EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R3301

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3301/90 tal-15 ta’ Novembru 1990 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità

ĠU L 317, 16.11.1990, p. 24–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/3301/oj

31990R3301



Official Journal L 317 , 16/11/1990 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0132
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0132


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3301/90

tal-15 ta’ Novembru 1990

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 429/90 dwar l-għotja permezz ta’ stedina għal offerta ta’ għajnuna għal butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3117/90 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7a (3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2617/90 [4], jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna għall-butir konċentrat magħmul jew mill-krema jew mill-butir iffabbrikat fil-Komunità, sakemm il-butir ma kienx is-suġġett ta’ xiri minn aġenziji ta’ intervent jew ta’ għajnuna privata ta’ ħażna; billi l-Artikolu 7a (2) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 jipprovdi, wara l-emenda l-aktar reċenti għal dak ir-Regolament, li jistgħu jittieħdu miżuri speċjali mill-Kummissjoni sabiex jiżdiedu, b’mod partikolari, il-possibilitajiet ta’ disponiment mill-butir, irrispettivament minn jekk il-prodott ikkonċernat kienx jew ma kienx suġġett ta’ għajnuna privata ta’ ħżin; billi l-konsegwenzi ta’ dan għandhom jitfasslu għall-iskopijiet tar-Regolament (KEE) Nru 429/90;

Billi l-miżuri previsti fir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 429/90 huwa hawnhekk emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 1(1), "jew ta’ għajnuna privata għall-ħżin" hija mħassra.

2. Fl-Artikolu 4(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

"Jekk il-butir ikkonċentrat jiġi ffabrikat mill-butir, dak li jagħmel l-offerta għandu wkoll jagħti kelma bil-miktub li juża butir li ma kienx is-suġġett ta’ xiri minn aġenziji ta’ intervent".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Novembru 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 5.

[3] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8.

[4] ĠU L 249, tat-12.9.1990, p. 5.

--------------------------------------------------

Top