-Artikolu 28c (A) meta l-oġġetti provduti huma mibgħuta jew ittrasportati minn dak li jkun qiegħed jakkwistahom jew għall-kont tiegħu.";

19. fl-Artikolu 28g:

- L-Artikolu 21(1)(a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

- "(a) il-persuna taxxabbli li tkun qiegħda twettaq il-provvista taxxabbli ta' l-oġġetti jew tas-servizzi, li m'humiex waħda jew wieħed mill-provvisti jew servizzi imsemmija f'(b).

Fejn il-provvista ta' oġġetti jew ta' servizzi taxxabbli ssir minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż, l-Istati Membri jistgħu jadottaw arranġamenti li bihom it-taxxa titħallas minn persuna oħra. Fost ħwejjeġ oħra rappreżentant tat-taxxa jew il-persuna li għaliha l-provvista taxxabbli ta' l-oġġetti jew tas-servizzi tkun imwettqa tista' tiġi nnominata bħala dik il-persuna l-oħra.

Madankollu, it-taxxa pagabbli mill-persuna li lilha l-provvista ta' oġġetti tingħata meta l-kondizzjonijiet segwenti jintlaħqu:

- l-operazzjoni taxxabbli tkun provvista ta' oġġetti mogħtija skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tat-Titolu E ta' l-Artikolu 28c,

- il-persuna li tingħata l-provvista ta' oġġetti tkun persuna oħra taxxabbli jew persuna legali mhux taxxabbli identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ġewwa t-territorju tal-pajjiż,

- il-fattura maħruġa mill-persuna taxxabbli mhix stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż tkun konformi ma' l-Artikolu 22(3).

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment għal deroga minn din l-obbligazzjoni fil-każ fejn il-persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż tkun ħatret rappreżentant tat-taxxa f'dak il-pajjiż.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu provvediment li xi ħadd ieħor li m'huwiex il-persuna taxxabbli għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas tat-taxxa flimkien u separatament;",

- L-Artikolu 21(1)(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- "(b) persuni li lihom is-servizzi koperti mill-Artikolu 9(2)(e) huma provduti, jew persuni, identifikati għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ġewwa t-territorju tal-pajjiż, li lilhom s-servizzi msemmija fl-Artikolu 28b (C), (D) jew (E) huma pprovduti, meta s-servizz jitwettaq minn persuna taxxabbli stabbilita barra l-pajjiż; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li min ikun qiegħed jipprovdi s-servizz għandu jinżamm responsabbli flimkien u separatament għall-ħlas tat-taxxa;";

20. fl-Artikolu 28h:

- fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 22(1)(ċ) "u li mhijiex provvista ta' oġġetti jew servizzi lil persuna li ġiet innominata bħala l-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa skond l-Artikolu 21(1)(a), tielet paragrafu", għandha tiġi miżjuda wara "skond l-Artikolu 21(1)(b)",

- fl-Artikolu 22(1)(c) l-inċiż segwenti għandu jiġi inserit wara t-tieni inċiż:

- "— kull persuna taxxabbli li, ġewwa t-territorju tal-pajjiż, tagħmel akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti għall-iskopijiet tal-ħidma tagħha li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(2) imwettqa barra l-pajjiż,";

- l-inċiż segwenti jrid jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 22(3)(b):

- "— fejn id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 28c (E) (3) jiġu applikati, riferenza espliċita għall-dawk id-disposizzjonijiet kif ukoll in-numru ta' identifikazzjoni għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud li bih il-persuna taxxabbli tkun wettqet l-akkwist intra-Komunitarju u l-provvista segwenti ta' oġġetti u n-numru li bih il-persuna li lilha l-provvista tkun ingħatat tiġi identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud.",

- it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 22(4) ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- "— min-naħa l-oħra, l-ammont totali, nieqes it-taxxa fuq il-valur miżjud ta' l-akkwisti ta' oġġetti intra-Komuntarji msemmija fl-Artikolu 28a (1) u (6) magħmula ġewwa t-territorju tal-pajjiż li fih it-taxxa tkun saret pagabbli.

Is-segwenti għandu jiġi miżjud ukoll: il-valur totali, nieqes it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-provvisti ta' l-oġġetti msemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(1)(a) u fl-Artikolu 28(b)(B) (1) magħmula fit-territorju tal-pajjiż li fih it-taxxa tkun saret pagabbli matul il-perjodu ta' ritorn, fejn il-post tar-rilaxx jew transport tal-provvisti huwa ġewwa t-territorju ta' Stat Membru ieħor, u l-ammont totali, nieqes it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-provvista ta' oġġetti magħmula ġewwa t-territorju tal-pajjiż li għalih il-persuna taxxabbli kienet innominata bħala l-persuna responsabbli f'dan il-perjodu ta' żmien kopert mid-dikjarazzjoni.",

- l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 22(6) b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

- fl-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 22(6)(b), "l-Artikolu 28c (A)" għandu jiġi ssostitwit bi "Artikolu 28c (A) (a)",

- fl-ewwel inċiż tar-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 22(6)(b) "L-Artikolu 28c (A) (ċ)" għandu jiġi ssostitwit bi' "L-Artikolu 28ċ (A) (d)" u "u l-valur ta' l-oġġetti provduti stabbiliti skond il-ftehim ta' l-Artikolu 28e (1)" għandu jiġi ssostitwit bi’ "u l-ammont totali tal-provvisti, stabbilit skond l-Artikolu 28e (2)".

- fl-Artikolu 22(6)(b), żid il-paragrafu segwenti:

"Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 28b (A) (2), il-persuna taxxabbli identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ġewwa t-territorju tal-pajjiż għandha ssemmi b'mod ċar fid-dikjarazzjoni ta' rikapitolazzjoni:

- in-numru li bih din tiġi identifikata għall-iskopijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ġewwa t-territorju tal-pajjiż li fih tkun wettqet l-akkwist intra-Komunitarju u l-provvista sussegwenti ta' l-oġġetti,

- in-numru li bih, ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru fejn tasal il-kunsinna jew minn fejn jiġu ttrasportati l-oġġetti, id-destinatarju tal-provvista sussegwenti mill-persuna taxxabbli jiġi identifikat,

- u, għall kull destinatarju, l-ammont totali, nieqes it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-provvisti magħmula mill-persuna taxxabbli ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru fejn tasal il-kunsinna jew minn fejn jiġu ttrasportati l-oġġetti. Dawn l-ammonti għandhom jiġu ddikkjarati għat-tliet xhur tal-kalendarju li matulhom it-taxxa tkun saret pagabbli.",

- fl-Artikolu 22 (11), is-segwenti qed jiġi inserit fil-bidu tal-paragrafu: "11. Fil-każ ta' l-akkwisti intra-Komunitarji ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa msemmija fl-Artikolu 28a (1) (ċ) kif ukoll";

21. L-Artikolu 28i għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 28i

Skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

"F'kull ċirkostanza l-provvisti ta' mezzi ġodda tat-trasport li jsiru skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 28ċ (A) kif ukoll il-provvisti ta' oġġetti u servizzi magħmula minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita ġewwa t-territorju tal-pajjiż għandhom jiġu esklużi mill-eżenzjoni mit-taxxa skond il-paragrafu 2.';""

22. l-Artikolu segwenti għandu jiżdied:

"Artikolu 28n

Miżuri transizzjonali

1. Meta l-oġġetti:

- jkunu daħlu ġewwa t-territorju tal-pajjiż kif spjegat fl-Artikolu 3 qabel l-1 ta' Jannar 1993,

u

- kienu tqiegħdu, mad-dħul ġewwa t-territorju ta' dak il-pajjiż, taħt wieħed mir-regoli msemmija fl-Artikolu 14(1)(b) jew (ċ), jew l-Artikolu 16(1)(A),

u

- ma jkunux tbiegħdu minn dik ir-regola qabel l-1 ta' Jannar 1993, id- disposizzjonijiet fis-seħħ fil-ħin li l-oġġetti jkunu tqiegħdu taħt dik ir-regola għandhom ikomplu jgħoddu għall-perjodu, kif stabbilit minn dawk id-disposizzjonijiet, l-oġġetti jibqgħu taħt dik ir-regola.

2. Is-segwenti għandu jiġi meqjus bħala importazzjoni ta' oġġetti kif spjegat fl-Artikolu 7(1):

(a) it-tneħħija, inkluż it-tneħħija irregolari, ta' l-oġġetti mis-sistema msemmija fl-Artikolu 14(1)(c) taħt liema sistema l-oġġetti kienu tqiegħdu qabel l-1 ta' Jannar 1993 taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1;

(b) it-tneħħija, inkluż it-tneħħija irregolari, ta' l-oġġetti mis-sistema msemmija fl-Artikolu 16(1)(A) taħt liema l-oġġetti tqiegħdu qabel l-1 ta' Jannar 1993 skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1;

(ċ) it-tmiem ta' operazzjoni Komunitarja ta' vjaġġ intern mibdija qabel l-1 ta' Jannar 1993 ġewwa l-Komunità bil-għan li ssir provvista ta' oġġetti għall-konsiderazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1993 fil-Komunità minn persuna taxxabbli li tkun qieghda taġixxi bħala tali;

(d) it-tmiem ta' l-operazzjoni ta' vjaġġ estern mibdija qabel l-1 Jannar 1993;

(e) kull irregolarità jew offiża kommessa waqt operazzjoni ta' vjaġġ estern mibdija skond il-kondizzjonijiet stipulati f'(ċ) jew kull operazzjoni Komunitarja ta' transitu estern imsemmija f'(d);

(f) l-użu ġewwa l-pajjiż, minn persuna taxxabbli jew persuna mhux taxxabbli, ta' oġġetti li ġew pprovduti lilha, qabel l-1 ta' Jannar 1993, ġewwa Stat Membru ieħor, u fejn il-kondizzjonijiet segwenti jintlaħqu

- il-provvediment ta' dawn l-oġġetti jkun ġie eżentat, jew x'aktarx li kien ser jiġi eżentat, skond l-Artikolu 15(1) u (2),

- l-oġġetti ma ġewx importati ġewwa l-pajjiż qabel 1 ta' Jannar 1993.

Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' (ċ), l-espressjoni "Operazzjoni Komunitarja ta' vjaġġ intern"; għandha tfisser it-tluq jew it-trasport ta' oġġetti taħt il-protezzjoni ta' l-arranġament Komunitarju ta' vjaġġ intern jew taħt il-protezzjoni ta' dokument T2L jew taċ-ċaqliq camet intra-Komunitarju-, jew tat-tluq ta' l-oġġetti bil-posta.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 (a) sa (e), il-post ta' l-importazzjoni, kif spjegat fl-Artikolu 7(2), għandu jkun l-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu l-oġġetti ma jibqgħux jiġu koperti mis-sistema li taħtha tqiegħdu qabel l-1 ta' Jannar 1993.

4. B'deroga mill-Artikolu 10(3), l-importazzjoni ta' l-oġġetti fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tintemm mingħajr ma jkun hemm każ li għalih għandu jsir ħlas:

(a) l-oġġetti importati jiġu mibgħuta jew trasportati barra l-Komunità kif spjegat fl-Artikolu 3;

jew

(b) l-oġġetti importati, kif spjegat fil-paragrafu 2 (a), li m'humiex mezz ta' trasport u jiġu mibgħuta jew trasportati lill-Istat Membru li minnu dawn kienu ġew esportati u lill-persuna li esportathom;

jew

(ċ) l-oġġetti importati, kif spjegat fil-paragrafu 2 (a), huma mezz ta' trasport li kienu ġew akkwistati jew importati qabel 1 ta' Jannar 1993, skond il-kondizzjonijiet ġenerali tat-tassazzjoni fis-seħħ fis-suq domestiku ta' Stat Membru, kif spjegat fl-Artikolu 3, u/jew ma kinux ġew soġġetti minħabba l-esportazzjoni tagħhom għal xi eżenzjoni minn jew rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Din il-kondizzjoni għandha tiġi meqjusa li tkun intlaħqet meta d-data ta' l-ewwel użu tal-mezz tat-trasport tkun qabel l-1 ta' Jannar 1985 jew meta l-ammont ta' taxxa dovuta minħabba l-importazzjoni jkun insinifikanti.";

23. L-Artikolu 33a (1) u (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) li jidħlu ġewwa l-Komunità minn territorju li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità iżda li jkun meqjus bħala territorju terz għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet segwenti:

(a) il-formalitajiet li għandhom x'jaqsumu mad-dħul ta' dawn l-oġġetti ġewwa l-Komunità għandhom ikunu l-istess bħal dawk stipulati fid-disposizzjonijiet Komunitarji tad-dwana fis-seħħ għall-importazzjoni ta' oġġetti ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità;

(b) meta l-post tal-wasla tal-kunsinna jew it-trasport ta' dawn l-oġġetti jinsab barra l-Istati Membri meta dawn jidħlu ġewwa l-Komunità, dawn għandhom jiċċirkolaw ġewwa l-Komunità taħt il-proċedura Komunitarja tat-transit stipulata fid-disposizzjonijiet tad-dwana Komunitarji fis-seħħ, safejn dawn kienu ssoġġettati għal dikjarazzjoni li tqegħidhom taħt din is-sistema meta l-oġġetti jkunu daħlu ġewwa l-Komunità;

(ċ) meta fil-ħin tad-dħul tagħhom ġewwa l-Komunità l-oġġetti jinstabu li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet li tikkwalifikahom, jekk dawn ikunu ġew importati fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 7(1)(a), li jibbenifikaw minn wieħed mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 16(1)(B) (a), (b), (ċ) u (d), jew taħt arranġament temporanju ta' eżenzjoni totali mit-taxxi ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li jiżguraw li l-oġġetti jistgħu jibqgħu fil-Komunità taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati għall-applikazzjoni ta' dawk l-arranġamenti.

2. L-oġġetti mhux imsemmija fl-Artikolu 7(1)(a) mibgħuta jew trasportati minn Stat Membru lejn destinazzjoni ġewwa territorju li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità iżda li hu meqjus bħala territorju terz għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet segwenti:

(a) il-formalitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti barra t-territorju tal-Komunità għandhom ikunu l-istess bħad-disposizzjonijiet Komunitarji tad-dwana fis-seħħ f'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' oġġetti barra t-territorju doganali tal-Komunità;

(b) għal oġġetti li huma temporanjament esportati barra l-Komunità, sabiex dawn jerġgħu jiġu importati darb'oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, ma' l-importazzjoni għal darb' oħra ġewwa l-Komunità, dawn l-oġġetti jistgħu jibbenefikaw mill-istess disposizzjonijiet daqs li kieku dawn kienu ġew temporanjament esportati barra t-territorju doganali tal-Komunità.";

24. Id-Direttiva 85/362/KEE [8] għandha tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 1992;

25. L-Artikolu 6 tad-Direttiva 69/169/KEE) [9] għandha tiġi mħassra mill-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Jannar 1993 u għal perjodu ta' sentejn, li ma jistax jiġi estiż, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Taljana għandhom jiġu awtorizzati li japplikaw disposizzjonijiet li jidderogaw mill-prinċipju ta' tnaqqis immedjat li hemm provvediment għalih fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(2). Dawn id-disposizzjonijiet ma jistax ikollhom is-saħħa li jittardjaw b'żjed minn xahar iż-żmien meta d-dritt għal tnaqqis, li jkun seħħ, jista' jiġi eżerċitat skond l-Artikolu 18(1).

Madanakollu, għal persuni taxxabbli li jirreġistraw il-prospetti li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 22(4) għall-perjodi ta' taxxa ta' kull tliet xhur, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Taljana għandhom jiġu awtorizzati li jipprovdu d-dritt għal tnaqqis li jkun seħħ u li jkun jista', skond l-Artikolu 18(1), jiġi eżerċitat fi tliet xhur partikolari, ma jistgħux jiġu eżerċitati fit-tliet xhur ta' wara. Din id-disposizzjoni għandha tapplikaw biss fejn ir-Renju ta' Spanja jew ir-Repubblika Taljana jawtorizzaw lil dawn il-persuni taxxabbli biex jagħżlu li jimlew il-prospett kull xahar.

2. B'deroga mit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (10), ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jiġu awtorizzati, fir-rigward ta' kuntratti terminati wara l-31 ta' Diċembru 1992, li jabolixxu l-proċedura, ta' ħlas għal darb' oħra, fejn din tkun ipprojbita minn din id-Direttiva sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Ottubru 1993.

Artikolu 3

Il-Kunsill, b'mod unanimu u fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta qabel it-30 ta' Ġunju 1993, regoli dettaljati dwar it-tassazzjoni ta' transazzjonijiet imsenslin bejn persuni taxxabbli, sabiex dawk ir-Regoli jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jaddattaw is-sistema preżenti tagħhom tat-taxxa fuq il-valur miżjud għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex is-sistemi addattati tagħhom ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jipprovdu dik l-informazzjoni li għandha x'taqsam mat-transazzjonijiet imsemmija fl-aħħar paragrafu ta' l-Artikolu 22(6)(b) li għalihom it-taxxa ssir pagabbli matul l-ewwel tliet xhur tal-kalendarju ta' l-1993 għandha tidher mhux iżjed tard fuq il-prospett fil-qosor iffirmat fit-tieni tliet xhur tal-kalendarju ta' l-1993.

2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jimplimentaw sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Jannar 1984 id-disposizzjonijiet stipulati fil-paragrafi segwenti ta' l-Artikolu 1:

- Il-paragrafu 11,

- Il-paragrafu 13, safejn dan għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 28c (E) (3);

- il-paragrafu 19, safejn dan għandu x'jaqsam mat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 21(1)(a),

- il-paragrafu 20, safejn dan għandu x'jaqsam ma' l-obbligi f'dak li jirrigwarda t-transazzjonijiet imsemmija fl-inċiżi ta' qabel.

L-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1993, japplikaw miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija hawn fuq għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22(6) u fid-disposizzjonijiet Komunitarji kurrenti dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam ta' tassazzjoni indiretta jiġu mħarsa żgur mill-1 ta' Jannar 1993.

3. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tiġi awtorizzata li tadotta l-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex mhux iżjed tard mill-1 ta' Ottubru 1993 timplimenta d-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 (10) f'dak li jirrigwarda l-Artikolu 28 a (1a) (a).

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-disposizzjonijiet li huma jadottaw sabiex japplikaw din id-Direttiva.

5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

6. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha tinsab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-riferenza għandha tiġi stipulata mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Lamont

[1] ĠU C 337, tal-21.12.1992.

[2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Novembru ta' l-1992 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 376, tal-31.12.1991, pġ. 1.

[4] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/680/KEE (ĠU L 376, tal-31.12.1991, pġ. 1).

[5] ĠU L 76, tat-23.3.1992, pġ. 1.

[6] ĠU L 145, tat-13.6.1977, pġ. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/77/KEE (ĠU L 316, tal-31.10.1992, pġ 1.).

[7] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.",

[8] ĠU L 192, ta' l-24.7.1985, pġ. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 90/237/KEE (ĠU L 133, ta' l-24.5.1990, pġ. 91).

[9] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, pġ. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/680/KEE (ĠU L 376, tal-31.12.1991, pġ. 1).

--------------------------------------------------

Top