EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971R1408

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2–50 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(II) P. 416 - 463

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/1408/oj

31971R1408



Official Journal L 149 , 05/07/1971 P. 0002 - 0050
Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0366
English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0416
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0073
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0098
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0098
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0057
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0057


Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill

ta' l-14 ta' Ġunju 1971

dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

Indiċi tal-kontenut

IT-TITOLU I

IT-TITOLU II

IT-TITOLU III

Il-Kapitolu 1

Il-Kapitolu 2

Il-Kapitolu 3

Il-Kapitolu 4

Il-Kapitolu 5

Il-Kapitolu 6

Il-Kapitolu 7

Il-Kapitolu 8

IT-TITOLU IV

IT-TITOLU V

IT-TITOLU VI

IT-TITOLU VII

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 2, 7 u 51 miġjuba fih,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni mfassla wara konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-ħtieġa ta' revizjoni ġenerali tar-Regolament tal-Kunsill Nru 3 [4] dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti saret progressivament iktar apparenti, kemm fid-dawl ta' l-esperjenza prattika ta' l-implimentazzjoni tiegħu mill-1959 u kemm bħala riżultat ta' l-emendi magħmula fil-leġislazzjonijiet nazzjonali;

Billi d-dispożizzjonijiet eżistenti għall-koordinazzjoni jistgħu, fit-total tagħhom, jiġu żviluppati, imtejba u sa ċertu punt simplifikati fl-istess ħin, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni tad-differenzi konsiderevoli li jeżistu bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali;

Billi huwa xieraq f'dan il-waqt li jinġabru flimkien fi strument leġislattiv wieħed id-dokumenti bażiċi kollha għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat għall-benefiċċju tal-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema fuq il-fruntiera, il-ħaddiema staġjonali u l-baħħara;

Billi d-differenzi konsiderevoli li jeżistu bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali rigward il-persuni li għalihom japplikaw jagħmluha preferibbli li jiġi stabbilit il-prinċipju illi r-Regolament japplika għaċ-ċittadini nazzjonali kollha ta' l-Istati Membri assigurati fuq skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati;

Billi d-dispożizzjonijiet għall-koordinament tal-leġislazzjonijiet nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali jaqgħu ġewwa l-qafas taċ-ċaqliq ħieles ta' dawk il-ħaddiema li huma ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri u li għandhom, għal dan il-għan, jikkontribwixxu għat-titjib fil-livell tal-ħajja tagħhom u tal-kondizzjonijiet tagħhom tax-xogħol, billi jiġu garantiti ġewwa l-Komunità l-ewwelnett l-ugwaljanza tat-trattament għaċ-ċittadini nazzjonali kollha ta' l-Istati Membri skond il-leġislazzjonijiet differenti nazzjonali u t-tieninett il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema u d-dipendenti tagħhom mingħajr ma jitqiesu l-post ta' l-impjieg jew tar-residenza tagħhom;

Billi dawn l-għanijiet għandhom jiġu milħuqa partikolarment bl-aggregazzjoni tal-perijodi kollha taż-żmien meħuda f'konsiderazzjoni skond il-leġislazzjonijiet differenti nazzjonali bil-għan ta' l-akkwist u ż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji u ta' l-ammont tal-benefiċċji, u bid-dispożizzjonijiet tal-benefiċċji għall-kategoriji differenti ta' persuni koperti bir-Regolament ikun fejn ikun il-post tar-residenza tagħhom ġewwa l-Komunità;

Billi d-dispożizzjonijiet għall-koordinament adotti għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat irid jiggarantixxi lill-ħaddiema li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità d-drittijiet u l-vantaġġi tagħhom miġbura u miżjuda filwaqt li ma jġibux magħhom it-tennija bla ġustifikazzjoni tal-benefiċċji;

Billi għal dan l-iskop, il-persuni intitolati għall-benefiċċi ta' l-invalidità, tax-xjuħija u ta' l-imwiet (pensjonijiet) iridu jkunu kapaċi li jgawdu l-benefiċċji kollha li jkunu ġew miġbura u miżjuda minnhom fl-Istati Membri differenti; billi, madankollu, sabiex tiġi evitata t-tennija inġustifikata tal-benefiċċji, li tista' tirriżulta partikolarment mid-duplikazzjoni tal-perijodi taż-żmien tal-poloz ta' l-assigurazzjoni u perijodi oħra ta' żmien ittrattati hekk, jenħtieġ illi l-benefiċċji jiġu limitati għall-ogħla ammont li kien ikun dovut lill-wieħed ħaddiem minn wieħed minn dawn l-Istati Membri li kieku qatta' ġewwa fih il-ħajja kollha tax-xogħol tiegħu;

Billi, sabiex jiġi żgurat iċ-ċaqliq tal-ħaddiema b'kondizzjonijiet imtejba, huwa meħtieġ minn issa 'l quddiem li tiġi żgurata kordinazzjoni iktar mill-qrib bejn l-iskemi ta' l-assigurazzjoni għall-qgħad u l-iskemi ta' assistenza għall-qgħad tal-Istati Membri kollha; billi huwa għalhekk partikolarment xieraq, sabiex jitħaffef it-tiftix tax-xogħol fl-Istati Membri differenti, li jiġu mogħtija lill-ħaddiem qiegħed, għal perijodu limitat ta' żmien, il-benefiċċji tal-qagħad provvduti bil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri li għalihom kien l-aħħar soġġett;

Billi jidher mixtieq li tittejjeb is-sistema skond ir-Regolament Nru 3 li jirregola l-benefiċċji tal-familja fil-każijiet ta' familja separati, kemm fejn jirrigwarda l-kategoriji ta' persuni li jridu jkunu intitolati għal dawn il-benefiċċji u kemm rigward il-makkinarju li joħroġhom;

Billi, filwaqt li jingħata qies tal-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-qgħad, huwa xieraq li l-intitolament għall-benefiċċji tal-familja jiġi estiż għall-membri tal-familja tal-ħaddiema qiegħda li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr dak il-wieħed li huwa responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċju tal-qgħad;

Billi, barra minn dan, għandhom ikunu aboliti r-restrizzjonijiet korrenti dwar il-għotja tal-benefiċċji tal-familja, u billi sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-benefiċċji għall-manteniment tal-membri ta' familja separati, ikun preferibbli li jiġu preskritti regoli komuni għall-Istati Membri kollha u għandhom jissoktaw l-isforzi lejn dan l-iskop; imma wiċċ ma' wiċċ id-differenzi kbar bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali għandha tiġi adotta soluzzjoni li tieħu f'konsiderazzjoni din is-sitwazzjoni; il-ħlas tal-benefiċċji tal-familja tal-pajjiż tax-xogħol rigward ħames Pajjiżi, u l-ħlas ta' sussidji tal-familja fil-pajjiż tar-residenza tal-membri tal-familja fejn il-pajjiż tax-xogħol huwa Franza;

Billi b'analoġija mas-soluzzjonijiet imdaħħla fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 1612/68 [5] tal-15 ta' Ottubru dwar il-libertà taċ-ċaqliq tal-ħaddiema ġewwa l-Komunità, huwa mixtieq li jinġiebu flimkien f'Kumitat Konsultattiv ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem sabiex jeżaminaw il-problemi trattati mill-Kumissjoni Amministrattiva;

Billi r-Regolament preżenti jista' jieħu post l-arranġamenti provduti fl-Artikolu 69(4) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

(a) "ħaddiem" ifisser

(i) bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fl-Anness V, kull persuna li għandha polza ta' l-assigurazzjoni, bil-fors jew b'għażla fuq bażi kontinwa, għall-waħda jew iktar mill-kontinġenzi koperti mill-friegħi ta' skema tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati;

(ii) kull persuna li għandha polza ta' l-assigurazzjoni obbligatorja għall-waħda jew iktar mill-kontinġenzi koperti mill-friegħi tas-sigurtà soċjali trattati f'dan ir-Regolament, fuq skema ta' sigurtà soċjali għar-residenti kollha jew għall-popolazzjoni kollha tax-xogħol jekk dawn il-persuni:

- jistgħu jiġu identifikati bħala persuni qiegħda bis-saħħa tal-manjiera li fiha hija amministrata jew finanzjata din l-iskema, jew

- fin-nuqqas ta' dawn il-kriterji, għandhom polza ta' l-assigurazzjoni għal xi kontinġenza oħra speċifikata fl-Anness V fuq skema għall-persuni fuq ix-xogħol, jew bil-fors jew b'għażla fuq bażi kontinwa;

(iii) kull persuna li volontarjament għandha polza ta' l-assigurazzjoni għall-waħda jew iktar mill-kontinġenzi koperti mill-friegħi trattati f'dan ir-Regolament, fuq skema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru għall-persuni bix-xogħol jew għar-residenti kollha jew għal ċerti kategoriji ta' residenti jekk qabel dawn il-persuni kellhom jidħlu f'assigurazzjoni obbligatorja għall-istess kontinġenza fuq skema għall-persuni bix-xogħol fl-istess Stat Membru;

(b) "ħaddiem fuq il-fruntiera" jfisser kull ħaddiem impjegat fit-territorju ta' Stat Membru u li jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li bħala regola jirrtorna lejh kuljum jew għall-inqas darba fil-ġimgħa; iżda, ħaddiem fuq il-fruntiera li jintbagħat jaħdem xi mkien ieħor fit-territorju ta' l-istess Stat Membru jew Stat Membru ieħor mill-impriża li soltu jkun jaħdem magħha u mhux imħolli minħabba dan l-impenn li jirritorna kuljum jew għall-inqas darba fil-ġimgħa lejn il-post tar-residenza tiegħu għandu madankollu jżomm l-istatus ta' ħaddiem fuq il-fruntiera għal perijodu ta' żmien li ma jaqbiżx l-erba' xhur;

(ċ) "ħaddiem staġjonali" jfisser kull ħaddiem li jmur fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr dak il-wieħed li jirrisjiedi fih biex jagħmel hemm xogħol ta' natura staġjonali għal impriża jew għal min iħaddmu f'dan l-Istat għal perijodu ta' żmien li għall-ebda raġuni ma jista' jaqbeż it-tmien xhur, u li jgħix fit-territorju ta' l-Istat imsemmi matul ix-xogħol tiegħu; xogħol ta' natura staġjonali għandu jittieħed li jfisser dak ix-xogħol illi, peress li huwa dipendenti fuq is-suċċessjoni ta' l-istaġuni, jiġri awtomatikament kull sena.

(d) "rifuġjat" għandu jkollha t-tifsira mogħtija lill-kelma fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Istat tar-Rifuġjati, ifirmata f'Ġeneva fit-28 ta' Lulju 1951;

(e) "persuna mingħajr Stat" għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni fuq l-Istat ta' Persuni mingħajr Stat, iffirmata fi New York fit-28 ta' Settembru 1954;

(f) "membru tal-familja" ifisser kull persuna definita u magħrufa bħala membru tal-familja jew nominata bħala membru ta' familja taħt saqaf wieħed bil-leġislazzjoni li fuqha jiġu provvduti l-benefiċċji jew, fil-każi msemmija fl-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 39, bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tirresjiedi din il-persuna; fejn, madankollu, il-leġislazzjonijiet imsemmija jikkunsidraw bħala membru tal-familja jew membru ta' familja taħt saqaf wieħed lil dik il-persuna biss li tkun tgħix fl-istess dar bħall-ħaddiem, din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata mwettqa jekk il-persuna msemmija hija prinċipalment dipendenti fuq dan il-ħaddiem;

(g) "superstiti" tfisser kull persuna definita jew magħrufa ta' hekk fil-leġislazzjoni li fuqha l-benefiċċji jiġu mogħtija; fejn, madankollu, il-leġislazzjoni msemmija tikkunsidra bħala superstiti lil dik il-persuna (jew lil dawk il-persuni) li kien/u jgħix/u taħt l-istess saqaf mal-ħaddiem li jkun miet, din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata mwettqa jekk din il-persuna kienet dipendenti prinċipalment fuq il-ħaddiem deċedut;

(h) "residenza" tfisser il-post abitwali ta' residenza;

(i) "waqfien/għixien" ifissru residenza temporajna;

(j) "leġislazzjoni" tfisser il-liġijiet kollha, ir-regolamenti kollha u d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha flimkien mal-miżuri kollha ta' implimentazzjoni eżistenti jew futuri ta' kull Stat Membru li għandhom x'jaqsmu mal-friegħi u l-iskemi tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu 4(1) u (2);

Dan it-terminu jeskludi d-dispożizzjonijiet dwar ftehim industrijali eżistenti jew futuri, sewwa jew le jekk kienu bla ħsara għal deċiżjoni mill-awtoritajiet li ġġegħilhom isiru obbligatorji jew li jwessgħulhom l-iskop. Iżda, fejn dan il-ftehim industrijali jservu għalbiex jimplimentaw ħtieġa ta' assigurazzjoni skond il-liġijiet jew ir-regolamenti msemmija fis-subparagrafu preċedenti, din ir-restrizzjoni tista' titneħħa f'kull ħin b'dikjarazzjoni mill-Istat Membru interessat, li tispeċifika l-iskemi tat-tip u l-kwalità li għalihom japplika dan ir-Regolament. Għandha tingħata notifikata ta' din id-dikajarazzjoni, li tiġi ppubblikata bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 96. Id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti ma għandhomx ikollhom l-effett ta' eżenzjoni mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' skemi li għalihom ikun ġie applikat ir-Regolament Nru 3;

(k) "konvenzjoni ta' sigurtà soċjali" tfisser kull strument bilaterali jew multilaterali li jorbot jew għad jorbot esklussivament żewġ Stati Membri jew iktar, u kull strument ieħor multilaterali li jorbot jew għad jorbot mill-inqas żewġ Stati Membri u Stat wieħed ieħor jew iktar fil-qasam tas-sigurtà soċjali, għall-friegħi u l-iskemi fl-intier kollu tagħhom jew f'parti minnu dikjarati fl-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-ftehim, ta' kull xorta u kwalità, konklużi b'mod konformi ma' l-istrumenti msemmija;

(l) "awtorita kompetenti" tfisser, fejn jidħol kull Stat Membru, il-Ministru, il-Ministri jew awtorità oħra ekwivalenti responsabbli mill-iskemi tas-sigurtà soċjali fit-territorju kollu jew f'parti minnu ta' l-Istat Membru konċernat;

m) "Kummissjoni Amministrattiva" tfisser il-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 80;

(n) "istituzzjoni" tfisser, fejn jidħol kull Stat Membru, il-korp jew l-awtorità responsabbli mill-amministrazzjoni tal-leġislazzjoni fl-intier tagħha jew f'parti minnha.

(o) "istituzzjoni kompetenti" tfisser

(i) l-istituzzjoni li magħha l-persuna interessata tkun assigurata fiż-żmien ta' l-applikazzjoni għall-benefiċċju, jew

(ii) l-istituzzjoni li mingħandha l-persuna interessata hija intitolata jew tkun intitolata għall-benefiċċji jekk hija jew il-membru/i tal-familja tagħha kienu residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni, jew

(iii) l-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru interessat, jew

(iv) fil-każ ta' skema li għandha x'taqsam mar-responsabbiltà ta' min iħaddem rigward il-benefiċċji dikjarati fl-Artikolu 4 (1), jew min iħaddem jew min hu mdaħħal fil-ħruġ ta' l-assigurazzjoni jew, fin-nuqqas ta' dawn, il-korp jew l-awtorità nominata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru interessat;

(p) "istituzzjoni tal-post tar-residenza" u "istituzzjoni tal-post tal-waqfa" ifissru rispettivament l-istituzzjoni li hija kompetenti li tipprovdi l-benefiċċji fil-post fejn il-persuna interessata tirrisjiedi u l-istituzzjoni li hija kompetenti li tipprovdi l-benefiċċji fil-post fejn il-persuna interessata tkun waqfet, skond il-leġislazzjoni amministrata minn din l-istutizjoni jew, fejn ma tiżistix istituzzjoni bħal din, l-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru involut;

(q) "Stat kompetenti" jfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-istituzzjoni kompetenti;

(r) "perijodi ta' l-assigurazzjoni" tfisser iż-żmien jew perijodi taż-żmien ta' l-impjieg definiti jew magħrufa bħala perijodu taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mil-leġislazzjoni li fuqha jkunu mwettqa jew konsidrati bħala mwettqa, u l-perijodi kollha taż-żmien trattati ta' hekk, fejn huma meqjusa mil-leġislazzjoni msemmija bħala ekwivalenti għall-perijodi ta' l-assigurazzjoni;

(s) "perijodi ta' impjieġ/xogħol" tfisser l-iżmna definiti jew magħrufa ta' hekk mill-leġislazzjoni li fuqha jkunu mwettqa, u l-perijodi kollha taż-żmien trattati ta' hekk, fejn huma meqjusa mil-leġislazzjoni msemmija bħala ekwivalenti għall-perijodi ta' impjieg/xogħol;

(t) "benefiċċji" u "pensjonijiet" ifissru l-benefiċċji u l-pensjonijiet kollha, inklużi l-elementi kollha tagħhom imħallsa mill-fondi pubbliċi, iż-żidiet tar-rivalwazzjoni u r-rimunerazzjonijiet supplimentari, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, kif ukoll benefiċċji f'somma waħda ta' flus li jistgħu jitħallsu minflok il-pensjonijiet magħmula bħala rimborż tal-kontribuzzjonijiet;

(u) (i) "benefiċċji familjari/tal-familja" tfisser il-benefiċċji kollha materjali jew fi flus bil-ħsieb li jilħqu l-ispejjez tal-familja skond il-leġislazzjoni provduta fl-Artikolu 4(1) (g), minbarra s-sussidji speċjali tat-twelid imsemmija fl-Aness I;

(ii) "sussidji familjari/tal-familja" tfisser il-benefiċċji perijodiċi fi flus konċessi esklussivament b'riferenza għan-numru u, fejn xieraq, l-età tal-membri tal-familja;

(v) "għotjiet għall-imwiet" tfisser kull pagament ta' darba' waħda u għal dejjem li, fil-każ ta' mwiet, ma jinkludix il-benefiċċju f'somma waħda msemmi fis-subparagrafu (p).

L-Artikolu 2

Il-Persuni koperti

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħaddiema li huma jew kienu soġġetti għall-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar u li huma ċ-ċittadini nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni mingħajr Stat jew rifuġjati li jirrisjedu ġewwa t-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u s-superstiti tagħhom.

2. B'żieda ma' dan, dan ir-Regolament għandu japplika għas-superstiti tal-ħaddiema li kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar, irrispettivament miċ-ċittadinanza ta' dawn il-ħaddiema, fejn is-superstiti huma ċ-ċittadini nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri, jew persuni mingħajr Stat jew rifuġjati li jirrisjedu ġewwa t-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impjegati fis-servizz ċivili u għall-persuni li, bi qbil mal-leġislazzjoni applikbbli, huma trattati ta' hekk, meta jkunu jew kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għalih japplika dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Trattament Ugwali

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta' dan ir-Regolament, il-persuni residenti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri li għalih japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi u jgawdu l-istess benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru bħaċ-ċittadini nazzjonali ta' dan l-Istat.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għad-dritt li jeleġġu l-membri ta' l-organi ta' istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew li jieħdu sehem fin-nomina tagħhom, imma ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' kull Stat Membru fejn għandhom x'jaqsmu l-eliġibbilità jew il-metodi tan-nominazzjoni.

3. Għajr kif provdut fl-Anness II, il-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali li jibqgħu fis-seħħ b'mod konformi ma' l-Artikolu 7(2)(ċ) u l-konvenzjonijiet konklużi b'mod konformi ma' l-Artikolu 8(1), għandhom japplikaw għall-persuni kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Materji koperti

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha rigward il-friegħi tas-sigurtà soċjali li ġejjin:

(a) benefiċċji tal-mard u tal-maternità;

(b) benefiċċji ta' l-invalidità, inklużi dawk maħsuba għall-manteniment jew it-titjib fil-kapaċità tal-qligħ (tal-flus);

(ċ) benfiċċji tax-xjuħija;

(d) benefiċċji tas-superstiti;

(e) benefiċċji rigward inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard kawżat mix-xogħol;

(f) għotijiet minħabba mwiet;

(g) benefiċċji tal-qgħad;

(h) benefiċċji familjari/tal-familja.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-iskemi kollha u speċjali ta' sigurtà soċjali, sewwa jekk kontributorji u sewwa jekk mhux kontributorji, u għall-iskemi li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbilità ta' min iħaddem jew is-sid ta' bastiment rigward il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1.

3. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament ma għandhomx, iżda, jaffettwaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' xi Stat Membru rigward ir-responsabbiltà tas-sid ta' bastiment.

4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna soċjali u dik medika, għal skemi ta' benefiċċju għall-vittmi tal-gwerra jew għall-konsegwenzi tagħha, jew għal skemi speċjali għall-impjegati fis-servizz ċivili u persuni trattati ta' hekk.

L-Artikolu 5

Dikjarazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar l-iskop ta' dan ir-Regolament

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-leġislazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2), il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 50 u l-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 77 u 78 f'dikjarazzjonijiet li jridu jiġu nnotifikati u ppubblikati bi qbil ma' l-Artikolu 96.

L-Artikolu 6

Konvenzjoniet dwar is-sigurtà soċjali li l-post tagħhom huwa mibdul b'dan ir-Regolament

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 8 u 46(4) dan ir-Regolament għandu, fejn għandhom x'jaqsmu l-persuni u l-materji koperti bih, jieħu l-post tad-dispożizzjonijiet ta' kull konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali li torbot jew:

(a) lil żewġ Stati Membri jew iktar esklussivament, jew

(b) lil mill-inqas żewġ Stati Membri u Stat wieħed ieħor jew iktar, fejn it-twettiq bi ftehim tal-każi interessati ma jinvolvix xi istituzzjoni minn xi wieħed mill-Istati ta' l-aħħar.

L-Artikolu 7

Dispożizzjonijiet internazzjonali mhux affettwati minn dan ir-Regolament

1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-obbligi li joħorġu minn:

(a) kull konvenzjoni adotta mill-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol li, wara r-ratifika ta' Stat Membru wieħed jew iktar, tkun daħlet fis-seħħ;

(b) il-Ftehim Interim Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali tal-11 ta' Diċembru 1953 konklużi bejn l-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

2. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, dan li ġej għandu jissokta japplika:

(a) il-Ftehim tas-27 ta' Lulju 1950 dwar is-sigurtà soċjali tan-nies tad-dgħajjes/bastimenti fuq ix-xmara Renu, rivedut fit-13 ta' Frar 1961;

(b) il-Konvenzjoni Ewropea tad-9 ta' Lulju 1956 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema fit-trasport internazzjonali;

(ċ) il-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali mdaħħla fil-lista ta' l-Anness II.

L-Artikolu 8

Konklużjoni ta' konvenzjonijiet bejn l-Istati Membri

1. Żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu, jekk tqum il-ħtieġa, jikkonkludu konvenzjonijiet ma' xulxin imsejsa fuq il-prinċipji u l-ispirtu ta' dan ir-Regolament.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika, bi qbil ma' l-Artikolu 96(1), kull konvenzjoni konkluża ma' Stat Membru ieħor b'mod konformi mal-paragrafu 1.

L-Artikolu 9

Dħul f'assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata

1. Id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' kull Stat Membru li jdaħħal assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata bil-kondizzjoni ta' residenza fit-territorju ta' dan l-Istat ma għandhiex tapplika għall-ħaddiema li jaqgħu taħt dan ir-Regolament u li huma residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, iżda xi żmien fil-ħajja tagħhom ta' qabel fix-xogħol kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat.

2. Fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, id-dħul f'assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata hija kondizzjonata minn perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni, kull perijodu minn dawn mitmum skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandu jitqies, safejn u sakemm meħtieġ, daqs li kieku kien mitmum skond il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat.

L-Artikolu 10

Rinunzja għall-klawsoli dwar residenza — L-effett ta' assigurazzjoni obbligatorja fuq il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet

1. Għajr fejn provdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, il-benefiċċji fi flus għall-invalidità, ix-xjuħija jew is-sopravivenza, il-pensjonijiet għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard kawżat mix-xogħol u għotjiet għall-imwiet miksuba skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar għandhom ikunu bla ħsara għal kull tnaqqis, modifika, żamma, treġġigħ lura jew konfiska minħabba l-fatt illi min jirċevihom jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas.

Is-subparagrafu preċedenti għandu japplika wkoll għall-benefiċċji ta' somma waħda konċessa f'każi ta' żwieġ mill-ġdid tar-raġel jew martu superstiti li kienu intitolati għal pensjoni tas-susperstiti.

2. Fejn skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet huwa kondizzjonat b'li l-persuna interessata tkun waqfet milli tibqa' soġġetta għal assigurazzjoni obbligatorja, din il-kondizzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala sodisfaċenti safejn u sakemm il-persuna interessata hija soġġetta għall-assigurazzjoni obbligatorja bħala ħaddiem/a skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 11

Valorizzazzjoni mill-ġdid tal-benefiċċji

Ir-regoli għall-valorizzazzjoni mill-ġdid provduti bil-leġislazzjoni ta' Stat Membru għandhom japplikaw għall-benefiċċji mistħoqqa skond din il-leġislazzjoni bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 12

Prevenzjoni ta' benefiċċji mtennija

1. Dan ir-Regolament la jista' jagħti u lanqas jista' jissokta d-dritt għal numru ta' benefiċċji ta' l-istes tip u kwalità għal perijodu ta'żmien wieħed u l-istess ta' assigurazzjoni obbligatorja. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-benefiċċji rigward invalidità, xjuħija, imwiet (pensjonijiet) jew mard kawżat mix-xogħol li jiġu konċessi mill-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew iktar, bi qbil ma' l-Artikolu 41, l-Artikolu 43(2) u (3), l-Artikoli 46, 50 u 51 jew l-Artikolu 60 (1)(b).

2. Id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' Stat Membru għat-tnaqqis, twaqqif jew treġġigħ lura ta' benefiċċju fil-każi ta' tennija tal-benefiċċji soċjali jew ta' dħul ieħor ta' flus fuq oħrajn bħalhom jistgħu invokati saħansitra jekk id-dritt għal dawn il-benefiċċji jkun ġie miksub skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew jekk dan id-dħul ta' flus jiġri fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-persuna interessata tirċievi benefiċċji ta' l-istess tip jew kwalità rigward invalidità, xjuħija, imwiet (pensjonijiet) jew mard kawżat mix-xogħol li jiġu konċessi mill-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew iktar. bi qbil ma' l-Artikoli 46, 50 u 51 jew l-Artikolu 60(1)(b).

3. Id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' Stat Membru dwar it-tnaqqis, twaqqif jew treġġigħ lura ta' benefiċċju fil-każ illi persuna tkun qiegħda tirċievi benefiċċji ta' invalidità jew benefiċċji bil-quddiem tax-xjuħija waqt li tkun qiegħda tagħmel xogħol professjonali jew kummerċjali jistgħu jiġu invokati kontra din il-persuna saħansitra jekk tkun qiegħda taqdi x-xogħol tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

4. Il-pensjoni ta' l-invalidità mħallsa skond il-leġislazzjoni Olandiża għandha, fil-każ fejn istituzzjoni Olandiża hija marbuta skond l-Artikolu 57(3)(ċ) jew l-Artikolu 60(2) (a) li tikkontribwixxi wkoll għan-nefqa fil-benefiċċji dwar mard ikkawżat mix-xogħol konċessi minn Stat Membru ieħor, tiġi mnaqqsa bl-ammont li jrid jitħallas mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor li hija responsabbli li toħroġ il-benefiċċji għall-mard ikkawżat mix-xogħol.

IT-TITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-LEĠISLAZZJONI APPLIKABBLI

L-Artikolu 13

Regoli ġenerali

1. Il-ħaddiem li għalih japplika dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tiġi stabbilita bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 14 sa 17:

(a) ħaddiem impjegat fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat saħansitra jekk ikun jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew l-uffiċċju reġistrat jew tan-negozju ta' l-impriża jew ta' l-individwu li jimpjegawh jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(b) ħaddiem impjegat abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat;

(ċ) l-impjegati tas-servizz ċivili u l-persuni trattati ta' hekk għandhom ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għalih hija soġġetta l-amministrazzjoni li timpjegahom;

(d) ħaddiem imsejjaħ jew imsejjaħ mill-ġdid għas-servizz militari ta' Stat Membru għandu jżomm l-istatus ta' ħaddiem, u għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat; jekk l-intitolament skond din il-leġislazzjoni huwa soġġett għat-tkomplija tal-perijodu taż-żmien ta' l-assigurazzjoni qabel id-dħul f'dan is-servizz jew ir-rilaxx minnu, l-iżmna mwettqa ta' l-assigurazjoni skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor għandhom jiġu meqjusa, safejn u sakemm meħtieġ, daqs li kieku kienu perijodi taż-żmien l-assigurazzjoni li tkomplew skond il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat.

L-Artikolu 14

Regoli speċjali

1. L-Artikolu 13(2) għandu japplika bla ħsara għall-eċċezzjonijiet jew iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) (i) Ħaddiem impjegat fit-territorju ta' Stat Membru minn impriża li normalment jaħdem magħha u jiġi trasferit minn din l-impriża lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor sabiex jaħdem hemm għal din l-impriża għandu jibqa' soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru, basta iżda illi t-tul taż-żmien meqjus bil-quddiem ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx it-tnax-il xahar u li l-ħaddiem ma jintbagħatx biex jieħu post ħaddiem ieħor li jkun għalaqlu ż-żmien tiegħu fuq il-post;

(ii) jekk it-tul taż-żmien tax-xogħol li jkollu jsir jittawwal b'iktar mit-tul taż-żmien oriġinarjament maħsub minn qabel, minħabba ċirkostanzi imprevisti, u jaqbeż it-tnax-il xahar, għandha tissokta tapplika l-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat sat-tmiem ta' dan ix-xogħol, basta iżda illi l-awtorità kompetenti ta' l-Istat li li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem ikun ġie mogħti l-post jew il-korp nominat minn din l-awtorità jagħtu l-kunsens tagħhom; dan il-kunsens għandu jiġi mitlub qabel it-tmiem tal-perijodu inizjali ta' tnax-il xahar. Dan il-kunsens, iżda ma jistax jingħata għal perijodu ta' żmien li jaqbeż it-tnax-il xahar;

(b) ħaddiem impjegat fit-trasport internazzjonali fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew iktar bħala membru tal-personal ta' l-ivvjaġġar jew tat-titjir u li jkun jaħdem f'impriża li, bil-kiri jew b'rigal jew għal rasu, topera servizzi tat-trasport għall-passiġġieri jew l-oġġetti bil-ferrovija, bit-triq, bl-ajru jew b'kanali interni ta' l-ilma u għandha l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Stat Membru, għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-aħħar, bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

(i) fejn l-impriża msemmija għandha fergħa jew rappreżentanza permanenti fit-territorju ta' Stat Membru għajr f'dak l-Istat li fih għadha uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju, il-ħaddiem impjegat minn din il-fergħa jew aġenzija għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu din il-fergħa jew ir-rappreżentanza permanenti;

(ii) fejn ħaddiem jiġi mpjegat prinċipalment fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih jirrisjedi, għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, saħansitra jekk l-impriża li timpjegah ma jkollha l-ebda uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju jew fergħa jew rappreżentanza permanenti f'dan it-territorju;

(ċ) ħaddiem, għajr il-wieħed impjegat fit-trasport internazzjonali, li normalment isegwi l-attività tiegħu fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew iktar għandu jkun soġġett:

(i) għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedi, jekk isegwi l-attività tiegħu parzjalment f'dan it-territorju jew jekk ikun imqabbad ma numru ta' impriżi jew numru ta' persuni li jħaddmu li għandhom l-uffiċċji reġistrati jew il-postijiet tan-negożju tagħhom fit-territorju ta' Stati Membri differenti;

(ii) għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negożju ta' l-impriża jew l-individwu li jħaddmu, jekk ma jkunx jirrisjedi fit-territorju ta' xi wieħed mill-Istati Membri fejn ikun qiegħed isegwi l-attività tiegħu;

(d) ħaddiem li huwa impjegat fit-territorju ta' Stat Membru wieħed minn impriża li għadha l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negożju tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u li jaqsam il-fruntiera komuni ta' dawn l-Istati għandu jkun soġġett għall-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħha.

2. L-Artikolu 13(2)(b) għandu japlika bla ħsara għall-eċċezzjonijiet jew ċirkostanzi li ġejjin:

(a) ħaddiem imġjegat ma' impriża li normalment jaħdem magħha, jew fit-territorju ta' Stat Membru jew abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' l-Istat Membru, li jiġi mibgħut jaħdem minn din l-impriża abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor għalbiex jagħmel ix-xogħol fuqu għall din l-impriża għandu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafu 1(a), jissokta jkunsoġġett għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel;

(b) ħaddiem illi, filwaqt li ma jkunx abitwalment impjegat fuq il-baħar, huwa impjegat fl-ibħra territorjali jew f'post ta' Stat Membru jew abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor, iżda mhux membru ta' l-ekwipaġġ, għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat;

(ċ) ħaddiem impjegat abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u mħallas minn impriża li l-ufiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha huma fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-aħħar jekk inhuwa residenti fit-territorju ta' dan l-Istat; l-impriża jew il-persuna li jħallsuh għandhom jiġu konsiderati bħala min iħaddmu għall-għanijiet tal-leġislazzjoni msemmija.

3. Id-dispovizzjonijiet legali ta' Stat Membru li bihom pensjonant li jkun qiegħed jagħmel xogħol professjonali jew kummerċjali ma jiġix soġġett għall-assigurazzjoni obbligatorja rigward din l-attività għandhom ukoll japplikaw għal pensjonant li l-pensjoni tiegħu nkisbet skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 15

Regoli rigward assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni b'għażla ssoktata

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 u 14 ma għandhomx japlikaw għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni b'għażla ssoktata.

2. Fejn l-applikazzjoni tal-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew iktar tinvolvi t-tennija ta' l-assigurazzjoni:

- fuq skema ta' assigurazzjoni obbligatorja u skema waħda jew iktar ta' assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata, il-persuna interessata għandha tkun soġġetta esklussivament għall-iskemi ta' assigurazzjoni obbligatorja.

- fuq żewġ skemi jew iktar ta' assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata, il-persuna interessata tista' tingħaqad biss ma' l-assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata li tkun għażlet.

3. Madankollu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' invalidità, xjuħija u mwiet (pensjonijiet), il-persuna interessata tista' tidħol fi skema ta' assigurazzjoni volontarja ta' Stat Membru, saħansitra jekk tkun soġġetta bil-fors għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, safejn u sakemm din it-tennija tkun aċċettata espliċitament jew impliċitament fl-Istat Membru ta' l-ewwel.

Il-persuna interessata li tapplika sabiex tidħol fi skema ta' assigurazzjoni volontarja jew b'għażla ssoktata fi Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi, b'żieda ma' din l-assigurazzjoni, assigurazzjoni kumplimentari b'għażla tista' biss tidħol f'ta' l-aħħar.

L-Artikolu 16

Regoli speċjali li jirrigwardaw persuni impjegati f'missjonijiet diplomatiċi u f'postijiet konsulari, u l-persunal awżiljarju tal-Komunitajiet Ewropej

1. L-Artikolu 13(2)(a) għandu japplika għall-persuni impjegati fil-missjonijiet diplomatiċi jew fil-postijiet konsulari u għall-persunal privat domestiku ta' dawn il-missjonijiet jew postijiet.

2. Madankollu, il-ħaddiema koperti bil-paragrafu 1 li huma ċittadini nazzjonali ta' l-Istat Membru li huwa l-Istat li jakkredita jew li jibgħat jistgħu jagħżlu li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat. Dan id-dritt tal-għażla jista' jiġi mġedded fl-aħħar ta' kull sena kalendarja u ma għandux ikollu effett retrospettiv.

3. Il-persunal awżiljarju tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jagħżlu li jkunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu impjegati, għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li tagħha kienu l-aħħar soġġetti jew għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li huma ċittadini nazzjonali tiegħu, dwar dispożizzjonijiet oħra għajr dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sussidji tal-familja, li l-konċessjoni tagħhom hija regolata mill-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għal dan il-persunal. Id-dritt ta' l-għażla, li jista' jiġi eżerċitat darba biss, għandu jibda jgħodd mid-data tad-dħul fl-impjieg.

L-Artikolu 17

Eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 sa 16:

Żewġ Stati Membri jew iktar jew l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati jistgħu, bi ftehim komuni, jipprovdu għal eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 sa 16 fl-interess ta' ċerti ħaddiema jew kategoriji ta' ħaddiema.

IT-TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-KATEGORIJI DIFFERENTI TAL-BENEFIĊĊJI

IL–KAPITOLU 1

MARD U MATERNITÀ

It-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 18

Aggregazzjoni tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji bil-kondizzjoni tat-tkomplija tal-perijodi taż-żmien ta' assigurazzjoni għandha, safejn u sakemm meħtieġ, tieħu f'konsiderazzjoni l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor daqs li kieku l-perijodi taż-żmien kienu mwettqa skond il-leġislazzjoni tiegħu.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-ħaddiema staġjonali, saħansitra rigward il-perijodi ta' qabel xi waqfien fil-polza ta' l-assigurazzjoni li jaqbeż iż-żmien permess mil-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti, iżda l-ħaddiem interessat ma jkunx waqaf milli jkun assigurat għal perijodu li jaqbeż l-erba' xhur.

It-Taqsima 2

Il-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom

L-Artikolu 19

Residenza fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti — Regoli ġenerali

1. Ħaddiem li jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti, illi jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti biex ikun intitolat għall-benefiċċji, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 fejn hu xieraq, għandu jirċievi fl-Istat fejn huwa residenti:

(a) il-benefiċċji f'oġġetti pprovduti fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza bi qbil mal-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni daqs li kieku kien assigurat magħha;

(b) il-benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post tar-residenza, dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu mogħtija mill-istituzzjoni ta' l-aħħar fl-interess ta' l-ewwel, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) għandhom japplikaw b'analoġija għall-membri tal-familja li tkun residenti fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti, fejn ma jkunux intitolati għal dawn il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu jirrisjedu.

L-Artikolu 20

Il-ħaddiema ta' fuq il-fruntiera u l-membri tal-familja tagħhom — Regoli speċjali

Ħaddiem ta' fuq il-fruntiera jista' wkoll jikseb benefiċċji fit-territorju ta' l-Istat kompetenti. Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, daqs li kieku l-ħaddiem kien residenti fih. Il-membri tal-familja tiegħu jistgħu jirċievu benefiċċji f'oġġetti fuq l-istess kondizzjonijiet; madankollu dawn il-benefiċċji għandhom, għajr f'każijiet rari, jkunu bil-kondizzjoni ta' ftehim bejn l-Istati interessati jew bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati jew, fl-assenza tiegħu, b'awtorizzazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni kompetenti.

L-Artikolu 21

Waqfien fl-Istat kompetenti jew it-trasferiment tar-residenza lejh

1. Ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 19 li jkunu jgħixu (waqfien) fit-territorju ta' l-Istat kompetenti għandhom jirċievu l-benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat daqs li kieku kienu residenti fih saħansitra jekk ikunu diġà rċevew beneffiċċji għall-istess każi ta' mard jew maternità qabel ma marru jgħixu (waqfien) fih. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ħaddiema fuq il-fruntiera u l-membri tal-familja tagħhom.

2. Ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu kif msemmija fl-Artikolu 19 li jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn it-territorju ta' l-Istat kompetenti, għandhom jirċievu l-benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, saħansitra jekk ikunu rċevew l-istess beneffiċċji għall-istess mard jew maternità qabel it-trasferiment tar-residenza tagħhom.

L-Artikolu 22

Għixien 'il barra l-Istat kompetenti — Ritorn lejn jew trasferiment tar-residenza fi Stat Membru ieħor matul il-mard jew il-maternità — Il-ħtieġa tat-tluq lejn Stat Membru ieħor sabiex tiġi rċevuta l-kura xierqa

1. Ħaddiem illi jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti għalbiex ikun intitolat għall-benefiċċji, filwaqt li jingħata qies fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18, u:

(a) li l-kondizzjoni tiegħu teħtieġ benefiċċji immedjati matul il-għixien tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, jew

(b) li, wara li jkun sar intitolat għall-benefiċċji mħallsa bi dritt mill-istituzzjoni kompetenti, jiġi awtoriazzat minn din l-istituzzjoni li jerġa' lura lejn it-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedi, jew li jittrasferixxi r-residenza tiegħu lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, jew

(ċ) li jiġi awtorizzat mill-istituzzjoni kompetenti sabiex imur fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għalbiex jirċievi hemm il-kura xierqa għall-kondizzjoni tiegħu, għandu jkun intitolat:

(i) għall-benefiċċji f'oġġetti provduti fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post ta' l-għixien jew tar-residenza bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra, daqs li kieku kien assigurat magħha; iżda, it-tul tal-perijodu taż-żmien li matulu jiġu pprovduti l-benefiċċji għandhom ikunu regolati mil-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti;

(ii) għall-benefiċċji fi flus provduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li (din l-istituzzjoni) tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post tal-għixien jew tar-residenza, dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu provduti mill-istituzzjoni ta' l-aħħar fl-interess ta' l-ewwel, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti.

2. L-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1(b) tista' tiġi rrifjutata biss jekk jiġi stabbilit illi ċ-ċaqliq tal-persuna interessata jkun ta' preġudizzju għall-istat ta' saħħtu jew għar-riċeviment ta' kura medika.

L-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1(ċ) tista' tiġi rrifjutata fejn il-kura msemmija ma tistax tiġi pprovduta lill-persuna interessata ġewwa t-teritorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedi.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-membri tal-familja ta' ħaddiem fejn jidħlu benefiċċji f'oġġetti.

4. Il-fatt illi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw għal ħaddiem ma għandux jaffettwa d-dritt għall-benefiċċju lill-membri tal-familja tiegħu.

L-Artikolu 23

Kalkolu ta' benefiċċji fi flus

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkunu ibbażat fuq il-paga medja jew is-salarju medju, għandha tistabblixxi din il-paga medja jew salarju medju esklussivament b'riferenza għall-pagi u s-salarji konfermati bħala li ġew imħallsa matul il-perijodi taż-żmien imwettqa skond il-leġislazzjoni msemmija.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkunu ibbażat fuq paga jew salarju standard, għandha tieħu f'konsiderazzjoni esklussivament il-livell tal-paga jew tas-salarju jew, fejn xieraq, tal-medji tal-pagi jew is-salarji standard għall-perijodi taż-żmien imwettqa skond il-leġislazzjoni msemmija.

3. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li bil-leġislazzjoni tiegħu l-ammont tal-benefiċċji fi flus ivarja skond in-numru tal-membri fil-familja, għandu wkoll jieħu f'konsiderazzjoni l-membri tal-familja tal-persuna interessata li tkun residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor daqs li kieku kienet residenti fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 24

Benefiċċji sostanzjali f'oġġetti

1. Fejn id-dritt ta' ħaddiem jew tal-membri tal-familja tiegħu għal protesi, tagħmir maġġuri jew benefiċċji sostanzjali f'oġġetti jiġu kkonoxxuti mill-istituzzjoni ta' Stat Membru qabel ma jkun assigurat ma' l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-ħaddiem imsemmi għandu jirċievi dawn il-benefiċċji a spejjeż ta' l-ewwel istituzzjoni, saħansitra jekk jiġu konċessi wara li jidħol f'assigurazzjoni ma' l-istituzzjoni tat-tieni.

2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal il-lista tal-benefiċċji li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

It-Taqsima 3

Persuni qiegħda u l-membri tal-familja tagħhom

L-Artikolu 25

1. Persuna qiegħda, li għaliha japplikaw l-Artikolu 69(1) u t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 71(1)(b)(ii), u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti għall-initolament ta' benefiċċji f'oġġetti jew fi flus, filwaqt li, fejn xieraq, jingħata qies tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18, għandha tirċievi għall-perijodu taż-żmien provdut skond l-Artikolu 69(1)(ċ):

(a) il-benefiċċji f'oġġetti pprovduti fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li fih ifittex ix-xogħol bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-istituzzjoni ta' l-aħħar, daqs li kieku kien assigurat magħha;

(b) il-benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li fih il-persuna tkun qiegħda tfittex ix-xogħol, il-benefiċċji jistgħu jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta' l-aħħar fl-interess ta' l-istituzzjoni ta' l-ewwel bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti. Il-benefiċċji tal-qgħad skond l-Artikolu 69(1) ma għandhomx jiġu konċessi għall-perijodi taż-żmien li fihom ikunu rċevuti benefiċċji fi flus.

2. Persuna qiegħda għal kollox li għaliha japplikaw l-Artikolu 71(1)(a)(ii) jew l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 71(1)(b)(ii) għandha tirċievi l-benefiċċji f'oġġetti u fil-flus bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tirresjiedi, daqs li kieku kienet soġġetta għal din il-leġislazzjoni matul l-aħħar impjieg tagħha, filwaqt li, fejn xieraq, jingħata qies tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18; in-nefqa fuq dawn il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-pajjiż tar-residenza.

3. Fejn persuna qiegħda tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li hu responsabbli mill-ispejjż tal-benefiċċji tal-qgħad għal intitolament f'benefiċċji f'oġġetti, filwaqt li jingħata qies tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18, il-membri tal-familja tagħha għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji, irrispettivament mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedu jew ikunu qegħdin jgħixu. Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew fejn ikunu qegħdin jgħixu (waqfien) bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun responsabbli għan-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad.

4. Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni leġislattiva ta' Stat Membru li jippermettu żieda fil-perijodu taż-żmien li fih jistgħu jiġu konċessi l-benefiċċji tal-mard, il-perijodo taż-żmien ipprovdut fil-paragrafu 1, f'każijiet ta' forza maġġuri, jistgħu jiġu mtawla mill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu fissat mill-leġislazzjoni amministrata mill-istituzzjoni.

It-Taqsima 4

Il-pretendenti għall-pensjonijiet u l-membri tal-familja tagħhom

L-Artikolu 26

Id-dritt għall-benefiċċji f'oġġetti fil-każijiet ta' temma tad-dritt għall-benefiċċji mill-istutuzzjoni li kienet l-aħħar kompetenti

1. Ħaddiem, il-membri tal-familja tiegħu jew is-superstiti tiegħu li, matul l-investigazzjoni ta' pretensjoni, jieqfu milli jibqgħu intitolati għall-benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru l-aħħar kompetenti, għandhom madankollu jibqgħu jirċievu dawn il-benefiċċji bil-kondizzjonijiet li ġejjin: il-benefiċċji f'oġġetti għandhom ikunu provduti bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna jew il-persuna interessati jirrisjedu, iżda jkunu intitolati għal dawn il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni jew li kienu jkunu intitolati għalihom skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jekk kienu jirrisjedu fit-territorju ta' dan l-Istat, filwaqt li jingħata qies fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18.

2. Il-pretendent ta' pensjoni li huwa intitolat għal benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru li jobbliga lill-persuna interessata li hija nfisha tħallas il-kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni fuq il-mard matul l-investigazzjoni tal-pretensjoni tiegħu għall-pensjoni għandu jieqaf milli jkun intitolat għall-benefiċċji f'oġġetti mat-tmiem tat-tieni xahar li għalih ma jkunx ħallas il-kontribuzzjonijiet mistħoqqa.

3. Il-benefiċċji f'oġġetti pprovduti b'mod konformi għall-paragrafu 1 għandhom jiġu mħallsa bi dritt mill-istituzzjoni li tkun ġabret il-kontribuzzjonijiet b'mod konformi mal-paragrafu 2; fejn ma jiġu mħallsa l-ebda kontribuzzjionijiet skond il-paragrafu 2, l-istituzzjoni responsabbli min-nefqa fuq il-benefiċċji f'oġġetti għandha, wara li tonora l-pensjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 28, tirrifondi l-ammont that benefiċċji mogħtija lill-instituzzjoni tal-post tar-residenza.

It-Taqsima 5

Il-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom

L-Artikolu 27

Il-pensionijiet li jridu jitħallsu skond il-leġislazzjoni ta' numru ta' Stati fejn id-dritt għall benefiċċji f'oġġetti jitgawda fil-pajjiż tar-residenza.

Pensjonant li huwa intitolat li jiġbed pensjoni skond il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew iktar u li huwa intitolat għal benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjiedi, wara li jingħata qies fejn xieraq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 u l-Anness V, għandu, flimkien mal-familja tiegħu, jirċievi dawn il-benefiċċji mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bin-nefqa tal-flus ta' din l-istituzzjoni daqs li kieku huwa pensjonant li l-pensjoni tiegħu titħallas biss skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-aħħar.

L-Artikolu 28

Il-pensionijiet li jridu jitħallsu skond il-leġislazzjoni ta' Stat wieħed jew iktar fejn id-dritt għall-benefiċċji f'oġġetti jitgawda fil-pajjiż tar-residenza.

1. Pensjonant illi huwa intitolat li jiġbed pensjoni jew pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar u li ma hux intitolat għall-benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn ikun jirrisjedi, għandu madankollu jirċievi dawn il-benefiċċji għalih innifsu u għall-membri tal-familja tiegħu jekk, wara li jingħata qies fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 u l-Anness V, ikun intitolat għalihom skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru, jew għal ta' l-inqas wieħed mill-Istati Membri, kompetenti rigward il-pensjonijiet li kieku kien residenti fit t-territorju ta' dan l-Istat. Il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti fl-interess ta' l-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza daqs li kieku l-persuna interessata kienet pensjonant/a skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu tirresjiedi u kien/et intitolat/a għall-benefiċċji f'oġġetti.

2. Fil-każijiet koperti mil-paragrafu 1, in-nefqa fuq il-benefiċċji f'oġġetti għandha tinġarr mill-istituzzjoni stabbilita skond ir-regoli li ġejjin:

(a) fejn il-pensjonant huwa intitolat għall-benefiċċji msemmija skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, in-nefqa għandha tinġarr mill-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat;

(b) fejn il-pensjonant huwa intitolat għall-benefiċċji msemmija skond il-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew iktar, in-nefqa fuqhom għandha tinġarr mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu il-pensjonant ikun temm l-itwal perijodu ta' assikurazjoni; jekk kemm-il darba l-applikazzjoni ta' din ir-regola tirriżulta illi numru ta' istituzzjonijiet ikunu responsabbli għan-nefqa fuq il-benefiċċji, in-nefqa għandha tinġarr mill-istituzzjoni li magħha l-pensjonant ikun l-aħħar assigurat.

L-Artikolu 29

Ir-residenza tal-membri tal-familja fi Stat ieħor li ma jkunx il-wieħed fejn jirrisjedi l-pensjonant — Trasferiment tar-residenza lejn l-Istat fejn jirrisjedi l-pensjonant.

1. Il-membri tal-familja ta' pensjonant intitolat li jiġbed il-pensjoni jew il-pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar illi jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr il-wieħed li fih jirrisjedi l-pensjonant, għandhom jirċievu l-benefiċċji f'oġġetti li huwa intitolat għalihom skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru, daqs li kieku l-pensjonant kien residenti fl-istess terriitorju bħalhom. Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tal-membri tal-familja, bi qbil mal-leġislazzjoni li din l-istituzzjoni tamministra u għandhom jiġu mħallsa bi dritt lill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tal-pensjonant.

2. Il-membri tal-familja msemmija fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn it-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedi l-pensjonant, għandhom jirċievu l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, saħansitra jekk ikunu diġà rċevew il-benefiċċji għall-istess każ ta' mard jew maternità qabel it-trasferiment tar-residenza tagħhom.

L-Artikolu 30

Benefiċċji sostanzjali f'oġġetti

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 għandhom japplikaw b'analoġija għall-pensjonanti.

L-Artikolu 31

Pensjonant u/jew il-membri tal-familja tiegħu li jgħixu fi Stat ieħor għajr l-Istat fejn jirrisjedu

Pensjonant intitolat li jiġbed il-pensjoni jew il-pensjonijiet fi Stat Membru wieħed jew iktar u li huwa wkoll intitolat għall-benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati għandu, mal-membri tal-familja tiegħu, jirċievi dawn il-benefiċċji filwaqt li jkun jgħix (waqfien) fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr dak li fih huma jirrisjedu. Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tal-għixien bi qbil mal-leġislazzjoni li hi tamministra u għandhom ikunu mħallsa bi dritt lill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tal-pensjonant.

L-Artikolu 32

Dispożizzjonijiet speċjali dwar ir-responsabbiltà tan-nefqa fuq il-benefiċċji pprovduti lil dawk il-ħaddiema li qabel kienu ħaddiema fuq il-fruntiera u l-membri tal-familja jew is-superstiti tagħhom.

In-nefqa fuq il-benfiċċji li bihom ikun ġie pprovdut pensjonant li qabel kien ħaddiem fuq il-fruntiera jew is-superstiti ta' ħaddiem fuq il-fruntiera skond l-Artikolu 27, u n-nefqa fuq il-benefiċċji li kienu pprovduti lill-membri tal-familja tiegħu skond l-Artikoli 27 jew 31, fejn il-ħaddiem fuq il-fruntiera kien jaħdem ta' hekk fit-tliet xhur immedjati qabel id-data ta' meta l-pensjoni kellha tibda titħallas mid-data tal-mewt tiegħu, għandha tinqasam ugwalment bejn l-istituzzjoni tal-post tar-residenza tal-ħaddiem u dik li magħha kien l-aħħar assigurat.

L-Artikolu 33

Pensjonijiet imħallsa mill-pensjonanti

L-istituzzjoni responsabbli mill-ħlas ta' pensjoni, u li tappartjeni għal Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi għat-tnaqqis mill-pensjonijiet rigward il-kontribuzzjonijiet li jridu jiġu mħallsa mill-pensjonanti sabiex ikopru benefiċċji f'oġġetti, għandha tiġi awtorizzata li tagħmel dan it-tnaqqis mill-pensjoni pagabbli minn din l-istituzzjoni, kalkolati bi qbil mal-leġislazzjoni interessata, safejn u sakemm in-nefqa fuq il-benefiċċji f'oġġetti skond l-Artikoli 27, 28, 31 u 32 jiġu miġbura minn istituzzjoni ta' l-Istat Membru msemmi.

L-Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ġenerali

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 27 sa 33 ma għandhomx japplikaw għal pensjonant jew għall-membri tal-familja tiegħu li huma intitolati għal benefiċċji f'oġġetti skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru bħala riżultat talli kien jaqdi attività professjonali jew kummerċjali. F'dan il-każ il-persuna interessata għandha, għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, tiġi kkunsidrata bħala ħaddiem jew bħala membru tal-familja ta' ħaddiem.

It-Taqsima 6

Dispożizzjonijiet mixxellanji

L-Artikolu 35

Skema applikabbli fejn jeżistu numru ta' skemi fil-pajjiż tar-residenza jew għixien — Mard ta' qabel — Iż-żmien massimu li matulu jiġu konċessi l-benefiċċji.

1. Fejn il-leġislazzjoni tal-pajjiż tal-għixien jew tar-residenza jkollha numru ta' skemi ta' assigurazzjonijiet għall-mard jew għall-maternità, id-dispożizzjonijiet applikabbli skond l-Artikoli 19, 21(1), 22, 25, 26, 28(1), 29(1) jew 31 għandhom ikunu dawk ta' l-iskema li tkopri ħaddiema ta' l-id fl-industrija ta' l-azzar. Madankollu, fejn il-leġislazzjoni msemmija tinkludi skema speċjali għall-ħaddiema fil-minjieri u impriżi bħal dawn, id-dispożizzjonijiet ta' din l-iskema għandhom japplikaw għall-din il-kategorija ta' ħaddiema u għall-membri tal-familja tagħhom basta iżda illi l-istituzzjoni fil-post tal-għixien jew tar-residenza li lilha ssir l-applikazzjoni hija kompetenti li tmexxi din l-iskema.

2. Fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-għotja tal-benefiċċji hija skond il-kondizzjoni ta' l-oriġini tal-marda, din il-kondizzjoni ma għandha tapplika la għall-ħaddiema u lanqas għall-membri tal-familja tagħhom li għalihom japplika dan ir-Regolament, ikun min ikun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedu.

3. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru tiffissa perijodu massimu taż-żmien għall-għotja tal-benefiċċji, l-istituzzjoni li tamministra din il-leġislazzjoni tista', fejn xieraq, tqis il-perijodu taż-żmien li matulu l-benefiċċji jkunu diġa ingħataw mill-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor għall-istess każi ta' mard jew maternità.

It-Taqsima 7

Ħlas lura (rimborż) bejn l-istituzzjonijiet

L-Artikolu 36

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 32, il-benefiċċji f'oġġetti provduti b'mod konformi ma' dan il-Kapitolu mill-istituzzjoni ta' Stat Membru wieħed fl-interess ta' Stat Membru ieħor għandhom jiġu mħallsa lura għal kollox.

2. Il-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit u magħmul bi qbil mal-proċedura pprovduta bl-implimentazzjoni tar-regolament imsemmi fl-Artikolu 97, jew mal-għotja tal-prova tan-nefqa attwali jew fuq il-bażi ta' ħlas f'somma waħda.

Fil-każ ta' l-aħħar, il-ħlas f'somma waħda għandu jkun tali illi jiżgura illi l-ħlas lura jeqreb daqs kemm possibbli lejn in-nefqa attwali.

3. Żewġ Stati Membri jew iktar, jew l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati, jistgħu jipprovdu metodi oħra ta' ħlas lura jew iwarrbu d-dritt għar-rimborżi kollha bejn l-istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

IL-KAPITOLU 2

INVALIIDITÀ

It-Taqsima 1

Ħaddiema soġġetti biss għal-leġislazzjonijiet li fuqhom l-ammont ta' benefiċċji ta' l-invalidità jiddependi mit-tul taż-żmien tal-perijodi ta' assigurazzjoni

L-Artikolu 37

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħaddiem li kien suċċessivament jew alternattivament soġġett għal-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stat Membri jew iktar u li jkun temm il-perijodi ta' l-assigurazzjoni esklussivament taħt leġislazzjonijiet li skondhom l-ammont ta' benefiċċji ta' l-invalidità huwa indipendenti mit-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni, għandu jirċievi benefiċċji bi qbil ma' l-Arikolu 39. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa żidiet fil-pensjoni jew supplimenti għalihom minħabba t-tfal, konċessi bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

2. L-Anness III jagħti lista tal-leġislazjonijiet tat-tip u l-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 li huma fis-seħħ fit-territorju ta' kull Stat Membru interessat.

L-Artikolu 38

Aggregazzjoni tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji bil-kondizzjoni tat-tkomplija tal-perijodi ta' assigurazzjoni għandha tqis safejn u sakemm meħtieġ il-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku l-perijodi kienu mwettqa skond il-leġislazzjoni tagħha stess.

2. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel il-għotja ta' ċerti benefiċċji bil-kondizzjoni li l-perijodi ta' l-assigurazzjoni jkunu ġew mwettqa fi professjoni li hija soġġetta għal reġim speċjali jew, fejn jixraq, f'impjieg speċifiku, il-perijodi taż-żmen ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra għandhom jitqiesu għall-għotja ta' dawn il-benefiċċji jekk ikunu mwettqa fuq skema korrespondenti jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess xogħol jew, fejn xieraq, fl-istess impjieg. Jekk, wara li jkun ingħata każ tal-perijodi hekk imwettqa, il-persuna interessata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tirċievi dawn il-benefiċċji, għandu jingħata qies ta' dawn l-perijodi għall-għotja tal-benefiċċji skond l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, skond l-iskema applikabbli għall-ħaddiem ta' l-id jew klerikali, kif ikun xieraq.

L-Artikolu 39

Għoti tal-benefiċċji

1. L-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kien applikabbli fiż-żmien meta kienet ġrat l-inkapaċità għax xogħol segwita minn invalidità, għandha tistabbilixxi, bi qbil ma' din il-leġislazzjoni, jekk il-persuna interessata tissodisfax il-kondizzjonijiet li jintitolawha għall-benefiċċji, filwaqt li tagħti qies fejn jixraq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38.

2. Persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikseb il-benefiċċji esklussivament mill-istituzzjoni msemmija, bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra.

3. Persuna li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tirċievi l-benefiċċji li għalihom hija intitolata skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, filwaqt li jingħata qies fejn xieraq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38.

4. Jekk il-leġislazzjoni applikabbli skond il-paragrafi 2 jew 3 tipprovdi illi l-ammont ta' benefiċċji għandu jiġi stabbilit filwaqt li tingħata konsiderazzjoni ta' l-eżistenza ta' membri tal-familja tal-persuna interessata għajr it-tfal żgħar, l-istituzzjoni kompetenti għandha wkoll tqis il-membri tal-familja tal-persuna interessata li jkunu jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu jirrisjedu fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

It-Taqsima 2

Ħaddiema li jaqgħu jew taħt il-leġislazzjoni li fuqha l-ammont ta' benefiċċju ta' l-invalidità jiddependi mit-tul taż-żmien tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew taħt il-leġislazzjoni tat-tip imsemmi fit-Taqsima 1 (l-Artikolu 40)

L-Artikolu 40

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħaddiem li jkun suċċessivament jew alternattivament soġġett għal-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stat Membri jew iktar, li tagħhom mill-inqas waħda ma hix tat-tip imsemmija fl-Artikolu 37(1), għandu jirċievi benefiċċji skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3, li għandu japplika b'analoġija, filwaqt li jingħata qies tad-dispożizjonijiet tal-paragrafu 3.

2. Iżda, ħaddiem li jsofri inkapaċità fuq ix-xogħol segwita bl-invalidità filwaqt li jkun soġġett għal-leġislazzjoni mniżżla fil-lista ta' l-Anness III, għandu jirċievi l-benefiċċji bi qbil ma' l-Artikolu 37(1) b'żewġ kondizzjonijiet:

- illi jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' din il-leġislazzjoni jew tal-leġislazzjonijiet l-oħra ta' l-istess tip, filwaqt li jingħata qies fejn xieraq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38, imma mingħajr ma jkollu għalfejn jirrikorri għall-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond leġislazzjonijiet mhux imniżżla fil-lista fl-Anness III, u

- illi ma jissodisfax il-kondizzjonijiet għall-intitolament tal-benefiċċji skond leġislazzjoni mhix imniżżla fil-lista ta' l-Anness III.

3. Deċiżjoni meħuda minn istituzzjoni ta' Stat Membru dwar il-grad ta' invalidità ta' rikjedent għandha torbot lill-istituzzjoni ta' kull Stat Membru ieħor interessat, iżda l-konkordanza bejn il-leġislazzjonijiet ta' dawn l-Istati dwar il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu tal-grad ta' invalidità tkun aċċettata fl-Anness IV.

It-Taqsima 3

Aggravament ta' l-invalidità

L-Artikolu 41

1. Fil-każ li tmur għall-agħar l-invalidità li għaliha ħaddiem ikun qiegħed jirċievi l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk il-persuna interessata ma kenitx soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċji, l-istituzzjoni kompetenti fl-Istat ta' l-ewwel għandha tkun marbuta li tikkonċedi l-benefiċċji, filwaqt li tagħti qies ta' l-aggravament, bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra;

(b) jekk il-persuna interessata kienet soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċji, il-benefiċċji għandhom jiġu konċessi lilu, filwaqt li jingħata qies ta' l-aggravament, bi qbil ma' l-Artikolu 37(1) jew l-Artikolu 40(1) u (2) kif jixraq;

(ċ) jekk l-ammont totali tal-benefiċċju jew benefiċċji li jridu jitħallsu skond is-subparagrafu (b) huwa inqas mill-ammont tal-benefiċċju illi l-persuna interessata kienet tirċievi bi spejjeż ta' l-istituzzjoni responsabbli qabel għall-ħlas, din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta illi tħallasha b'suppliment ugwali għad-diferenza bejn iż-żewġ ammonti;

(d) jekk, fil-każ msemmi fis-subparagrafu (b), l-istituzzjoni responsabbli mill-inkapaċità inizjali hija istituzzjoni Olandiża, u jekk:

(i) il-marda li kkawżat l-aggravament hija l-istess waħda bħal dik li wasslet għall-għotja tal-benefiċċji skond il-leġislazzjoni Olandiża;

(ii) din il-marda hija marda kawżata mix-xogħol ġewwa t-tifsira tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha l-persuna interessata kienet l-aħħar soġġetta u tintitolaha għall-ħlas tas-suppliment msemmi fl-Artikolu 60(1)(b); u

(iii) il-leġislazzjoni jew il-leġislazzjonjiet li għalihom il-persuna interessata kienet soġġetta minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċji hija leġislazzjoni, jew huma leġislazzjonijiet, imniżżla fil-lista fl-Anness III.

l-istituzzjoni Olandiża għandha tissokta tipprovdi l-benefiċċju inizjali wara li jiġri l-aggravament, u l-benefiċċju mistħoqq skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar li għalih il-persuna interessata kienet soġġetta għandu jitnaqqas bl-ammont tal-benefiċċju Olandiż;

(e) jekk, fil-każ msemmi fis-subparagrafu (b), il-persuna interessata ma hix ititolata għall-beneffiċċji bi spejjeż ta' istutuzzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat ta' l-ewwel għandha tkun marbuta li tikkonċedi l-benefiċċji, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, filwaqt li tagħti qies ta' l-aggravament u, fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38.

2. Fil-każijiet ta' aggravament f'invalidità li għaliha ħaddiem ikun qiegħed jirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjonijiet ta' Stat Membru wieħed jew iktar, il-benefiċċji għandhom jiġu konċessi lilu, filwaqt li jingħata qies ta' l-aggravament, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 40(1).

It-Taqsima 4

Bidu mill-ġdid ta' l-għoti ta' benefiċċji wara t-twaqqif jew it-treġġigħ lura tagħhom — bdil tal-benefiċċji ta' l-invalidità f'benefiċċji tax-xjuħija

L-Artikolu 42

Id-deċiżjoni dwar l-għarfien ta' l-istituzzjoni responsabbli mill-provediment tal-benefiċċji meta tinbeda mill-ġdid il-għotja tal-benefiċċji ta' l-invalidità

1. Jekk tkun sejra tinbeda mill-ġdid il-għotja tal-benefċċji wara li jkunu twaqqfu dan il-provediment għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43, jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet li kienu responsabbli għall-għotja tal-benefiċċji matul iż-żmien tas-sospensjoni tagħhom.

2. Jekk, wara li jittieħdu lura l-benefiċċji, il-kondizzjoni tal-persuna interessata tagħti lok għall-bżonn tal-għotja ta' iktar benefiċċji, dawn għandhom jingħataw bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 37(1) jew l-Artikolu 40(1) jew (2), kif jixraq.

L-Artikolu 43

Bdil tal-benefiċċji ta' l-invalidità f'benefiċċji tax-xjuħija

1. Il-benefiċċji ta' l-invalidità għandhom jiġu mibdula f'benefiċċji tax-xjuħija, fejn xieraq, skond il-kondizzjonijiet preskritti bil-leġislazzjoni jew il-leġislazzjonijiet li fuqhom ikunu ġew konċessi, u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.

2. Kull istituzzjoni ta' Stat Membru li tidħol responsabbli li tipprovdi benefiċċji ta' l-invalidità għandha, fejn il-persuna li tkun qiegħda tirċievi benefiċċji ta' l-invalidità tista', bis-saħħa ta' l-Artikolu 49, tistabbilixxi pretensjoni għall-benefiċċji tax-xjuħija skond il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra, tissokta tipprovdi lil din il-persuna b'dawn il-benefiċċji ta' l-invalidità li għalihom il-persuna tkun għadha intitolata skond il-leġislazzjoni li l-istituzzjoni tamministra sakemm id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 isiru applikabbli rigward din l-istituzzjoni.

3. Iżda, jekk fil-każ msemmi fil-paragrafu 2 il-benefiċċji ta' l-invalidità li kienu ġew konċessi b'mod konformi ma' l-Artikolu 39, l-istituzzjoni li tibqa' responsabbli li tipprovdi dawn il-benefiċċji tista' tapplika l-Artikolu 49(1)(a) jekk min jirċievi l-benefiċċji msemmija jkun issodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru interessat għall-intitolament tal-benefiċċji tax-xjuħija, bis-sostituzzjoni għall-ammont teoretiku msemmi fl-Artikolu 46(2)(a) ta' l-ammont tal-benefiċċji ta' l-invalidità dovuti mill-istitizzjoni msemmija.

IL-KAPITOLU 3

XJUĦIJA U MWIET (PENSJONIJIET)

L-Artikolu 44

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta' benefiċċji meta ħaddiem kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew iktar

1. Id-drittijiet ta' ħaddiem għall-benefiċċji meta kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew iktar, jew tas-superstiti tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitlu.

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 49, meta tkun depożitata pretensjoni għall-għoti ta' benefiċċju, din l-għotja għandha ssir bil-konsiderazzjoni tal-leġislazzjonijiet kollha li għalihom il-ħaddiem kien soġġett. Għandha ssir eċċezzjoni għal din ir-regola jekk il-persuna interessata tistaqsi espressmaent għal posponiment tal-għotja tal-benefiċċji għax-xjuħija li għalihom kien ikun intitolat taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar, iżda ma jitqesux l-perijodi mwettqa skond din il-leġislazjoni jew dawn il-leġislazzjonijiet biex takkwista d-dritt tal-benefiċċju fi Stat Membru ieħor.

3. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal żidiet jew supplimenti fil-pensjonijiet fejn jidħlu t-tfal żgħar, jew għall-pensjonijiet ta' l-orfni konċessi b'mod konformi mal-Kapitolu 8.

L-Artikolu 45

Konsiderazzjoni tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġislazzjonijiet li għalihom ħaddiem kien soġġett għall-akkwist, żamma jew irkupru tad-dritt għall-benefiċċji

1. Istituzzjoni ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji bil-kondizzjoni tat-tkomplija tal-perijodu ta' assigurazzjoni għandha tagħti qies, safejn u sakemm meħtieġ, tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru, daqs li kieku l-perijodi kienu mwettqa skond il-leġislazzjoni li tamministra.

2. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħti l-għotja ta' ċerti benefiċċji bil-kondizzjoni illi l-perijodi ta' l-assigurazzjoni jkunu ġew mwettqa f'xogħol soġġett għal skema speċjali jew, fejn xieraq, f'impjieg speċifiku, l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġislatura ta' Stati Membri oħra għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji biss jekk imwettqa skond din l-iskema jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess xogħol jew, fejn xieraq, fl-istess impjieg. Jekk, wara li jkun ingħata każ ta' l-perijodi hekk imwettqa, il-persuna interessata ma tissodisfax il-kondizzjoni għalbiex tirċievi dawn il-benefiċċji, għandu jingħata qies ta' dawn l-perijodi għall-għotja tal-benefiċċji skond l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, skond l-iskema applikabbli għall-ħaddiem ta' l-id jew klerikali, kif ikun xieraq.

3. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru li jagħmel l-għoti tal-benefiċċji bil-kondizzjoni li l-ħaddiem ikun soġġett għal-leġislazzjoni tiegħu f'dak il-waqt li meta jinħoloq ir-riskju ma jġorr l-ebda ħtiġijiet dwar it-tul ta' l-perijodi ta' l-assigurazzjoni kemm għall-intitolament jew għall-kalkolu tal-benefiċċji, kull ħaddiem li ma jibqax soġġett għal din il-leġislazzjoni għandu għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, jibqa' jitqies li jkun għadu hekk soġġett meta jiġri r-riskju, jekk f'dak il-waqt ikun soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta' dan, jista' jistabbilixxi pretensjoni skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor. Iżda, din il-kondizzjoni ta' l-aħħar għandha titqies imwettqa fil-każ msemmi fl-Artikolu 48(1).

L-Artikolu 46

Il-għotja tal-benefiċċji

1. Fejn ħaddiem kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru u fejn jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dan l-Istat Membru għall-intitolament tal-benefiċċji, mingħajr il-ħtieġa ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat Membru għandha, bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra, tistabbilixxi l-ammont tal-benefiċċju li jikkorrespondi mat-tul kollu ta' l-perijodi ta' l-assigurazzjoni li għandhom jitqiesu b'mod konformi ma' din il-leġislazzjoni.

Din l-istituzzjoni għandha wkoll tikkalkola l-ammont tal-benefiċċju li kien ikun miksub bl-applikazzjoni tar-regoli preskritti fil-paragrafu 2(a) u (b). Għandu jitqies biss l-ogħla minn dawn iż-żewġ ammonti.

2. Fejn ħaddiem kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru u ma jissodisfax il-kondizzjonijiet għall-intitolament tal-benefiċċji jekk kemm-il darba ma jitqisux id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat Membru għandha tapplika r-regoli li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-ammont teoretiku tal-benefiċċju illi l-persuna interessata tista' tippretendi li kieku l-perijodi kollha taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet differenti ta' l-Istati Membri li għalihom kien soġġett kienu ġew imwettqa fl-Istat imsemmi u skond il-leġislazzjoni amministrata minnha fid-data tal-għotja tal-benefiċċju. Jekk, skond din il-leġislazzjoni, l-ammont tal-benefiċċju ma jiddependix mit-tul tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni, allura dan l-ammont għandu jitqies bħala l-ammont teoretiku msemmi f'dan is-subparagrafu;

(b) l-istituzzjoni għandha imbagħad tistabbilixxi l-ammont attwali tal-benefiċċju fuq il-bażi ta' l-ammont teoretiku msemmi fis-subparagrafu preċedenti u bil-proporzjon li t-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa qabel ma jkun ġara r-riskju skond il-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni, paragunat mat-tul totali tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa qabel ma kien ġara r-riskju skond il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha interessati;

(ċ) jekk it-tul totali tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha interessati qabel ikun ġara r-riskju huwa itwal miż-żmien massimu meħtieġ mill-leġislazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati biex jiġi rċevut il-benefiċċju sħiħ, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha, meta tiġi biex tapplika d-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, tqis dan iż-żmien massimu minflok it-tul totali tal-perijodi taż-żmien imwettqa; dan il-metodu ta' kalkolu ma jridx jirriżulta fl-impożizzjoni fuq din l-istituzzjoni li n-nefqa fuq dan il-benefiċċju tkun ikbar mill-benefiċċju sħiħ ipprovdut mil-leġislazzjoni li hi tamministra;

(d) il-proċedura li tqis id-duplikazzjoni tal-perijodi meta tkun qiegħda tapplika r-regoli tal-kalkolu preskritti f'dan il-paragrafu, għandha tiġi preskritta fl-implimentazzjoni tar-Regolament msemmi fl-Artikolu 97.

3. Il-persuna interessata għandha tkun intitolata għas-somma totali tal-benefiċċji kkalkolata bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, ġewwa l-limitu ta' l-ogħla ammont teoretiku tal-benefiċċji kkalkolat skond il-paragrafu 2(a).

Fejn l-ammont msemmi fil-paragrafu preċedenti jinqabeż, kull istituzzjoni li tapplika l-paragrafu 1 għandha taġġusta l-benefiċċju tagħha b'ammont li jikkorrespondi mal-proporzjoni li l-ammont tal-benefiċċju msemmi juri mat-total tal-benefiċċji stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 1.

4. Fejn, f'każ ta' pensjonijiet ta' l-invalidità, tax-xjuħija jew tas-sopravivenza, it-total tal-benefiċċji dovuti minn żewġ Stati Membri jew iktar, skond id-dispożizzjonijiet ta' konvenzjoni multilaterali dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 6(b), huwa inqas mit-total li kien ikun dovut minn dawn l-Istati Membri skond is-subparagrafi 1 u 3, il-persuna interessata għandha tgawdi mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

L-Artikolu 47

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-benefiċċji

1. Għall-kalkolu ta' l-ammont teoretiku msemmi fl-Artikolu 46(2), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-paga medja jew is-salarju medju, il-kontribuzzjoni medja, iż-żieda medja jew il-proporzjon li kien jeżisti, matul il-perijodi ta' l-assigurazzjoni, bejn il-paga jew is-salarju grossi tar-rikjedent u l-medja tal-pagi jew tas-salarji grossi tal-persuni kollha assigurati għajr ta' l-apprendisti, dawn iċ-ċifri medji jew proporzjonijiet medji għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat biss fuq il-bażi tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat imsemmi, jew fuq il-paga jew is-salarju grossi mdaħħla mill-persuna interessata matul dawn il-perijodi biss;

(b) fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kalkolati fuq il-bażi ta' l-ammont tal-pagi jew tas-salarji, tal-kontribuzzjonijiet jew taż-żidiet, l-istituzzjoni kompetenti għandha tistabbilixxi il-pagi jew is-salarji, il-kontribuzzjonijiet u ż-żidiet li jridu jitqiesu rigward l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi tal-medja tal-pagi jew is-salarji, tal-kontribuzzjonijiet jew iż-żidiet reġistrati rigward il-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-legislazzjoni li hija tamministra.

(ċ) fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' livell wieħed ('standard') ta' paga jew salarju jew fuq ammont fiss, l-istituzzjoni kompetenti għandha tkkunsidra l-paga jew is-salarju jew l-ammont fiss li jridu jitqiesu rigward il-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra bħala ugwali għal livell wieħed ('standard') tal-paga jew is-salarju jew l-ammont fiss jew, fejn jixraq, tal-medja tal-pagi jew is-salarji standard jew ta' l-ammont fiss standard li jikkorespondu mal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni li hija tamministra;

(d) fejn, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati għal numru ta' perijodi taż-żmien fuq il-bażi ta' l-ammont tal-pagi jew tas-salarji u, għall-perijodi l-oħra, fuq il-bażi ta' livell wieħed ta' pagi jew salarji jew ammont fiss, l-istituzzjoni kompetenti għandha, rigward l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra, tqis il-pagi jew is-salarji jew l-ammonti fissi stabbiliti bi qbil mad-dispożizzjonijiet (b) jew (ċ) jew, fejn jixraq, il-medja ta' dawn il-pagi jew salarji jew ammonti; fejn il-benefiċċji jiġu kalkolati fuq il-bażi ta' paga jew salarju standard jew ta' ammont fiss standard għall-perijodi kollha mwettqa skond il-leġislazzjoni li (l-istituzzjoni) tammininstra, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkunsidra l-paga jew is-salarju li jridu jitqiesu rigward l-perijodi ta' assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra bħala ugwali għall-paga jew is-salarju spekulattiv li jikkorrespondi ma' din il-paga standard jew dan is-salarju standard jew dan l-ammont fiss standard.

2. Id-dispożizzjonijiet leġislattivi ta' Stat Membru rigward il-valorizzazzjoni mill-ġdid tal-fatturi mitqiesa għall-kalkoli tal-benefiċċji għandhom japplikaw, kif xieraq, għall-fatturi li għandhom jitqiesu mill-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, rigward il-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra.

3. Jekk, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, l-ammont ta' benefiċċji jiġi stabbilit filwaqt li jittieħed qies ta' l-eżistenza ta' membri tal-familja għajr it-tfal żgħar, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha wkoll tieħu f'konsiderazzjoni lill-membri tal-familja tal-persuna interessata li jkunu jirrisjedu fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 48

Perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni ta' inqas minn sena

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 46(2), jekk it-tul totali tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ma jammontawx għal sena waħda, u jekk skond din il-leġislazzjoni ma jkun miksub l-ebda dritt għall-benefiċċji bis-saħħa biss ta' dawn l-perijodi, l-istituzzjoni ta' dan l-Istat ma għandhiex tkun marbuta li tikkonċedi benefiċċji rigward dawn l-perijodi.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra interessati għandhom iqisu l-perijodi msemmija fil-paragrafu 1, bil-għan li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 46(2) għajr dawk tas-subparagrafu (b).

3. Jekk l-effett ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikun li l-istituzzjonijiet kollha ta' l-Istati Membri interessati jeħilsu mill-obbligi tagħhom, il-benefiċċji għandhom jiġu konċessi esklussivament skond il-leġislazzjoni ta' l-aħħar minn dawn l-Istati li l-kondizzjonijiet tiegħu jiġu sodisfatti, daqs li kieku l-perijodi kollha ta' l-assigurazzjoni mwettqa u mittieħda f'konsiderazzjoni skond l-Artikolu 45 (1) u (2) kienu ġew imwettqa skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat.

L-Artikolu 49

Kalkolu tal-benefiċċji meta l-persuna interessata ma tissodisfax simultanjament il-kondizzjonijiet preskritti mil-leġislazzjonijiet kollha li taħthom ikunu ġew imwettqa l-perijodi ta' l-assigurazzjoni.

1. Jekk, fi żmien imsemmi, il-persuna interessata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti għall-għotja tal-benefiċċji mill-leġislazzjonijiet kollha ta' l-Istati Membri li għalihom kienet soġġetta, filwaqt li jitqiesu fejn xieraq id-dispovizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, imma tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' waħda minhom biss jew iktar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) kull waħda mill-istituzzjonjiet li tamministra leġislazzjoni li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu ġew sodisfatti għandha tikkalkola l-ammont tal-benefiċċju mistħoqq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 46;

(b) iżda:

(i) jekk il-persuna interessata tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' mill-inqas żewġ leġislazzjonijiet mingħajr ma tirrikorri għall-perijodi mwettqa skond il-leġislazzjonijiet li l-kondizzjonijiet tagħom ma jkunux ġew sodisfatti, dawn l-perijodi ma għandhomx jitqiesu għall-għanijiet ta' l-Artikolu 46(2);

(ii) jekk il-persuna interessata tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' leġislazzjoni waħda biss mingħajr ma tirrkorri għall-perijodi ta' l-assigurati mwettqa skond il-leġislazzjonijiet li l-kondizzjonijiet tagħhom ma jkunux ġew sodisfatti, l-ammont ta' benefiċċju mistħoqq għandu jiġi kkalkolat biss bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni li l-kondizzjonijiet tagħha jkunu ġew sodisfatti, filwaqt li jitqiesu l-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni mwettqa taħt din il-leġislazzjoni biss.

2. Il-benefiċċju jew il-benefiċċji konċessi skond waħda mill-leġislazzjonijiet imsemmija jew iktar, fil-każ msemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid awtomatikament bi qbil ma' l-Artikolu 46, kif u fejn il-kondizzjonijiet meħtieġa minn waħda jew iktar mil-leġislazzjonijiet l-oħra li għalihom il-persuna interessata ma kenitx soġġetta jiġu sodisdatti, filwaqt li jitqiesu kif xieraq id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 45.

3. Kalkolu mill-ġdid għandu jsir awtomatikament bi qbil mal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(2), meta l-kondizzjonijiet meħtieġa minn waħda jew iktar mil-leġislazzjonijiet interessati ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

L-Artikolu 50

Il-għotja ta' suppliment meta l-benefiċċji totali mistħoqqa skond il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri differenti ma jammontawx għall-minimu preskritt mil-leġislazzjoni ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu jirrisjedi min jirċevihom

Wieħed li jirċievi l-benefiċċji li għalihom japplika dan il-Kapitolu jista' ma jiġix konċess, fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun jirrisjedi u li skond il-leġislazzjoni tiegħu jistħoqq benefiċċju, benefiċċju li hu inqas mill-benefiċċju minimu fissat minn din il-leġislazzjoni għal perijodu żmien ta' assigurazzjoni ugwali għall-perijodi kollha ta' l-assikurazjoni wara li jitqies il-ħlas bi qbil ma' l-Artikoli preċedenti. L-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha, jekk meħtieġ, tagħtih bi ħlas matul iż-żmien kollu tar-residenza tiegħu fit-territorju tagħha suppliment ugwali għad-differenza bejn it-total tal-benefiċċji mistħoqqa skond dan il-Kapitolu u l-ammont tal-benefiċċju minimu.

L-Artikolu 51

Valorizzazzjoni mill-ġdid u kalkolu mill-ġdid tal-benefiċċji

1. Jekk, minħabba żieda fil-għoli tal-ħajja jew tibdil fil-livell tal-pagi jew tas-salarji jew għal raġunijiet oħra għall-aġġustament, il-benefiċċji ta' l-Istat interessat jiġu mibdula b'persentaġġ jew ammont fissi, dan il-persentaġġ jew ammont għandhom jiġu applikati direttament għall-benefiċċji stabbiliti skond l-Artikolu 46, mingħajr il-ħtieġa li jsir kalkolu mill-ġdid bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2. Mill-banda l-oħra, jekk il-metodu li jistabbilixxi l-benefiċċji, jew ir-regoli għall-kalkolu tagħhom għandhom jiġu mibdula, għandu jsir kalkolu mill-ġdid bi qbil ma' l-Artikolu 46.

Il-KAPITOLU 4

INĊIDENTI FUQ IX-XOGĦOL U MARD IKKAWŻAT MIX-XOGĦOL

It-Taqsima 1

Id-dritt għall-benefiċċji

Artikolu 52

Residenza fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti — Regoli ġenerali

Ħaddiem li jġarrab inċident fuq ix-xogħol jew jaqa' f'marda kkawżata mix-xogħol, u li jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru għajr mill-Istat kompetenti, għandu jirċievi mill-Istat fejn jirrisjedi:

(a) benefiċċji f'oġġetti pprovduti fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tiegħu bi qbil mal-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni daqs li kieku kien assigurat magħha;

(b) benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li hija tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post tar-residenza, dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta' l-aħħar fl-interess ta' l-ewwel, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 53

Ħaddiema fuq il-fruntiera — Regola speċjali

Ħaddiem ta' fuq il-fruntiera jista' wkoll jikseb benefiċċji fit-territorju ta' l-Istat kompetenti. Dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, daqs li kieku l-ħaddiem kien residenti fih.

L-Artikolu 54

Għixien (waqfien) fl-Istat kompetenti jew trasferiment tar-residenza lejh

1. Ħaddiem kopert bl-Artikolu 52 li jgħix fit-territorju ta' l-Istat kompetenti għandu jirċievi benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, saħansitra jekk ikun diġà rċieva benefiċċji qabel il-waqfien tiegħu. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ħaddiema ta' fuq il-fruntiera.

2. Ħaddiem kopert bl-Artikolu 52 li jittrasferixxi r-residenza tiegħu lejn it-territorju ta' l-Istat kompetenti għandu jirċievi benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, saħansitra jekk ikun diġà rċieva benefiċċji qabel it-trasferiment tar-residenza tiegħu.

L-Artikolu 55

Waqfien barra l-Istat kompetenti — Ritorn jew trasferiment tar-residenza lejn Stat Membru ieħor wara li jġarrab inċident jew jaqa' f'marda kkawżata mix-xogħol — Il-ħtieġa tat-tluq lejn Stat Membru ieħor sabiex tiġi rċevuta l-kura xierqa

1. Ħaddiem li jġarrab inċident fuq ix-xogħol jew jaqa' f'marda kkawżata mix-xogħol u:

(a) jgħix fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, jew

(b) li, wara li jkun sar intitolat għall-benefiċċji li jridu jiġu mħallsa mill-istituzzjoni kompetenti, jiġi awtorizzat minn din l-istituzzjoni li jerġa' lura lejn it-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedi, jew li jittrasferixxi r-residenza tiegħu lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, jew

(ċ) li jiġi awtorizzat mill-istituzzjoni kompetenti sabiex imur fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biex jirċievi hemm il-kura xierqa skond il-kondizzjoni tiegħu,

għandu jiġi intitolat:

(i) għall-benefiċċji f'oġġetti pprovduti fl-interess ta' l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post ta' l-għixien jew tar-residenza bi qbil mal-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni, daqs li kieku kien assigurat magħha,madankollu l-perijodi taż-żmien li matulhom jiġu pprovduti l-benefiċċji għandhom ikunu rregolati mil-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti;

(ii) għal benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li hija tamministra. Madankollu, bi ftehim bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-istituzzjoni tal-post tal-għixien jew tar-residenza, dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta' l-aħħar fl-interess ta' l-ewwel, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti.

2. L-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1(b) tista' tiġi rrifjutata biss jekk jiġi stabbilit illi ċ-ċaqliq tal-persuna interessata jkun ta' preġudizzju għall-istat ta' saħħtu jew ir-riċeviment ta' kura medika.

L-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1(ċ) tista' ma tiġix irrifjutata fejn il-kura msemmija ma tistax tingħata lill-persuna interessata ġewwa t-teritorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedi.

L-Artikolu 56

Inċidenti waqt l-ivjaġġar

Inċident waqt l-ivjaġġar li jiġri fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti għandu jitqies li ġara fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 57

Benefiċċji għall-mard ikkawżat mix-xogħol fejn il-persuna interessata tkun ġiet esposta għall-istess riskju f'numru ta' Stati Membri

1. Meta persuna li tkun waqgħet f'marda kkawżata mix-xogħol tkun, skond il-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew iktar, segwiet attività li x'aktarx tikkawża din il-marda, il-benefiċċji li tista' tippretendi hija jew is-superstiti tagħha għandhom jiġu mogħtija esklussivament skond il-leġislazzjoni ta' l-aħħar wieħed minn dawn l-Istati li l-kondizzjonijiet tiegħu jiġu sodisfatti, filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni, fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2. Jekk, skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-għoti ta' benefiċċji rigward marda kkawżata mix-xogħol huwa soġġett għall-kondizzjonijiet illi l-marda msemmija kienet inkixfet għall-ewwel darba ġewwa t-territorju tiegħu, din il-kondizzjoni għandha titqies imwettqa jekk il-marda tkun ġiet mikxufa l-ewwel fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

3. Fil-każijiet ta' pnewmokonjosi skleroġenika, għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet:

(a) jekk skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, l-għoti tal-benefiċċji rigward marda kkawżata mix-xogħol huwa soġġett għall-kondizzjoni illi l-marda msemmija tkun nkixfet ġewwa limitu speċifiku taż-żmien wara t-temma ta' l-aħħar attività li x'aktarx kienet il-kawża ta' din il-marda, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat, filwaqt li teżamina ż-żmien li fih din l-attività kienet segwita għandha tqis, sakemm u safejn meħtieġ, attivitajiet simili segwiti skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu segwiti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-ewwel;

(b) jekk skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, l-għoti tal-benefiċċji rigward marda kkawżata mix-xogħol huwa soġġett għall-kondizzjoni illi l-marda msemmija tkun ġiet mikxufa ġewwa limitu speċifiku taż-żmien wara t-tmiem ta' l-aħħar attivita li x'aktarx kienet il-kawża ta' din il-marda, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat, filwaqt li teżamina ż-żmien li fih din l-attività kienet segwita għandha tqis, sakemm u safejn meħtieġ, attivitajiet simili segwiti skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu segwiti skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-ewwel;

(ċ) in-nefqa f'benefiċċji fi flus inklużi pensjonijiet għandha tinqasam bejn l-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-persuna interessata segwiet attività li x'aktarx ikkawżat il-marda. Dan it-tqassim għandu jsir fil-proporzjon li t-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħija mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull wieħed mill-Istati Membri jġorr kontra t-tul totali tal-perijodi ta' assigurazzjoni tax-xjuħija mwettqa skond il-leġislazzjonijiet ta' dawk l-Istati kollha fid-data li bdew il-benefiċċji.

4. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi unanimament it-tipi ta' mard ikkawżat mix-xogħol li għalihom għandhom jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

L-Artikolu 58

Kalkolu tal-benefiċċji fi flus

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkun ibbażat fuq il-paga jew is-salarju medji, għandha tistabblixxi din il-paga jew salarju medji esklussivament b'riferenza għall-pagi u s-salarji rreġistrati matul l-perijodi mwettqa skond il-leġislazzjoni msemmija.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tagħha tipprovdi illi l-kalkolu tal-benefiċċji fi flus għandu jkunu ibbażat fuq il-paga jew is-salarju standard, għandha tistabblixxi din il-paga jew salarju medji esklussivament b'riferenza fejn jixraq għall-pagi u s-salarji standard li jikkorrespondu mal-perijodi mwettqa skond il-leġislazzjoni msemmija.

3. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li bil-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-ammont ta' benefiċċji fi flus ivarja skond in-numru tal-membri fil-familja, għandha wkoll tqis lill-membri tal-familja tal-persuna interessata li hija residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor daqs li kieku kienu residenti fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 59

Infiq fuq it-trasport ta' persuna li ġġarrab inċident fuq ix-xogħol jew tbati minn marda kkawżata mix-xogħol

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru illi l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi għall-ħlas ta' l-ispejjeż tat-trasport ta' persuna li ġġarrab inċident waqt ix-xogħol jew timrad kawża tax-xogħol, sewwa lejn il-post tar-residenza tagħha jew lejn sptar, għandha tħallas dawn l-ispejjeż lejn il-post korrispondenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fejn tirrisjedi l-persuna, basta iżda illi din l-istituzzjoni tagħti awtorizzazzjoni minn qabel għal dan it-trasport, filwaqt li kif mistħoqq tikkunsidra r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Din l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fil-każ ta' ħaddiem fuq il-fruntiera.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi għall-ispejjeż tat-trasport tal-katavru ta' persuna maqtula f'inċident waqt ix-xogħol lejn il-post tad-difna għandha, bi qbil mal-leġislazzjoni li hija tamministra, tħallas dawn l-ispejjeż sal-post korrespondenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fejn il-persuna kienet tirrisjedi filwaqt ta' l-inċident.

It-Taqsima 2

Aggravament tal-mard kawżat mix-xogħol li għaliha l-benefiċċju jkun ingħata

L-Artikolu 60

1. Fil-każ li tmur għall-agħar l-invalidità li għaliha ħaddiem ikun qiegħed jirċievi l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk ħaddiem, filwaqt li jkun jirċievi benefiċċji, ma kienx jaħdem skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor f'xogħol li x'aktarx kien jikkawża jew jaggrava l-marda msemmija, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel għandha tkun marbuta li tħallas in-nefqa fuq il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni li hi tamministra filwaqt li tqis l-aggravament;

(b) jekk il-ħaddiem, filwaqt li jkun jirċievi benefiċċji, kien jaħdem f'dan ix-xogħol skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel għandha tkun marbuta li tħallas in-nefqa fuq il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni li hi tamministra filwaqt li tqis l-aggravament. L-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru tat-tieni għandha tikkonċedi suppliment lill-ħaddiem, li l-ammont tiegħu għandu jiġi stabbilit skond il-leġislazzjoni li hija tamministra u dan għandu jkun daqs id-differenza bejn l-ammont tal-benefiċċji mistħoqq wara l-aggravament u l-ammont li kien ikun mistħoqq minn qabel l-aggravament li skond il-leġislazzjoni amministrata minnha jekk il-marda msemmija tkun ġrat taħt il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat;

(ċ) jekk fil-każijiet koperti mis-subparagrafu (b) ħaddiem li jsofri minn pnewmokonjożi skleroġenika jew minn marda stabbilita skond l-Artikolu 57(4) ma huwiex intitolat għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat tat-tieni, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat ta' l-ewwel għandha tkun marbuta li tipprovdi l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni li tamministra, filwaqt li tqis l-aggravament. L-istituzzjoni ta' l-Istat tat-tieni għandha, madankollu, tħallas in-nefqa fuq id-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċji fi flus, inklużi l-pensjonijiet, mistħoqqa mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat ta' l-ewwel, filwaqt li tqis l-aggravazzjoni u l-ammont tal-benefiċċji korrspondenti li kienu dovuti minn qabel l-aggravament.

2. Fil-każ li l-aggravament ta' marda kkawżata mix-xogħol li twassal għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 57(3)(ċ), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni kompetenti li tkun tat il-benefiċċji b'mod konformi ma' l-Artikolu 57(1) għandha tkun marbuta illi tipprovdi l-benefiċċji skond il-leġislazzzjoni li tamministra, filwaqt li tqis l-aggravament;

(b) in-nefqa f'benefiċċji fi flus, inklużi l-pensjonijiet, għandha tissokta li tinqasam bejn l-istituzzjonijiet li bejniethom qasmu n-nefqa fuq il-benefiċċji ta' qabel bi qbil ma l-Artikolu 57(3)(ċ). Iżda, fejn il-persuna tkun segwiet għal darba oħra attività li x'aktarx tikkawża l-marda msemmija kkawżata mix-xogħol jew l-aggravament tagħha, jew skond il-leġislazzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri li fih il-persuna tkun diġà segwiet attività ta' l-istess natura jew skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha tħallas in-nefqa tad-differenza bejn l-ammonti mistħoqqa ta' benefiċċji, filwaqt li tqis l-aggravament, u l-ammont ta' benefiċċji dovuti minn qabel l-aggravament.

It-Taqsima 3

Dispożizzjonijiet mixxellanji

L-Artikolu 61

Regoli sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċjali ta' ċerti leġislazzjonijiet

1. Jekk ma teżistix assigurazzjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard kawżat mix-xogħol fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih ħaddiem jiġri li jinsab, jew jekk teżisti din l-assigurazzjoni imma ma teżisti l-ebda istituzzjoni li tipprovdi benefiċċji f'oġġetti, dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post ta' l-għixien jew tar-residenza responsabbli li tipprovdi l-benefiċċji f'oġġetti fil-każ ta' mard.

2. Fejn il-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti tagħmel il-benefiċċji li jkunu għal kollox mingħajr ħlas bil-kondizzjoni li s-servizz mediku jiġi organzzat minn min iħaddem, il-benefiċċji f'oġġetti pprovduti fil-każijiet msemmija fl-Artikoli 52 u 55(1) għandhom jiqiesu li jkunu ġew ipprovduti minn dan is-servizz mediku.

3. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat kompetenti tinkludi skema li għandha x'taqsam ma' l-obbligi ta' min iħaddem, il-benefiċċji f'oġġetti pprovduti fil-każiijiet msemmija fl-Artikoli 52 u 55(1) għandhom jitqiesu li jkunu ġew ipprovduti fuq it-talba ta' l-istituzzjoni kompetenti.

4. Fejn in-natura ta' l-iskema ta' l-Istat kompetenti li għandha x'taqsam mal-kumpens għall-inċidenti fuq ix-xogħol ma hix assigurazzjoni obbligatorja, il-għoti tal-benefiċċji f'oġġetti għandu jsir direttament minn min iħaddem jew minn min hu involut fil-ħruġ ta' l-assigurazzjoni.

5. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru tipprovdi espressament jew b'implikazzjoni illi l-inċidenti fuq ix-xogħol jew il-mard ikkawżat mix-xogħol li jkunu ġraw jew ġew ikkonfermati qabel għandhom jitqiesu sabiex jiġi stmat il-grad ta' inkapaċità, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha wkoll tikkunsidra lil dawk l-inċidenti fuq ix-xogħol jew mard ikkawżat mix-xogħol li jkunu ġraw jew ġew ikkonfermati qabel skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu ġraw jew ġew ikkonfermati skond il-leġislazzjoni li hija tamministra.

L-Artikolu 62

Skema applikabbli fejn ikun hemm numru ta' skemi fil-pajjiż ta' l-għixien jew tar-residenza — Tul massimu tal-benefiċċji

1. Jekk il-leġislazzjoni fil-pajjiż ta' l-għixien jew tar-residenza jkollha numru ta' skemi ta' assigurazzjoni, id-dispożizzjoni applikabbli għall-ħaddiema koperti mill-Artikoli 52 jew 55 (1) għandhom ikunu dawk għall-ħaddiema ta' l-id fl-industrija ta' l-azzar. Madankollu, fejn il-leġislazzjoni msemmija tinkludi skema speċjali għall-ħaddiema fil-minjieri u f'impriżi bħal dawn, id-dispożizzjonijiet ta' din l-iskema għandhom japplikaw għall-din il-kategorija ta' ħaddiema u għall-membri tal-familja tagħhom fejn l-istituzzjoni fil-post tal-għixien jew tar-residenza li lilha jissottomettu l-pretensjoni tagħhom hija kompetenti li tamministra din l-iskema.

2. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru tiffissa perijodu massimu ta' żmien li matulu jistgħu jiġu konċessi l-benefiċċji, l-istituzzjoni li tamministra din il-leġislazzjoni tista', fejn xieraq, tqis kull perijodu taż-żmien li matulu l-benefiċċji jkunu diġà ngħataw mill-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor.

It-Taqsima 4

Ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet

L-Artikolu 63

1. L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jidħlu fid-dmir li jirrifondu l-ammont ta' benefiċċji f'oġġetti provduti fl-interess tagħhom b'mod konformi ma' l-Artikoli 52 u 55(1).

2. Il-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit u magħmul bi qbil mal-proċedura provduta bl-implimentazzjoni tar-regolament msemmi fl-Artikolu 97, jew mal-għotja tal-prova tan-nefqa attwali jew fuq il-bażi ta' ħlas f'somma waħda.

3. Żewġ Stati Membri jew iktar, jew l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati, jistgħu jipprovdu metodi oħra ta' rimborż jew iwarrbu d-dritt għar-rimborżi kollha bejn l-istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

IL-KAPITOLU 5

GĦOTJIET DWAR IMWIET

L-Artikolu 64

Aggregazzjoni tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni

L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji ta' l-imwiet bla ħsara għat-tmiem tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni għandha tqis safejn u sakemm meħtieġ l-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku l-perijodi kienu mwettqa skond il-leġislazzjoni li hija (l-istituzzjoni) tamministra.

L-Artikolu 65

Id-dritt għall-għotjiet meta tiġri mewt, jew meta l-persuna intitolata tiirisjedi fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti

1. Meta ħaddiem, pesjonant jew rikjedent ta' pensjoni, jew membru tal-familja tagħhom, imutu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti, il-mewt għandha titqies li tkun ġrat fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

2. L-istituzzjoni kompetenti għandha tidħol fid-dmir li tikkonċedi l-għotjiet tal-mewt li jridu jitħallsu skond il-leġislatzzjoni li hija tamministra, saħanitra jekk il-persuna intitolata tirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom ukoll japplikaw meta l-mewt tkun ir-riżultat ta' inċident fuq ix-xogħol jew ta' mard ikkawżat mix-xogħol.

L-Artikolu 66

Il-għoti ta' benefiċċji fil-każ tal-mewt ta' pensjonant li jkun irrisjeda fi Stat Membru ieħor għajr il-wieħed li l-istituzzjoni tiegħu kienet responsabbli li tipprovdi benefiċċji f'oġġetti

Fil-każ tal-mewt ta' pensjonant li kien intitolat li jiġbed pensjoni jew pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew iktar, meta dan il-pensjonant kien jirrisjedi fit-territorju ta' Stati Membi oħra għajr il-wieħed li l-istituzzjoni tiegħu kienet responsabbli li tipprovdilu benefiċċji f'oġġetti skond l-Artikolu 28, il-għotjiet ta' l-imwiet li jridu jitħallsu skond il-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni bi spejjeż tagħha daqs li kieku l-pensjonant kien jirrisjedi fit-territorju ta' l-Istati Membri ta' din l-istituzzjoni f'mewtu.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti għandhom japplikaw b'analoġija għall-membri tal-familja ta' pensjonant.

IL-KAPITOLU 6

IL-QGĦAD

It-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 67

Aggregazzjoni tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni jew ta' l-impjieg

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji soġġetti għat-tmiem ta' perijodi taż-żmien ta' assigurazzjoni għandha tqis, safejn u sakemm meħtieġ, l-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' l-impjiegi mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu perijodi mwettqa skond il-leġislazzjoni li hija (l-istituzzjoni) tamministra, basta iżda illi l-perijodi ta' il-impjieg/i kienu jiġu magħduda bħala perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni li kieku ntemmu taħt din il-leġislazzjoni.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji bla ħsara għat-tmiem tal-perijodi ta' żmien ta' l-impjieg/i għandha tqis, safejn u sakemm meħtieġ, il-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew impjieg/i mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku l-perijodi kienu mwettqa skond il-leġislazzjoni li hija tamministra.

3. Għajr fil-każi msemmija fl-Artikolu 71(1)(a)(ii) u (b)(ii), l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-persuna interessata għandha tkun temmet l-aħħarnett:

- fil-każ tal-paragrafu 1, il-perijodi ta' l-assigurazzjoni,

- fil-każ tal-paragrafu 2, il-perijodi ta' l-impjieg/i,

bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni li fuqha l-benefiċċji jkunu pretesi.

4. Fejn it-tul tal-perijodu taż-żmien li matulu jistgħu jiġu konċessi l-benefiċċji jiddependi mit-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' l-impjieg/i, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, kif jixraq.

L-Artikolu 68

Il-kalkolu tal-benefiċċji

1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-kalkolu tal-benefiċċji għandu jkun ibbażat fuq l-ammont tal-paga jew tas-salarju ta' qabel, għandha tikkunsidra esklussivament il-paga jew is-salarju rċevuti mill-persuna interessata fl-aħħar impjieg tagħha fit-teritorju ta' dan l-Istat. Iżda, jekk il-persuna interessata kellha l-aħħar impjieg tagħha f'dan it-territorju għal inqas minn erba' ġimgħat, il-benefiċċji għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-paga jew is-salarju normali korrispondenti, fil-post fejn il-persuna qiegħda tirrisjedi jew tgħix għal impjieg ekwivalenti għal jew jixbah l-aħħar impjieg tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi illi l-ammont ta' benefiċċji jvarja skond in-numru tal-membri fil-familja, għandha wkoll tikkunsidra lill-membri tal-familja tal-persuna interessata li huma residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor daqs li kieku kienu residenti fit-territorju ta' l-Istat kompetenti. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika jekk, fil-pajjiż tar-residenza tal-membri tal-familja, persuna oħra tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad li għall-kalkolu tagħhom jitqiesu l-membri tal-familja.

It-Taqsima 2

Persuni qiegħda sejrin lejn Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti

L-Artikolu 69

Kondizzjonijiet u limiti għaż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji

1. Ħaddiem li hu għal kollox qiegħed u li jisodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru biex jiġi intitolat għall-benefiċċji u li jitlaq lejn Stat Membru ieħor jew iktar sabiex ifittex ix-xogħol fih għandu jżomm l-intitolament tiegħu għal dawn il-benefiċċji skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti indikati iktar 'l isfel hawnhekk:

(a) qabel it-tluq tiegħu, irid ikun irreġistrat mas-servizzi tal-qgħad ta' l-Istat kompetenti bħala persuna qiegħda tfittex ix-xogħol u li baqgħet disponibbli għal mill-inqas erba' ġimgħat wara li tkun ġiet qiegħda. Madankollu, is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tluq tiegħu qabel dan iż-żmien ikun intemm;

(b) irid jirreġistra bħala persuna li qiegħda tfittex ix-xogħol mas-sevizzi tax-xogħol ta' kull wieħed mill-Istati Membri li fihom imur u jkun soġġett għall-proċedura ta' kontroll organizzati fihom. Din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala sodisfatta għall-perijodu taż-żmien ta' qabel ir-reġistrazzjoni jekk il-persuna interessata tkun irreġistrat fi żmien sebat ijiem minn mindu waqfet li tkun disponibbli għas-serizzi tax-xogħol fl-Istat li tkun ħalliet. F'każijiet speċjali, dan iż-żmien jista' jittawwal mill-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet kompetenti;

(ċ) l-intitolament għall-benefiċċji għandu jissokta għal perijodo massimu ta' tliet xhur mid-data meta l-persuna interessata tkun waqfet milli tkun disponibbli għas-servizzi tax-xogħol ta' l-Istat li tkun ħalliet, iżda t-tul totali tal-benefiċċji ma jaqbiżx it-tul tal-perijodu tal-benefiċċji li kienet intitotolata għalihom bil-leġislazzjoni ta' l-Istat. Fil-każ ta' ħaddiem staġjonali dan it-tul ta' żmien, barra minn hekk, għandu jkun limitat għall-perijodu li jkun fadal sa l-aħħar ta' l-istaġun li għalih ikun ġie mqabbad jaħdem.

2. Jekk il-persuna interessata tirritorna lejn l-Istat kompetenti qabel it-tmiem tal-perijodu li matulu tkun intitolata għall-benefiċċji skond il-paragrafu 1(ċ), għandha tisskokta li tkun intitolata għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat; ma għandhiex titlef l-intitolament kollu għall-benefiċċji jekk ma tmurx lura fih qabel ma jtemm dan iż-żmien. F'każijiet eċċezzjonali, dan il-limitu ta' żmien jista' jittawwal mill-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet kompetenti.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu invokati darba waħda biss bejn żewġ perijodi ta' xogħol.

4. Fejn l-Istat kompetenti huwa l-Belġju, persuna bla xogħol li tiritorna fih wara t-tmiem tal-perijodo ta' tliet xhur preskritt fil-paragrafu 1, ma għandhiex tikkwalifika għall-benefiċċji f'dan il-pajjiż sakemm ma tkunx ilha impjegata fih għal mill-inqas tliet xhur.

L-Artikolu 70

Għoti ta' benefiċċji u ħlas lura

1. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 69(1), il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta' kull wieħed mill-Istati li fih persuna qiegħda tmur biex tfittex ix-xogħol.

L-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu ħaddiem kien soġġett fiż-żmien ta' l-aħħar impjieg tiegħu għandu jkun obbligat li jagħti lura l-ammont ta' dawn il-benefiċċji.

2. Il-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit u magħmul bi qbil mal-proċedura preskritta bir-Regolament ta' l-implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97, fuq prova tan-nefqa attwali jew fuq il-bażi ta' ħlas f'somma waħda f'daqqa.

3. Żewġ Stati Membri jew iktar, jew l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn l-Istati, jistgħu jipprovdu metodi oħra ta' rimborżi jew ħlas, jew jistgħu jwarrbu d-dritt għar-rimborżi kollha bejn l-istituzzjonijiet li jidħlu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

It-Taqsima 3

Persuni qiegħda li, matul l-aħħar impjieġ tagħhom, kienu residenti fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti

L-Artikolu 71

1. Persuna qiegħda li, matul l-aħħar impjieg tagħha, kienet tirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti għandha tirċievi benefiċċji bi qbil mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) (i) ħaddiem fuq il-fruntiera li jkun bla xogħol parzjalment jew intermittentement fl-impriża li timpjegah, għandu jirċievi l-benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti daqs li kieku kien jirrisjedi fit-territorju ta' dan l-Istat; dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti;

(ii) ħaddiem fuq il-fruntiera li huwa bla xogħol għal kollox għandu jirċievi l-benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedi daqs li kieku kien soġġett għal din il-leġislazzjoni fil-waqt ta' l-aħħar imjieg tiegħu; l-istituzzjoni tal-post tar-residenza għandha tipprovdi l-benefiċċji bi spejjeż tagħha;

(b) (i) ħaddiem, għajr ħaddiem fuq il-fruntiera, li jkun bla xogħol parzjalment jew intermittentement jew totalment u li jibqa' disponibbli għal min iħaddmu jew għas-servizzi tax-xogħol fit-territorju ta' l-Istat kompetenti, għandu jirċievi l-benefiċċji li qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat daqs li kieku kien jirrisjedi fit-territorju tiegħu; dawn il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti;

(ii) haddiem, għajr ħaddiem fuq il-fruntiera, li huwa qiegħed għal kollox u li jagħmel lilu nnifsu disponibbli għax-xogħol lis-servizzi tax-xogħol fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih jirrisjedi, jew imur lura lejn dan it-territorju, għandu jirċievi l-benefiċċji bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat daqs li kieku kien jaħdem fih; l-istituzzjoni tal-post tar residenza għandha tipprovdi dawn il-benefiċċji bi spejjeż tagħha. Iżda, jekk dan il-ħaddiem ikun sar intitolat għall-benefiċċji bi spejjeż ta' l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu kien l-aħħar soġġett, għandu jirċievi l-benefiċċji skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 69. Id-dħul tal-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat fejn ikun jirrisjedi għandu jitwaqqaf għal kull perijodo li matulu l-persuna qiegħda tista', skond l-Artikolu 69, titfa' pretensjoni għall-benefiċċji skond il-leġislazzjoni li għaliha kien l-aħħar soġġetta.

2. Persuna qiegħda ma tistax tippretendi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tirresjiedi filwaqt li tkun intitolata għall-benefiċċji skond il-paragrafu 1(a)(i) jew (b)(ii).

IL-KAPITOLU 7

BENEFIĊĊJI TAL-FAMILJA U SUSSIDJI FAMILJARI/TAL-FAMILJA GĦALL-PERSUNI IMPJEGATI U DAWK QIEGĦDA

It-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

L-Artikolu 72

Aggregazzjoni tal-perijodi taż-żmien ta' l-impjieg

Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed tagħmel l-akkwist tad-dritt għall-benefiċċji bil-kondizzjoni fuq it-twettiq ta' perijodi ta' impjieg, l-istituzzjoni kompetenti ta' dan l-Istat għandha tqis, safejn u sakemm meħtieġ, l-perijodi ta' impjieg imwettqa fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu ġew imwettqa taħt il-leġislazzjoni tagħha.

It-Taqsima 2

Ħaddiema u ħaddiema qiegħda li l-familja tagħhom tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti

L-Artikolu 73

Il-Ħaddiema

1. Ħaddiem soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru għajr Franza għandu jkun intitolat għall-benefiċċji tal-familja pprovduti bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel għall-membri tal-familja tiegħu li jirrisjedu fit-territoju ta' Stat ieħor, daqs li kieku kienu residenti fit-territorju ta' l-ewwel Stat.

2. Ħaddiem soġġett għal-leġislazzjoni Franċiża għandu jkun intitolat, rigward il-membri tal-familja tiegħu residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr Franza, għas-sussidji tal-familja pprovduti bil-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru; il-ħaddiem irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol li fuqhom il-leġislazzjoni Franċiża ssejjes l-intitolament għal dawn il-benefiċċji.

3. Madankollu, ħaddiem soġġett għal-leġislazzjoni Franċiża bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) għandu jkun intitolat għall-benefiċċji tal-familja pprovduti bil-leġislazzjoni Franċiża u ddikjarati fl-Anness V rigward il-membri tal-familja tiegħu li takkumpanjah fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jingħata l-post biex jaħdem.

L-Artikolu 74

Persuni qiegħda

1. Ħaddiem qiegħed li jkun jiġbed benefiċċji tal-qgħad skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għajr Franza għandu jkun intitolat għall-benefiċċji tal-familja pprovduti bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' l-ewwel għall-membri tal-familja tiegħu li jirrisjedu fit-territoju ta' Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu residenti fit-territorju ta' l-ewwel Stat.

2. Persuna qiegħda li tiġbed il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni Franċiża għandha tkun intitolata, rigward il-membri tal-familja tagħha residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għajr Franza, għall-benefiċċji tal-familja pprovduti bil-leġislazzjoi ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu jkunu jirrisjedu dawn il-membri tal-familja.

L-Artikolu 75

Għoti ta' benefiċċji u ħlas lura

1. (a) Il-benefiċċji tal-familja għandhom ikunu pprovduti, fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 73(1) u (3), mill-istitizzjoni kompetenti tal-Istat li għall-leġislazzjoni tiegħu l-ħaddiem huwa soġġett u, fil-każ msemmi fl-Artikolu 74(1), mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat li taħt il-leġislazzjoni tiegħu il-ħaddiem qiegħed ikun qed jirċievi benefiċċji tal-qgħad. Għandhom jiġu pprovduti bi qbil mad-dispożizzjonijiet amministrati minn din l-istituzzjoni, sewwa jekk il-persuna naturali jew legali li lilhom jiġu mħallsa dawn il-benefiċċji jgħixu, jirrisjedi jew jinsabu fit-territorju ta' l-Istat kompetenti u sewwa jew f'dak ta' Stat Membru ieħor;

(b) iżda, jekk il-benefiċċji tal-familja ma jiġux użati mill-persuna li lilha għandhom jiġu pprovduti għall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti għandha taqdi l-obbligi legali tagħha billi tagħti l-benefiċċji msemmija lill-persuna naturali jew legali li jkunu qegħdin attwalment imantnu lill-membri tal-familja, fuq applikazzjoni minn u permezz ta' l-aġenzija ta' l-istituzzjoni tal-post tagħhom tar-residenza jew ta' l-istituzzjoni jew korp innominat għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tar-residenza;

(ċ) żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu jiftehmu, bi qbil ma' l-Artikolu 8, illi l-istituzzjoni kompetenti għandha tipprovdi l-benefiċċji tal-familja mistħoqqa skond il-leġislazzjoni ta' wieħed jew iktar minn dawn l-Istati lill-persuna naturali jew legali li jkunu attwalment qegħdin imantnu lill-membri tal-familja, sewwa direttament, jew permezz ta' l-aġenzija ta' l-istituzzjoni tal-post tagħhom tar-residenza.

2. (a) sussidji tal-familja għandhom jiġu pprovduti, fil-każi rmsemmija fl-Artikoli 73 (2) u 74(2), mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza tal-membri tal-familja, bi qbil mal-leġislazzjoni amministrata minn din l-istituzzjoni;

(b) iżda, jekk, skond din il-leġislazzjoni, is-sussidji għandhom jingħataw lill-ħaddiem, l-istituzzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandha tħallas dawn is-sussidji lill-persuna naturali jew legali li attwalment ikunu qegħdin imantnu lill-membri tal-familja fil-post tar-residenza tagħhom jew, fejn xieraq, direttament lill-membri tal-familja;

(ċ) l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas lura l-ammont sħiħ tas-sussidji pprovduti bi qbil mas-subparagrafi preċedenti. Il-ħlasijiet lura għandhom jiġu stabbiliti u magħmula bi qbil mal-proċeduri preskritti bir-Regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97.

L-Artikolu 76

Regola ta' prijorità f'każi ta' intitolamenti mtennija fil-benefiċċji tal-familja jew is-sussidji tal-familja b'mod konformi ma' l-Artikoli 73 u 74 minħabba s-segwiment ta' attività professjonali jew kummerċjali fil-pajjiż tar-residenza tal-membri tal-familja

L-intitolament għal benefiċċji tal-familja jew sussidji tal-familja skond l-Artikoli 73 u 74 għandu jiġi miżmum jekk, minħabba s-segwiment ta' attività professjonali jew kummerċjali, il-benefiċċji tal-familja jew is-sussidji tal-familja jitħallsu wkoll skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jirrisjedu l-membri tal-familja.

IL-KAPITOLU 8

BENEFIĊĊJI GĦAT-TFAL DIPENDENTI TAL-PENSJONANT U GĦALL-ORFNI

L-Artikolu 77

Tfal dipendenti ta' pensjonanti

1. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu 'benefiċċji' għandu jfisser is-sussidji tal-familja għal persuni li jkunu qegħdin jirċievu pensjonijiet għax-xjuħija, invalidità jew inċident fuq ix-xogħol jew mard ikkawżat mix-xogħol, u ż-żidiet jew supplimenti għal dawn il-pensjonjiet rigward it-tfal ta' dawn il-pensjonanti, għajris-supplimenti konċessi fuq skemi ta' assigurazzjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew mard ikkawżat mix-xogħol.

2. Il-benefiċċji għandhom jiġu konċessi bi qbil mar-regoli li ġejjin, irrispettivament mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jirrisjedu l-pensjonant jew it-tfal;

(a) lill-pensjonant li jiġbed pensjoni skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli mill-pensjoni;

(b) lill-pensjonant li jiġbed pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed:

(i) bi qbil mal-leġislazzjoni ta' liema jkunu minn dawn l-Istati li jirrisjedi fih iżda, filwaqt li, fejn xieraq, jitqies l-Artikolu 79(1)(a), id-dritt għal wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 jinkiseb skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, jew

(ii) f'każijiet oħra, bi qbil ma' dik il-leġislazzjoni li taħtha jkun wettaq l-itwal żmien ta' l-assigurazzjoni, filwaqt li fejn xieraq jitqies l-Artikolu 79(1)(a), id-dritt għall-wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-paragrafu (i) jinkiseb taħt din il-leġislazzjoni; jekk ma jinkiseb l-ebda benefiċċju taħt din il-leġislazzjoni, il-kondizzjonijiet għall-kisba ta' dan id-dritt skond il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati l-oħra interessati għandhom jiġu eżaminati f'ordni dejjem tonqos tat-tul taż-żmien tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' dawn l-Istati.

L-Artikolu 78

L-Orfni

1. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu "benefiċċji" jfisser is-sussidji tal-familja u, fejn jixraq, is-supplimenti jew is-sussidji speċjali għall-orfni u l-pensjonijiet ta' l-orfni għajr dawk konċessi fuq skemi ta' assigurazzjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol.

2. Il-benefiċċji għall-orfni għandhom jiġu konċessi bi qbil mar-regoli li ġejjin, irrispettivament mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jirrisjedi jew jinsabu l-orfni jew il-persuna naturali jew legali li jkunu attwalment imantnuhom;

(a) għall-orfni ta' ħaddiem deċedut li kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss bi qbil mal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat;

(b) għall-orfni ta' ħaddiem deċedut li kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' numru ta' Stati Membri:

(i) bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedi l-orfni iżda, filwaqt li fejn xieraq jitqies l-Artikolu 79(4)(a), id-dritt għall wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 4 jinkiseb skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat, jew

(ii) f'każijiet oħra, bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li taħtha il-ħaddiem deċedut ikun temm l-itwal perijodo ta' l-assigurazzjoni iżda filwaqt illi fejn xieraq jitqies l-Artikolu 79(1)(a), id-dritt għall-wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-paragrafu (i) jinkiseb skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat; jekk ma jinkiseb l-ebda dritt minn dan taħt din il-leġislazzjoni, il-kondizzjonijiet għall-kisba ta' dan id-dritt skond il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati interessati għandhom jiġu eżaminati f'ordni dejjem tonqos tat-tul tal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' dawn l-Istati.

Iżda, il-leġislazzjoni ta' Stat Membru applikabbli rigward il-għotja tal-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 77 għall-pensjoni lit-tfal ta' pensjonant għandhom jibqgħu applikabbli wara l-mewt tal-pensjonant imsemmi fejn tidħol l-għotja tal-benefiċċji lill-orfni tiegħu.

L-Artikolu 79

Dispożizzjonijiet komuni għall-benefiċċji lit-tfal dipendenti tal-pensjonanti u lill-orfni

1. Il-benefiċċji, fit-tifsira ta' l-Artikoli 77 u 78, għandhom jiġu provduti bi qbil mal-leġislazzjoni stabbilita bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijit ta' dawn l-Artikoli mill-istitizzjoni responsabbli mill-amministrazzjoni ta' din il-leġislazzjoni bi spejjeż tagħha daqs li kieku l-pensjonant jew il-ħaddiem deċedut kienu soġġetti biss għal-leġislazzjoni ta' l-Istat kompetenti.

Iżda:

(a) jekk din il-leġislazzjoni tipprovdi illi l-kisba, iż-żamma jew l-irkupru tad-drittijiet għal benefiċċji għandhom ikunu dipendenti fuq it-tul tal-perijodi taż-żmien ta' l-assigurazzjoni jew l-impjieg, dawn it-tulijiet għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu fejn meħtieġ l-Artikoli 45 jew 72 skond kif jixraq;

(b) jekk din il-leġislazzjoni tipprovdi illi l-ammont ta' benefiċċji għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont tal-pensjoni, jew għandu jiddependi mit-tul ta' l-perijodi ta' l-assigurazjoni, l-ammont ta' dawn il-benefiċċji għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont teoretiku stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 45(2).

2. Fil-każ li l-effett ta' l-applikazzjoni tar-regola preskritta fl-Artikoli 77(2)(b) ii) u 78(2)(b)(ii) ikun li jiddaħħlu numru ta' Stati Membri fir-responsabbilità, billi t-tul ta' l-perijodi ta' l-assigurazzjoni jkun ugwali, il-benefiċċji fit-tifsira ta' l-Artikolu 77 jew l-Artikolu 78, kif ikun il-każ, għandhom jiġu konċessi bi qbil mal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha l-ħaddiem kien l-aħħar soġġett.

3. Id-dritt għall-benefiċċji mistħoqqa skond il-paragrafu 2 u skond l-Artikoli 77 u 78 għandu jinżamm jekk it-tfal isiru intitolati għall-benefiċċji tal-familja jew sussidji tal-familja skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru bis-saħħa ta' soktar f'xogħol professjonali jew kummerċjali. F'kas bħal dan, il-persuni interessati għandhom jiġu kkunsidrati bħala membri tal-familja ta' ħaddiem.

IT-TITOLU IV

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

L-Artikolu 80

Kompożizzjoni u metodi tax-xogħol

1. Għandha tkun magħquda mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Kummissjoni Amministrattiva dwar is-sigurtà soċjali għall-Ħaddiema Migranti (minn issa 'l quddiem imsejħa "Kummissjoni Amministrattiva") magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull wieħed mill-Istati Membri, megħjun minn konsulenti esperti fejn meħtieġ. Rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandu jattendi l-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità konsultattiva.

2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiġi megħjuna f'materji tekniċi mill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol skond it-termini tal-ftehim konklużi għal dan l-iskop bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

3. Ir-regoli tal-Kummissjoni Amministrattiva għandhom jitfasslu bi ftehim bejn xulxin fost il-membri tagħha.

Id-deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet ta' interpretazzjoni msemmija fl-Artikolu 81(a) għandhom ikunu b'unanimità. Għandhom jingħataw il-pubbliċità meħtieġa.

4. Is-servizzi segretarjali għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni Amministrattiva mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 81

Xogħlijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin:

(a) li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha u l-kwistjonijiet kollha ta' l-interpretazzjoni li jitqajmu minn dan ir-Regolament u r-regolamenti li jiġu wara, jew minn kull ftehim jew arranġament konkluż skondhom, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-persuni interessati illi jirrikorru għall-proċeduri u għand it-tribunali pprovduti bil-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membri, b'dan ir-Regolament jew bit-Trattat;

(b) li twettaq it-traduzzjonijiet kollha tad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet u l-qrati ta' l-Istati Membri, u partikolarment it-traduzzjoni tal-pretensjonijiet sottometti minn persuni li jistgħu jkunu intitolati li jgawdu minn dan ir-Regolament;

(ċ) biex tkabbar u tiżviluppa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri f'materji ta' sigurtà soċjali, partikolarment fejn jidħlu miżuri ta' saħħa u soċjali ta' interess komuni;

(d) biex tkabbar u tiżviluppa l-koperazzjoni fost l-Istati Membri bil-ħsieb illi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fit-teknika tat-tmexxija amministrattiva, jitħaffef l-għoti tal-benefiċċji, partikolarment dawk mistħoqqa b'dan ir-Regolament rigward l-invalidità, ix-xjuħija u l-imwiet (pensjonijiet);

(e) li tiġbor u tlaqqa' flimkien il-fatturi li jridu jittieħdu f'konsiderazzjoni fit-tfassil tal-kontijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-infiq miġbur mill-istituzzjoni ta' l-Istati Membri skond dan ir-Regolament u li tadotta l-kontijiet annwali bejn l-istituzzjonijiet imsemmija;

(f) li tidħol għal kull funzjoni oħra li taqa' taħt il-kompetenza tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti li jsiru wara jew kull ftehim jew arranġament b'hekk magħmula taħthom;

(g) li tissottometti proposti lill-Kummissjoni tal-Komunijtajiet Ekonomiċi Ewropej biex jitfasslu Regolamenti sussegwenti u biex isiru reviżjonijiet ta' dan ir-Regolament u Regolamenti oħra sussegwenti.

IT-TITOLU V

IL-KUMITAT KONSULTATTIV DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

L-Artikolu 82

Twaqqif, kompożizzjoni u metodi tax-xogħol

1. Huwa hawnhekk imwaqqaf Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-'Kumitat Konsultattiv'), b'sitta u tletin membru, minn kull Stat Membru, li jkun fih:

(a) żewġ rappreżentanti tal-gvern, li minnhom mill-inqas wieħed irid ikun membru tal-Kummissjoni Amministrattiva;

(b) żewġ rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-ħaddiema;

(ċ) żewġ rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

Għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq, għandu jiġi nnominat membru alternattiv għal kull Stat Membru.

2. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv u dawk li jistgħu jidħlu minn flokhom għandhom jiġu nnominati mill-Kunsill li għandu jagħmel mill-aħjar li jista', waqt il-għażla tar-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-ħaddiema u ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, sabiex jikseb rappreżentanza adekwata fuq il-Kumitat tas-setturi differenti interessati.

Il-lista tal-membri u ta' min jista' jidħol minn flokhom għandha tiġi ppubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. It-tul tal-kariga għall-membri u min jista' jidħol minflokhom huwa ta' sentejn. Il-ħatra tagħhom tista tiġġedded. Mat-tmiem ta' l-iskond tax-xogħol uffiċjali tagħhom, il-membri u min jista' jidħol minflokhom għandhom jibqgħu jaqdu x-xogħol tagħhom jew sakemm il-ħatra tagħhom tiġġedded.

4. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiġi ppresedut minn membru tal-Kummissjoni jew mir-rappreżentant tiegħu. Il-president ma għandux jivvota.

5. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Għandu jiġi mlaqqa' mill-President tiegħu, jew fuq l-inzjattiva tiegħu nnifsu jew fuq applikazzjoni lilu bil-miktub minn mill-inqas terz tal-membri. Din l-applikazzjoni għandha tinkludi proposti konkreti rigward l-aġenda.

6. Huwa u jaġixxi fuq proposta mill-President tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv jista' jiddeċiedi, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, illi jieħu l-parir ta' kull persuna jew ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet b'esperjenza estensiva f'materji dwar is-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, il-Kumitat għandu jirċievi għajnuna teknika mill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol bl-istess kondizzjonijiet bħall-Kummissjoni Amministrattiva, skond it-termini tal-ftehim konkluż bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

7. L-opinjonijiet u l-proposti tal-Kumitat Konsultattivi għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa. Għandhom jiġu deċiżi bil-maġġoranza assoluta tal-voti validi mitfugħa.

Il-Kumitat għandu, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, ifassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill, wara li jirċievi l-Opinjoni tal-Kummissjoni.

8. Is-servizzi segretarjali għandhom jiġu pprovduti lill-Kumitat Konsultattiv mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 83

Xogħlijiet bi dmir tal-Kumitat Konsultattiv.

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jingħata l-poter, fuq it-talba tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Kummissjoni Amministrattiva fuq l-inizjattiva tiegħu, illi:

(a) jeżamina kwistjonijiet ġenerali jew kwistjonijiet ta' prinċipju u l-problemi li jinħolqu mill-implimentazzjoni tar-Regolamenti adotti fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat;

(b) jifformula opinjonijiet fuq is-suġġett għall-Kummissjoni Amministrattiva u proposti għar-reviżjoni tar-Regolamenti.

IT-TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

L-Artikolu 84

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha dwar:

(a) il-miżuri meħuda biex jiġi implimentat dan ir-Regolament;

(b) it-tibdil fil-leġislazzjoni tagħhom li x'aktarx taffettwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri għandhom joffru s-servizzi tagħhom u jaġixxu daqs li kieku jkunu qegħdin jimplimentaw il-leġislazzjoni tagħhom stess. Il-għajnuna amministrattiva fornita mill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet imsemmija għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jiftiehmu li jitħallsu lura ċerti spejjeż.

3. Bil-għan li jimplimentaw dan ir-Regolament, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw direttament bejniethom u mal-persuni interessati jew mar-rappreżentanti tagħhom.

4. L-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u t-tribunali ta' Stat Membru ma jistgħux jirrifjutaw pretensjoni jew dokumenti oħra sottomessi lilhom bl-iskuża li huma miktuba fil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor. Fejn xieraq għandhom jirrikorru għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18(b).

L-Artikolu 85

Eżenzjonijiet mit-taxxi jew tnaqqis minnhom — Eżenzjoni mill-awtentikazzjoni

1. Kull eżenzjoni minn jew tnaqqis tat-taxxi, dazju tal-boll, drittijiet notarili jew tar-reġistrazzjoni pprovduti fil-leġislazzjoni ta' Stat Membru rigward ċertifikati jew dokumenti meħtieġa li jiġu mogħtija għall-għanijiet tal-leġilazzjoni ta' dan l-Istat għandhom jiġu estiżi għal dokumenti simili meħtieġa li jiġu mogħtija għall-għanijiet tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew ta' dan ir-Regolament.

2. Id-dikjarazzjonijiet, id-dokumenti u ċ-ċertifikati kollha jkunu xi jkunu it-tip u l-kwalità tagħhom, meħtiea li jiġu mogħtija għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti mill-awtentikazzjoni ta' l-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari.

L-Artikolu 86

Il-pretensjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew l-appelli sottomessi lill-awtoritajiet, lill-istituzzjonijiet jew lill-qrati ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti

Kull pretensjoni, dikjarazzjoni jew appell li kellhom jiġu sottomessi, biex jikkonformaw mal-leġislazzjoni ta' Stat Membru, fi żmien speċifikat, lil awtorità, istituzzjoni jew qorti ta' dan l-Istat għandhom jiġu aċċettati jekk ikunu sottomessi fl-istess perijodu ta' żmien lil awtorità, istituzzjoni jew qorti korrispondenti ta' Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, l-awtorità, l-istituzzjoni jew il-qorti li jirċievu l-pretensjoni, id-dikjarazzjoni jew l-appell għandhom jibagħtuhom mingħajr dewmien lill-awtorità, istituzzjoni jew qorti kompetenti ta' l-Istat ta' l-ewwel direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru interessat. Id-data li fiha dawn il-pretensjonijiet, dikjarazzjonijiet jew appelli jkunu ġew sottomessi lill-awtorità, istituzzjoni jew qorti ta' l-Istat tat-tieni għandha titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tagħhom lill-awtorità, l-istituzzjoni jew il-qorti kompetenti.

L-Artikolu 87

Eżamijiet mediċi

1. L-eżamijiet mediċi pprovduti bil-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jistgħu jirwettqu fuq it-talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, mill-istituzjoni tal-post tal-għixien jew tar-residenza tal-persuna intitolata għall-benefiċċji, skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97 jew, fin-nuqqas ta' dan, skond il-kondizzjonijiet miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri interessati.

2. L-eżamijiet mediċi mwettqa skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kunsidrati bħala mwettqa fit-territorju ta' l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 88

Trasferimenti minn Stat Membru għall-ieħor ta' somom ta' flus li għandhom jiġu mħallsa b'mod konformi ma' dan ir-Regolament

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 106 tat-Trattat, it-trasferimenti ta' flus b'mod konformi ma' dan ir-Regolament għandhom isiru bi qbil mal-ftehim rilevanti bejn l-Istati Membru interessati fiż-żmien tat-trasferiment. Fejn l-ebda ftehim minn dawn ma huma fis-seħħ bejn żewġ Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati msemmija jew l-awtoritajiet responsabbli mill-ħlasijiet internazzjonali għandhom, bi ftehim bejn xulxin, jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa ħalli jeffettwaw dawn it-trasferimenti.

L-Artikolu 89

Proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni ta' ċerti leġislazzjonijiet

Il-proċeduri speċjali sabiex jiġu implimentati l-leġislazzjonijiet ta' ċerti Stati Membri huma dikjarati fl-Anness V.

L-Artikolu 90

Sussidji fuq id-djar u benefiċċji tal-familja introdotti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

Is-sussidji fuq id-djar u, fil-każ tal-Lussemburgu, il-benefiċċji tal-familja introdotti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għal raġunijiet demografiċi ma għandomx jiġu konċessi lil persuni residenti fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 91

Kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lil min iħaddem jew lill-impriżi mhux stabbiliti fl-Istat kompetenti

Min iħaddem ma għandux ikun marbut illi jħallas kontribuzzjonijiet miżjuda minħabba l-fatt illi l-post tan-negozju tiegħu jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew il-post tan-negozju ta' l-impriża tiegħu jkunu qegħdin fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti.

L-Artikolu 92

Ġbir tal-kontribuzzjonijiet

1. Il-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu lill- istituzzjoni ta' Stat Membru jistgħu jiġu miġbura fit-territorju ta' Stat Membru ieħor bi qbil mal-proċedura amministrattiva u mal-garanziji u l-privileġġi applikabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu lill-istituzzjoni korrispondenti fl-Istat ta' l-aħħar.

2. Il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi rregolata, safejn u sakemm jinħtieġ, billi jiġi implimentat ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 97 jew permezz ta' ftehim bejn l-Istati Membri. Din il-proċedura ta' implimentazzjoni tista' wkoll tkopri l-proċedura ta' l-infuzar tal-ħlas.

L-Artikolu 93

Drittijiet ta' l-istituzzjonijiet responsabbli għall-benefiċċji kontra partijiet terzi responsabbli

1. Jekk persuna tirċievi l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed rigward korriment fuq ix-xogħol li jirriżulta illi jkun ġara fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, id-drittijiet kollha ta' l-istituzzjoni responsabbli mill-benefiċċji kontra parti terza marbuta li toħroġ kumpens għall-korriment fuq ix-xogħol għandhom ikunu rregolati bir-regoli li ġejjin:

(a) fejn l-istituzzjoni responsabbli mill-benefiċċji hija, bis-saħħa tal-leġislazzjoni li tamministra, surrogata fid-drittijiet li dak li jirċievi għandu kontra parti terza, din is-surroga għandha tiġi kkonoxxuta minn kull wieħed mill-Istati Membri;

(b) fejn l-istituzzjoni msemmija għandha drittijiet diretti kontra l-parti terza, dawn id-drittijiet għandhom jiġu kkonxxuti minn kull wieħed mill-Istati Membri.

2. Jekk persuna tirċievi l-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru rigward korriment fuq ix-xogħol li jirriżulta minn inċident fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni msemmija li tistabbilixxi f'liema każi il-responsabbiltà ċivili ta' min iħaddem jew ta' l-impjegati tagħhom għandha tiġi eskluża għandhom japplikaw rigward il-persuna msemmija jew rigward l-istituzzjoni responsabbli għall-benefiċċji.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għall-kull dritt ta' l-istituzzjoni responsabbli mill-benefiċċji kontra min iħaddem jew l-impjegati tiegħu fil-każijiet fejn il-responsabbiltà tagħhom ma hix eskluża.

IT-TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI U FINALI

L-Artikolu 94

Dispożizzjonijiet mixxellanji

1. L-ebda dritt ma għandu jinkiseb b'dan ir-Regolament għal perijodu ta' żmien qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2. L-perijodi kollha ta' l-assigurazzjoni u, fejn xieraq, il-perijodi kollha ta' l-impjieg jew tar-residenza mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jittieħdu f'kunsidenrazzjoni sabiex jiġu stabbiliti d-drittijiet għall-benefiċċji skond dan ir-Regolament.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, għandu jinkiseb dritt b'dan ir-Regolament minkejja li jkollu x'jaqsam ma' kontinġenza li tkun seħħet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4. Kull benefiċċju li ma ġiex konċess jew li nżamm minħabba ċ-ċittadinanza jew il-post tar-residenza tal-persuna interessata għandu, ma' l-applikazzjoni tal-persuna interessata, jingħata jew jiġġedded b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda d-drittijiet stabbiliti qabel ma jwasslux għall-ħlas ta' somma f'daqqa ta' flus.

5. Id-drittijiet ta' persuna li lilha ingħatat pensjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament tista', fuq l-applikazzjoni tal-persuna interessata, jiġu riveduti, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni tad-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni għandha wkoll tapplika għall-benefiċċji l-oħra msemmija fl-Artikolu 78.

6. Jekk applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 jew 5 tiġi sottomessa fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament id-drittijiet miksuba b'dan ir-Regolament għandu jkollhom effett minn din id-data, u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru dwar it-telf jew il-limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra l-persuna interesata.

7. Jekk applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 jew 5 tiġi sottomessa wara t-tmiem tal-perijodu ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-drittijiet li ma kenux intilfu jew li ma ġewx imbarrija bil-limitazzjoni għandu jkollhom effett mid-data li fiha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni, ħlief fejn japplikaw dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru.

8. F'każi ta' pnewmokonjożi skleroġenika, għandu japplika l-Artikolu 57(3)(ċ) dwar il-benefiċċji fi flus għall-mard kawżat bix-xogħol li n-nefqa fuqha, fin-nuqqas ta' ftehim bejn l-istituzzjonijiet interessati, ma tistax tiġi maqsuma bejn dawn l-istituzzjonijiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

9. L-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 73(2) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas xi drittijiet milli kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Rigward il-persuni li f'din id-data jkunu qegħdin jirċievu benefiċċji iktar favorevoli bis-saħħa tal-ftehim bilaterali mwettqa ma' Franza, dawn il-ftehim għandhom jissoktaw li japplikaw għal din il-persuna sakemm u safejn tkun soġġetta għal-leġislazzjoni Franċiża. Ma għandux jingħata kas ta' interruzzjonijiet li jdumu inqas minn xahar, u lanqas tal-perijodi li fihom jiġu miġbuda l-benefiċċji għall-qgħad jew il-mard. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandha tiġi preskritta fir-Regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97.

L-Artikolu 95

L-Annessi ma' dan ir-Regolament

L-Annessi ma' dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati b'Regolament adott mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, fuq it-talba ta' Stat Membru wieħed jew iktar interessati, u wara li jirċievi l-Opinjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

L-Artikolu 96

Notifiki b'mod konformi ma' ċerti dispożizzjonijiet

1. In-notifiki msemmija fl-Artikoli 1(j), 5 u 8(2) għandhom jiġu indirizzati lill-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej. Għandhom jindikaw id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet u ta' l-iskemi mdaħħla konċernati jew, fil-każ tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 1(j), id-data li fiha dan ir-Regolament għandu japplika għall-iskemi msemmija fid-dikjarazzjonijiet ta' l-Istati Membri.

2. In-notifiki rċevuti bi qbil mal-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 97

Regolament ta' implimentazzjoni

Regolament ieħor għandu jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 98

Eżami mill-ġdid tal-problema dwar il-ħlas tal-benefiċċji tal-familja

Qabel l-1 ta' Jannar 1973 il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jerġa' jeżamina l-problema kollha dwar il-ħlas tal-benefiċċji tal-familja lill-membri tal-familja li ma jirrisjedux fit-territorju ta' l-Istat kompetenti, biex tintlaħaq soluzzjoni komuni għall-Istati Membri kollha.

L-Artikolu 99

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-seba' xahar li jiġi wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuitajiet Ewropej tar-Regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97.

Dawn iż-żewġ Regolamenti għandhom jirrevokaw ir-Regolamenti li ġejjin:

- ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3 dwar il-benefiċċji soċjali għall-ħaddiema migranti

- ir-Regolament tal-Kunsill Nru 4 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' implimentazzjoni u d-dispożizzjonijiet supplimentari rigward ir-Regolament Nru 3 [6], u

- ir-Regolament tal-Kunsill Nru 36/63/KEE tat-2 ta' April 1963 dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema fuq il-fruntiera [7]

Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 82 u 83 dwar it-twaqqif tal-Kumitat Konsultattiv, għandhom jidħlu fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-regolament ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 97.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta' April 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cointat

[1] ĠU 194, tat-28.10.1966, p. 3333/66 u ĠU C 95, tal-21.9.1968, p. 18.

[2] ĠU C 10, ta' l-14.2.1968, p. 30 u ĠU C 135, ta' l-14.12.1968, p. 4.

[3] ĠU 64, tal-5.4.1967, p. 1009/67 u ĠU C 21, ta' l-20.2.1969, p. 18.

[4] ĠU 30, tas-16.12.1958, p. 561/58.

[5] ĠU 259, tad-19.10.1968, p. 2.

[6] ĠU 30, tas-16.12.1958, p. 597/58.

[7] ĠU 62, ta' 1-20.4.1963, p. 1314/63.

--------------------------------------------------

L–ANNESS I

(L-Artikolu 1(u) tar-Regolament)

Sussidji speċjali għat-twelid imħollija barra mill-iskop tar-Regolament b'mod konformi ma' l-Artikolu 1(u)

A. IL-BELĠJU

Sussidji tat-twelid

B. IL-ĠERMANJA

Xejn

Ċ. FRANZA

(a) Sussidji ta' qabel it-twelid

(b) Sussidji tal-maternità skond il-kodiċi dwar is-sigurtà soċjali (code de la sécurité sociale)

D. L-ITALJA

Xejn

E. IL-LUSSEMBURGU

Sussidji tat-twelid

F. L-OLANDA

Xejn

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

(L-Artikoli 7(2)(ċ) u 3(3) tar-Regolament)

Disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli minkejja l-Artikolu 6 tar-Regolament — Disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali li ma japplikawx għal persuni li għalihom japplika r-Regolament

KUMMENTI ĠENERALI

1. Sakemm u safejn id-disposizzjonijiet li fih dan l-Anness jipprovdu riferenzi għad-disposizzjonijiet ta' konvenzjonijiet oħra, il-post ta' dawn ir-riferenzi għandu jittieħed mir-riferenzi korripondenti f'dan il-Regolament, jekk kemm-il darba d-disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet imsemmija ma jinsabux huma nfushom f'dan l-Anness.

2. Il-klawsola ta' l-għeluq ipprovduta f'konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali, li xi wħud mid-disposizzjonijiet tagħha jinsabu f'dan l-Anness, għandha tissokta tapplika rigward dawn id-disposizzjonijiet.

A Id-disposizzjonijiet ta' konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli minkejja l-Artikolu 6 tar-Regolament

(L-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament)

1. IL-BELĠJU — IL-ĠERMANJA

(a) L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta' Diċembru 1957 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fil-Protokoll Supplimentari ta' l-10 ta' Novembru 1960;

(b) Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tas-7 ta' Diċembru 1957 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fil-Protokoll Supplimentari ta' l-10 ta' Novembru 1960 (ħlas ta' pensjonijiet rigward iż-żmien ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni Ġenerali).

2. IL-BELĠJU — FRANZA

(a) L-Artikoli 13, 16 u 23 tal-Ftehim Supplimentari tas-17 ta' Jannar 1948 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data (ħaddiema fil-minjeri u impriżi simili).

(b) Bdil ta' l-Ittri tas-27 ta' Frar 1953 (applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni Ġenerali tas-17 ta' Jannar 1948).

(ċ) Bdil ta' l-Ittri tad-29 ta' Lulju 1953 dwar is-sussidji lil persuni xjuħ impjegati.

3. Il-BELĠJU — L-ITALJA

L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni tat-30 ta' April 1948

4. Il-BELĠJU — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7 tal-Konvenzjoni tas-16 ta' Novembru 1959, fil-verżjoni li tidher fil-Konvenzjoni tat-12 ta' Frar 1964 (ħaddiema fuq il-fruntiera).

5. IL-BELĠJU — L-OLANDA

Xejn

6. IL-ĠERMANJA — FRANZA

(a) L-Artikolu 11(1), it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 16, u l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-10 ta' Lulju 1950;

(b) L-Artikolu 9 tal-Ftehim Supplimentari Nru 1 ta' l-10 ta' Lulju 1950 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data (ħaddiema fil-minjieri u impriżi simili);

(ċ) Il-Ftehim Supplimentari Nru 4 tal-10 ta' Lulju 1950 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fit-taqsima miżjuda Nru 2 tat-18 ta' Ġunju 1955;

(d) It-Titoli I u III tat-taqsima miżjuda Nru 2 tat-18 ta' Ġunju 1955.

(e) Il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali ta' l-10 ta' Lulju 1950 għall-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data;

(f) It-Titoli II, III u IV tal-Ftehim tal-20 ta' Diċembru 1963 (sigurtà soċjali fis-Saar).

7. IL-ĠERMANJA — L-ITALJA

(a) L-Artikoli 3(2), 23(2), 26 u 36(3) tal-Konvenzjoni tal-5 ta' Mejju 1953 (assigurazzjoni soċjali);

(b) Il-Ftehim Supplimentari tat-12 ta' Mejju 1953 mal-Konvenzjoni tal-5 ta' Mejju 1953 (ħlas tal-pensjonijiet li jridu jitħallsu rigward iż-żmien ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni).

8. IL-ĠERMANJA — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tat-Trattat tal-11 ta' Lulju 1959 (ftehim finali li jaqta' l-kwistjoni diskutibbli bejn il-Ġermanja u l-Lussemburgu) u l-Artikolu 11(2)(b) tal-konvenzjoni ta' l-14 ta' Lulju 1960 (benefiċċji għall-mard u l-maternità għall-persuni li għażlu l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' pajjiż minn fejn jiġu).

9. IL-ĠERMANJA — L-OLANDA

(a) L-Artikolu 3(2) tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951;

(b) L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim Supplimentari Nru 4 tal-21 ta' Diċembru 1956 mal-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951 (ftehim finali dwar id-drittijiet miksuba mill-ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta' Mejju 1940 u l-1 ta' Settembru 1945 skond l-iskema ta' l-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali Ġermaniża).

10. FRANZA — L-ITALJA

(a) L-Artikoli 20 u 24 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951;

(b) Bdil ta' l-Ittri tat-3 ta' Marzu 1956 (benefiċċji tal-mard għall-ħaddiema staġjonali li jaħdmu fl-agrikoltura).

11. FRANZA — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 11 u 14 tal-Ftehim Supplimentari tat-12 ta' Novembru 1949 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data (ħaddiema fil-minjeri u impriżi simili).

12. FRANZA — L-OLANDA

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Supplimentari ta' l-1 ta' Ġunju 1954 mal-Konvenzjoni Ġenerali tas-7 ta' Jannar 1950 (ħaddiema fil-minjieri u impriżi simili).

13. L-ITALJA — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni Ġenerali tad-29 ta' Mejju 1951.

14. L-ITALJA — L-OLANDA

L-Artikolu 21(2) tal-Konvenzjoni Ġenerali tat-28 ta' Ottubru 1952.

15. IL-LUSSEMBURGU — L-OLANDA

Xejn

B Disposizzjonijiet ta' konvenzjonijiet li ma japplikawx għall-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament

(L-Artikolu 3(3) tar-Regolament)

1. IL-BELĠJU — IL-ĠERMANJA

(a) L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta' Diċembru 1957 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fil-Protokoll Supplimentari ta' l-10 ta' Novembru 1960;

(b) Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tas-7 ta' Diċembru 1957 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fil-Protokoll Supplimentari ta' l-10 ta' Novembru 1960 (ħlas ta' pensjonijiet rigward il-perijodu ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni Ġenerali).

2. IL-BELĠJU — FRANZA

(a) Bdil ta' l-Ittri tad-29 ta' Lulju 1953 dwar is-sussidji lil persuni xjuħ impjegati.

(b) L-Artikolu 23 tal-Ftehim Supplimentari tas-17 ta' Jannar 1948 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data (ħaddiema fil-minjieri u impriżi simili);

(ċ) Bdil ta' l-Ittri tas-27 ta' Frar 1953 (applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni Ġenerali tas-17 ta' Jannar 1948).

3. IL-BELĠJU — L-ITALJA

Xejn

4. IL-BELĠJU — IL-LUSSEMBURGU

Xejn

5. IL-BELĠJU — L-OLANDA

Xejn

6. IL-ĠERMANJA — FRANZA

(a) L-Artikoli 16(2) u 19 tal-Konvenzjoni Ġenerali ta'l-10 ta' Lulju 1950;

(b) Il-Ftehim Supplimentari Nru 4 ta' l-10 ta' Lulju mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data, fil-verżjoni li tidher fit-Taqsima miżjuda Nru 2 tat-18 ta' Ġunju 1955;

(ċ) It-Titoli I u III tat-Taqsima miżjuda Nru 2 tat-18 ta' Ġunju 1955.

(d) Il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali ta' ll-10 ta' Lulju 1950 mal-Konvenzjoni Ġenerali ta' l-istess data;

(e) It-Titoli II, III u IV tal-Ftehim ta' l-20 ta' Diċembru 1963 (sigurtà soċjali fis-Saar).

7. IL-ĠERMANJA — L-ITALJA

(a) L-Artikoli 3(2), u 26 tal-Konvenzjoni tal-5 ta' Mejju 1953 (assigurazzjoni soċjali);

(b) Il-Ftehim Supplimentari tat-12 ta' Mejju 1953 mal-Konvenzjoni tal-5 ta' Mejju 1953 (ħlas tal-pensjonijiet li jridu jitħallsu rigward iż-żmien ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni).

8. IL-ĠERMANJA — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tat-Trattat tal-11 ta' Ġunju 1959 (qtugħ tal-kwistjoni diskutibbli bejn il-Ġermanja u l-Lussemburgu).

9. IL-ĠERMANJA — L-OLANDA

(a) L-Artikolu 3(2) tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951;

(b) L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim Supplimentari Nru 4 tal-21 ta' Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951 (ftehim finali dwar id-drittijiet miksuba mill-ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta' Mejju 1940 u l-1 ta' Settembru 1945 skond l-iskema ta' l-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali Ġermaniża).

10. FRANZA — L-ITALJA

(a) L-Artikoli 20 u 24 tal-Konvenzjoni tal-31 ta' Marzu 1948;

(b) Bdil ta' l-Ittri tat-3 ta' Marzu 1956 (benefiċċji tal-mard għall-ħaddiema staġjonali li jaħdmu fl-agrikoltura).

11. FRANZA — IL-LUSSEMBURGU

Xejn

12. FRANZA — L-OLANDA

Xejn

13. L-ITALJA — IL-LUSSEMBURGU

Xejn

14. L-ITALJA — L-OLANDA

Xejn

15. Il-LUSSEMBURGU — L-OLANDA

Xejn

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

(L-Artikolu 37(2) tar-Regolament)

Il-leġislazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament li bihom l-ammont ta' benefiċċji għall-invalidità jiddependi mit-tul tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni

A. IL-BELĠJU

Il-leġislazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iskema ġenerali ta' l-invalidità, ma' l-iskema speċjali ta' l-invalidità u ma' l-iskema speċjali għall-baħrin fil-flotta merkantili.

B. IL-ĠERMANJA

Xejn

Ċ. FRANZA

Il-leġislazzjonijiet kollha ta' assigurazzjoni ta' l-invalidità, għajr il-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta' l-invalidità ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali għall-minaturi.

D. L-ITALJA

Xejn

E. IL-LUSSEMBURGU

Xejn

F. L-OLANDA

Il-liġi tat-18 ta' Frar 1966 dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

(L-Artikolu 40(3) tar-Regolament)

Konkordanza bejn il-leġislazzjonijiet ta' l-Istati Membru dwar il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-grad ta' l-invalidità

Il-BELGJU

Stati Membri | Skemi amministrati mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri li ħadu deċiżjoni li tirrikonoxxi l-grad ta' invalidità | Skemi amministrati minn istituzzjonijiet Belġjani fejn id-deċiżjoni hija marbuta ma' każijijet ta' konkordanza |

Skema Ġenerali | Skema tal-minaturi | Skema tal-Baħħara |

Invalidità ġenerali | Invalidità fl-okkupazzjoni |

FRANZA | 1.Skema ġenerali: |

— Grupp III (attendenza kostanti) | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— Grupp II |

— Grupp I |

2.Skema agrikola: |

— invaliditá ġenerali, totali | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— żewg terzi invaliditá ġenerali |

— attendenza kostanti |

3.Skema tal-minaturi: |

— invalidità parzjali, ġenerali | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— attendenza kostanti |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat |

4.Skema tal-baħħara: |

— invalidità ġenerali | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— attendenza kostanti |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat |

L-ITALJA | 1.Skema ġenerali: |

— invalidità — ħaddiema manwali | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— invalidità — impjegati klerikali |

2.Skema tal-baħħara: |

Mhux tajjeb għal seafaring | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat | Mhux Konkordat |

IL-LUSSEMBURGU | Tal-ħaddiema | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

Invalidità — ħaddiema manwali |

Invalidità — impjegati klerikali |

FRANZA

Stati Membri | Skemi amministrati mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri li ħadu deċiżjoni li tirrikonoxxi l-grad ta' invalidità | Skemi amministrati minn istituzzjonijiet Belġjani fejn id-deċiżjoni hija marbuta ma' każijijet ta' konkordanza |

Skema ġenerali | Skema agrikola | Skema tal-minaturi | Skema tal-baħħara |

Grupp I | Grupp II | Grupp III Attendenza costanti | 2/3 invalidità | Invalidità totali | Attendenza kostanti | 2/3 invalidità ġenerali | Attendenza kostanti | Invallidità fl-okkupazzjoni | 2/3 invalidità ġenerali | Invalidità totali fl-okkupazzjoni | Attendenza kostanti |

IL-BELĠJU | 1.Skema ġenerali | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

2.Skema tal -minaturi: | | | | | | | | | | | | |

—invalidità ġenerali parzjali | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat [2] | | | |

3.Skema tal -baħħara | Konkordanza [1] | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat [1] | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza [1] | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

L-ITALJA | 1.Skema ġenerali: | | | | | | | | | | | | |

— invalidità —ħaddiema manwali | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhuz konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

— invalidità —impjegati klerikali | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

2.Skema tal -baħħara | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

IL-LUSSEMBURGU | Invalidità —ħaddiema manwali | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Konkordanza | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

Invalidità — impjegati klerikali | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

L-ITALJA:

Stati Membri | Skemi amministrati mill-instituzzjonijiet ta' l-Istati Membri li ħadu deċiżjoni li tirrikonoxxi l-grad ta' invalidità | Skemi amministrati minn istituzzjonijiet Belġani fejn id-deċiżjoni hija marbuta ma' każijijet ta' konkordanza |

Skema Generali | Baħħara Mhux addattata ghan-navigazzjoni |

Ħaddiema manwali | Impjegati klerikali |

IL-BELĠJU | 1.Skema Generali | Konkordanza | Konkordanza | Mhux konkordat |

2.Skema tal-minaturi: |

— invalidità ġenerali parzjali | Konkordanza | Konkordanza | Mhux konkordat |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

3.Skema tal-baħħara: |

— mhux addattat għal seafaring | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

FRANZA | 1.Skema ġenerali: |

— Grupp III (attendenza kostanti) | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— Grupp II |

— Grupp I |

2.Skema agrikola: |

— invalidità ġenerali totali | Konkordanza | Konkordanza | Mhux konkordat |

— invalidità ġenerali parzjali |

— attendenza kostanti |

3.Skema tal-minaturi: |

— invalidità ġenerali parzjali | Konkordanza | Konkordanza | Konkordanza |

— attendenza kostanti |

— invaliditá fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

4.Skema tal-baħħara: |

— invalidità ġenerali parzjali | Mhux Konkordat | mhux Konkordat | mhux Konkordat |

— attendenza kostanti |

— invalidità fl-okkupazzjoni |

IL-LUSSEMBURGU | Invalidità — ħaddiema manwali | Konkordanza | Konkordanza | Mhux konkordat |

Invalidità — impjegati klerikali | Mhux konkordat | Mhux konkordat | |

IL-LUSSEMBURGU

Stati Membri | Skemi amministrati mill-instituzzjonijiet ta' l-Istati Membri li ħadu deċiżjoni li tirrikonoxxi l-grad ta' invalidità | Skemi amministrati minn istituzzjonijiet tal-Lussemburgu fejn id-deċiżjoni hija marbuta ma' każijijet ta' konkordanza |

Invalidità tal-ħaddiema — ħaddiema manwali | Invalidità — ħaddiema klerikali |

IL-BELĠJU | 1.Skema ġenerali | Konkordanza | Konkordanza |

2.Skema tal-minaturi: |

— invalidità ġenerali parzjali | Konkordanza | Konkordanza |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

3.Skema tal-baħħara | Konkordanza [3] | Konkordanza [3] |

FRANZA | 1.Skema ġenerali: |

— Grupp III (attendenza kostanti) | Konkordanza | Konkordanza |

— Grupp II |

— Grupp I |

2.Skema agrikola: |

— invalidità ġenerali totali | Konkordanza | Konkordanza |

— 2/3 invalidità ġenerali |

— attendenza kostanti |

3.Skema tal-minaturi: |

— 2/3 invalidità ġenerali | Konkordanza | Konkordanza |

— attendenza kostanti |

— invaliditá fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

4.Skema tal-baħħara: |

— invalidità ġenerali parzjali | Konkordanza | Konkordanza |

— attendenza kostanti |

— invalidità fl-okkupazzjoni | Mhux konkordat | Mhux konkordat |

L-ITALJA | 1.Skema ġenerali: | | |

— invalidità — ħaddiema manwali | Konkordanza | Konkordanza |

— invalidità — impjegati klerikali | Mhux konkordat | Konkordanza |

2.Skema tal-baħħara: | | |

— mhux addattat għal seafaring | | |

[1] Sakemm l-invalidità rikonoxxuta mill-istituzzjoni Belġjana hija invalidità ġenerali.

[2] Biss jekk l-istituzzjoni Belġjana għarfet li l-ħaddiem mhux tajjeb għal xogħol taħt l-art jew livell ma' l-art

[3] Sakemm l-invalidità rikonoxxuta mill-istituzzjoni Belġjana hija invalidità ġenerali

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

(L-Artikolu 89 tar-Regolament)

Proċeduri speċjali għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' ċerti Stati Membri

A. IL-BELĠJU

1. Id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 1 (a)(i) tar-Regolament ma għandux japplika għal persuni li jaħdmu għal rashom jew għal persuni oħra li jirċievu kura medika skond il-liġi tad-9 ta' Awissu 1963 dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' skema ta' assigurazzjoni obbligatorja għall-mard u l-invalidità, jekk kemm-il darba ma jirċevux l-istess protezzjoni rigward dan it-trattament daqs il-persuni li jaħdmu.

2. Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjnijiet tal-Kapitoli 7 u 8 tat-Titolu III tar-Regolament mill-istituzzjoni kompetenti Belġjana, it-tfal (żgħar) għandhom jiġu kkonsidrati li ġew imrobbija fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jirrisjedu.

3. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 46(2) tar-Regolament, il-perijodi ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħija mwettqa skond il-leġislazzjoni Belġjana qabel l-1 ta' Jannar 1945 għandhom ukoll jiġu kkonsidrati bħala perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni Belġjana dwar l-iskema ġenerali ta' invalidità u l-iskema tal-baħħara.

B. IL-ĠERMANJA

1. (a) Fejn ma teżistix diġà disposizzjoni skond il-leġislazjoni Ġermaniża għal assigurazzjoni għall-inċidenti, l-istituzzjonijiet Ġermaniżi għandhom ukoll jipprovdu kumpens, bi qbil ma' din il-leġislazzjoni, għall-inċidenti fuq ix-xogħol (u għall-mard ikkawżat bix-xogħol) illi ġraw fl-Alsace-Lorraine qabel l-1 ta' Jannar 1919, ir-responsabbiltà tan-nefqa li ma ġietx aċċettata minn istituzzjonijiet Franċiżi b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Lega tan-Nazzjonijiet tal-21 ta' Ġunju 1921 (Reichsgesetzblatt, p. 1289) fejn il-persuna interessata jew is-superstiti tagħha jirrisjedu fi Stat Membru;

(b) L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-disposizzjonijiet li bihom l-inċidenti (u l-mard ikkawżat mix-xogħol) li jiġru 'l barra mit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u l-perijodi mwettqa 'l barra minn dan it-territorju, ma jwasslux għall-ħlas ta' benefiċċji, jew iwasslu biss għall-ħlas tal-benefiċċji fuq ċerti kondizzjonijiet, meta dawk intitolati għalihom jirrisjedu 'l barra mit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2. (a) Sabiex jiġi stabbilit jekk il-perijodi kkonsidrati mil-leġislazzjoni Ġermaniża bħala perjodi interrotti (Ausfallzeiten) jew perijodi supplimentari (Zurechnungszeiten) għandhomx jitqiesu ta' hekk, il-kontribuzjonijiet obbligatorji mħallsa skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor u l-assigurazzjoni fuq skema ta' assigurazzjoni tal-pensjonijiet ta' Stat Membru ieħor għandhom jiġu trattati bħala kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa skond il-leġislazzjoni Ġermaniża u bħala assigurazzjoni skond l-iskema Ġermaniża ta' assigurazzjoni għall-pensjoni.

Meta jkun qiegħed jiġi kkalkolat in-numru ta' xhur kalendarji li jkunu għaddew bejn id-data tad-dħul fl-iskema ta' l-assigurazzjoni u meta fil-fatt jinqala' r-riskju, l-perjodi meħuda f'konsiderazzjoni skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor li jidħlu bejn dawn iż-żewġ dati ma għandhomx jitqiesu, lanqas ma għandhom jitqiesu l-perijodi li matulhom il-persuna interessata kienet tirċievi pensjoni.

(b) Is-subparagrafu (a) ma għandux japplika għall-perjodu standard interrott (pauschale Ausfallzeit). Dan għandu jkun stabbilit esklussivament fuq il-bażi ta' l-perijodi ta' assigurazzjoni mwettqa fil-Ġermanja.

(ċ) Meta jkun qiegħed jitqies perijodu ta' żmien miżjud (Zurechnungszeit) b'mod konformi mal-leġislazzjoni Ġermaniża dwar l-assigurazzjoni tal-minaturi, dan għandu, barra minn hekk, ikun bla ħsara għall-kondizzjoni illi l-aħħar kontribuzzjoni mħallsa skond il-leġislazzjoni Ġermaniża kienet ġiet imdaħħla fl-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-pensjoni.

(d) Bil-għan li jittieħdu f'konsiderazzjoni l-perjodi ta' sostituzzjoni Ġermaniżi (Ersatzzeiten), għandha tapplika biss il-leġislazzjoni nazzjonali Ġermaniża.

(e) Bħala deroga mid-disposizzjoni preskritti fis-subparagrafu (d), id-disposizzjoni li ġejja għandha tapplika għall-persuni assigurati fl-iskema Ġermaniża ta' assigurazzjoni għall-pensjoni li kienu residenti f'territorji Ġermaniżi taħt l-amministrazzjoni Olandiża fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1948 u l-31 ta' Lulju 1963; bil-għan li jittieħdu f'konsidrazzjoni l-perjodi ta' sostituzzjoni Ġermaniżi (Ersatzzeiten) fit-tifsira ta' l-Artikolu 1251(2) tal-liġi Ġermaniża dwar is-sigurtà soċjali (RVO) jew id-disposizzjonijiet korrispondenti, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lil skemi ta' l-assigurazzjoni Olandiżi matul dan iż-żmien għandhom jiġu trattati bħala ekwivalenti li (il-persuni interessati) kienu impjegati jew isegwu attivitali jaqgħu fl-iskema ta' l-assigurazzjoni obbligatorja fit-tifsira tal-leġislazzjoni Ġermaniża..

3. F'dak li jirrigwarda l-ħlas li jrid jidħol fil-fondi Ġermaniżi ta' l-assigurzzjoni għall-mard, il-ħlas obbligatorju tal-kontribuzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament għandhom jiġu miżmuma sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-pretensjonijiet għall-pensjonijiet.

4. Sabiex jiġi stabbilit jekk it-tfal li jkunu qegħdin jieħdu pensjoni ta' l-orfni, id-dħul ta' wieħed mill-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 78 jew ta' benefiċċju ieħor tal-familja konċess bil-leġislazzjoni Franċiża lill-minuri li jirrisjedu fi Franza għandhom jiġu trattati bħala d-dħul ta' pensjoni ta' l-orfni skond il-leġislazzjoni Ġermaniża.

5. Jekk l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew Regolamenti sussegwenti ta' sigurtà soċjali jinvolvu spejjeż eċċezzjonali għal ċerti istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni għall-mard, dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu mħallsa lura fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom. L-Assoċjazzjoni Federali tal-Fondi Reġjonali għall-Mard, fil-funzjoni tagħha ta' aġenzija ta' għaqda (assigurazzjoni tal-mard) għandha tiddeċiedi dwar dan il-ħlas lura bi ftehim komuni ma' l-Assoċjazzjonijiet Ċentrali l-oħra ta' Fondi għall-Mard. Ir-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi effettwat dan il-ħlas lura għandhom jinġabru mit-taxxi imposti fuq l-istituzzjonijiet kollha ta' l-assigurazzjoni għall-mard fil-proporzjon tan-numru medju tal-membri matul is-sena ta' qabel, inklużi l-persuni rtirati.

6. Jekk l-istituzzjoni kompetenti għall-konċessjoni tal-benefiċċji tal-familja bi qbil mat-Titolu III Kapitolu 7 tar-Regolament hija istituzzjoni Ġermaniża, il-persuna assikurata obbligatorjament kontra r-riskju tal-qgħad jew persuna illi, b'riżultat ta' din l-assigurazzjoni, tieħu benefiċċji fi flus skond assigurazzjoni tal-mard jew benefiċċji komparabbli għandha tiġi kunsidrata bħala ħaddiem/a (Artikolu 1(a) tar-Regolament).

Ċ. FRANZA

1. (a) is-sussidju għall-persuni xjuħ għandu jiġi konċess skond il-kondizzjonijiet preskritti għall-ħaddiema Franċiżi bil-leġislazzjoni Franċiża, lill-ħaddiema kollha li huma ċittadini nazzjonali ta' Stati Membri oħra u li, fil-ħin li kienu qegħdin jagħmlu l-pretensjoni tagħhom, kienu residenti f'territorju Franċiż.

(b) l-istess għandu japplika għar-rifuġjati u persuni mingħajr Stat;

(ċ) id-disposizzjonijiet tar-Regolament ma għandhomx jaffettwaw id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Franċiża li fihom jitqiesu biss, għall-akkwist tad-dritt ta' sussidju għal persuni xjuħ impjegati, l-perjodi ta' xogħol bħala ħaddiema impjegati trattati ta' hekk li jkunu ġew imwettqa fit-territorji tad-dipartimenti Ewropej u d-dipartimenti barra l-pajjiż (il-Guadeloupe, il-Guiana, il-Martinique u r-Réunion) tar-Repubblika Franċiża.

2. Is-sussidju speċjali u l-indennizz kumulattiv provdut bil-leġislazzjoni speċjali għas-sigurtà soċjali fil-minjieri għandhom jingħataw biss lill-ħaddiema impjegati fil-minjieri Franċiżi.

3. Il-Liġi Nru 65/655 ta' l-10 ta' Lulju 1965 li tikkonċedi liċ-ċittadni nazzjonali Franċiżi li jkunu qegħdin isegwu, jew kienu jsegwu, attività professjonali jew kummerċjali barra mill-pajjiż id-dritt li jidħlu fi skema ta' assigurazzjoni volontarja għax-xjuħija, għandha tapplika għaċ-ċittadini nazzjonali ta' Stati Membri oħra bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-attività professjonali jew kummerċjali li twassal għall-assigurazzjoni volontarja skond is-sistema Franċiża ma għandhiex tiġi, jew ma kellhiex tiġi, segwita fit-territorju Franċiż jew fit-territorju ta' l-Istat Membru li tiegħu il-ħaddiem huwa ċittadin nazzjonali;

- il-ħaddiem irid juri xhieda, meta jagħmel il-pretensjoni tiegħu, illi jew kien jirrisjedi fi Franza għal mill-inqas għaxar snin wara xulxin, jew li kien il-ħin kollu soġġett għal-leġislazzjoni Franċiża fuq bażi obbligatorju jew b'għażla għall-istess tul ta' żmien.

4. Fit-tifsira ta' l-Artikolu 73(3) tar-Regolament, l-espressjoni 'benefiċċji tal-familja' għandha tinkludi:

(a) is-sussidji ta' qabel it-twelid ipprovduti bl-Artikolu L 516 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali;

(b) is-sussidji tal-familja pprovduti bl-Artikoli L 524 u L 531 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali;

(ċ) is-sussidji kumpensatorji għat-taxxi skedati pprovduti bl-Artikolu L 532 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali;

Iżda, dan il-benefiċċji jista' jingħata biss jekk il-paga jew is-salarju rċevuti matul il-perjodu ta' fejn kien imqabbad jaħdem huwa soġġett għat-taxxa tad-dħul ta' Franza;

(d) is-sussidju waħdieni fuq il-paga jew is-salarju pprovdut bl-Artikolu L 533 tal-Kodiċi dwar is-Sigurtà Soċjali;

D. L-ITALJA

Xejn

E. IL-LUSSEMBURGU

Bħala deroga mill-Artikolu 94(2) tar-Regolament, il-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew il-perjodi trattati ta' hekk imwettqa qabel l-1 ta' Jannar 1946 fil-leġislazzjoni tal-Lussemburgu għall-pensjoni ta' l-invalidità, tax-xjuħija jew ta' mwiet għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni biss bil-għan li tiġi applikata din il-leġislazzjoni safejn u sakemm id-drittijiet fil-proċess li jiġu maqlugħa jibqgħu jinżammu sa l-1 ta' Jannar 1959 jew maqlugħa lura (irkuprati) sossegwantement bi qbil mal-leġislazzjoni biss, jew bi qbil ma' konvenzjonijiet bilaterali fis-seħħ jew li jridu jiġu mwettqa. Fejn japplikaw numru ta' konvenzjonijiet bilaterali, għandhom jiqiesu l-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew il-perjodi trattati ta' hekk li jmorru l-iktar lura fiż-żmien.

F. L-OLANDA

1. Assigurazzjoni tal-mard għal pensjonanti bl-età tax-xjuħija

(a) Persuna li tirċievi pensjoni tax-xjuħija bil-leġislazzjoni Olandiża u pensjoni bil-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandha, għall-għanijiet ta' l-Artikoli 27 u/jew 28, tiġi kkonsidrata li hija intitolata għal benefiċċji f'oġġetti jew, filwaqt li jitqies l-Artikolu 9 fejn xieraq, li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħteġa għall-intitolament ta' assgurazzjoni volontarja tal-mard għall-persuni xjuħ fl-età.

(b) Il-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja tal-mard għal persuni xjuħ bl-età għandha tammonta, rigward il-persuni interessati li jkunu jirrisjedu f'wieħed mill-Istati Membri l-oħra, għal nofs l-ispejjeż medji miġrura fl-Olanda għall-kura medika ta' persuna xiħa bl-età u l-membri tal-familja tagħha.

2. L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija

(a) Il-perjodi ta' l-assigurazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1957 illi min jirċeviha (l-assigurazzjoni), filwaqt li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet permessi lilu li jkollu dawn l-perjodi meqjusa bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni, kien jirrisjedi fit-territorju ta' l-Olanda wara l-età ta' 15-il sena jew li matulhom, filwaqt li kien jirrisjedi fit-territotorju ta' Stat Membru ieħor, kien isegwi attività bħala persuna impjegata fl-Olanda għal wieħed li jħaddem stabbilit f'dan il-pajjiż, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala perjodi ta' assigurazzjoni mwettqa bl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Olandiża għall-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija.

(b) Il-perjodi li għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni b'mod konformi mas-subparagrafu (a) ta' hawn fuq ma għandhomx jitqiesu jekk jaħbtu ma' l-istess perjodi meħuda f'konsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni li trid titħallas skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor rigward l-assigurazzjoni tax-xjuħija.

(ċ) Fejn tidħol mara miżżewġa li żewġha huwa intotilat għal pensjoni skond il-leġislazzjoni Olandiża fuq assigurazzjoni tax-xjuħija, il-perijodi taż-żmien qabel id-data meta tkun laħqet il-ħamsa u sittin sena u li matulhom kienet tirrisjedi fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri jew iktar għandhom ukoll jitqiesu bħala perjodi ta' l-assgurazzjoni, safejn u sakemm dawn l-perjodi jaqblu mal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa minn żewġha skond din il-leġislazzjoni u ma' dawk li kienu ġew meħuda f'konsiderazzjoni b'mod konformi mas-subparagrafu (a).

(d) Il-perijodi taż-żmien li għandhom jiġu kkunsidrati b'mod konformi mas-subparagrafu (ċ) ma għandhomx jitqiesu meta jaqblu mal-perijodi meħuda f'konsiderazzjoni għall-kalkolu tal-pensjoni li trid tiġi mħallsa lill-mara msemmija skond il-leġislazzjoni ta' l-assigurazzjoni għax-xjuħija ta' Stat Membru ieħor jew mal-perjodi li matulhom tkun irċeviet pensjoni tax-xjuħija b'mod konformi ma' din il-leġislazzjoni.

(e) Fejn tidħol mara li kienet miżżewġa u li żewġha kien soġġett għal-leġislazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni għax-xjuħija, jew mitqies li kien temm il-perjodi ta' l-assigurazzjoni b'mod konformi mas-subparagrafu (a), id-disposizzjonijiet taż-żewġ subparagrafi ta' qabel għandhom japplikaw b'analoġija.

(f) Il-perjodi msemmija fis-subparagrafi (a) u (ċ) għandhom jiġu kkunsidrati biss għall-kalkolu tal-pensjoni tax-xjuħija jekk il-persuna interessata damet residenti għal sitt snin fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew iktar wara l-età ta' disgħa u ħamsin sena u għal sakemm din il-persuna tibqa' tirrisjedi fit-territorju ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri jew iktar.

3. L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali għar-romol u l-orfni

(a) Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 46(2), il-perijodi ta' qabel l-1 ta' Ottubru 1959 li matulhom il-ħaddiem kien jirrisjedi fit-territorju ta' l-Olanda wara l-età ta' 15-il sena jew li matulhom, filwaqt li kien jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, kien isegwi attività bħala persuna impjegata fl-Olanda għal wieħed li jħaddem stabbilit f'dan il-pajjiż, għandhom wkoll jiġu kkunsidrati bħala perijodi ta' assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni Olandiża li għandha x'taqsam ma' l-assigurazzjoni tar-romol u l-orfni.

(b) Il-perijodi li għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni b'mod konformi mas-subparagrafu (a) ma għandhomx jitqiesu jekk jaħbtu fl-istess perijodi mal-perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor rigward il-pensjonijiet tas-superstiti.

4. L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Olandiża għall-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol

(a) Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 46(2) tar-Regolament, il-perjodi mħallsa għax-xogħol u l-perijodi trattati ta' hekk imwettqa skond il-leġislazzjoni Olandiża qabel l-1 ta' Lulju 1967 għandhom ukoll jiġu meqjusa bħala perijodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol.

(b) Il-perijodi taż-żmien li għandhom jitqiesu b'mod konformi mas-subparagrafu (a) għandhom jiġu kkunsidrati bħala perjiodi ta' l-assigurazzjoni mwettqa skond il-leġislazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikoli 37(1) tar-Regolament.

--------------------------------------------------

Top