EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0688

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018.
Agnieška Anisimovienė et vs bankas „Snoras“ AB, en liquidation et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għal investituri – Direttiva 94/19/KE – Il-punt 1 tal-Artikolu 1 – Depożiti – Sitwazzjonijiet tranżitorji ġejjin minn tranżazzjonijiet bankarji normali – Direttiva 97/9/KE – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) – Fondi dovuti lil investitur jew li jappartjenu lilu jew miżmuma f’ismu minn impriża ta’ investiment relata ma’ tranżazzjonijiet ta’ investiment – Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ titoli trasferibbli – Fondi ttrasferiti minn individwi lil din l-istituzzjoni għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli trasferibbli futuri – Applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE – Falliment tal-imsemmija istituzzjoni qabel il-ħruġ tat-titoli trasferibbli inkwistjoni – Impriża pubblika responsabbli mill-iskemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri – Invokabbiltà tad-Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE fil-konfront ta’ din l-impriża.
Kawżi magħquda C-688/15 u C-109/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawżi magħquda C‑688/15 u C‑109/16

Proċeduri mressqa minn Agnieška Anisimovienė et

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għal investituri – Direttiva 94/19/KE – Il-punt 1 tal-Artikolu 1 – Depożiti – Sitwazzjonijiet tranżitorji ġejjin minn tranżazzjonijiet bankarji normali – Direttiva 97/9/KE – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) – Fondi dovuti lil investitur jew li jappartjenu lilu jew miżmuma f’ismu minn impriża ta’ investiment relata ma’ tranżazzjonijiet ta’ investiment – Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ titoli trasferibbli – Fondi ttrasferiti minn individwi lil din l-istituzzjoni għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli trasferibbli futuri – Applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE – Falliment tal-imsemmija istituzzjoni qabel il-ħruġ tat-titoli trasferibbli inkwistjoni – Impriża pubblika responsabbli mill-iskemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri – Invokabbiltà tad-Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE fil-konfront ta’ din l-impriża”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat‑ 22 ta’ Marzu 2018

  1. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Swieq ta’ strumenti finanzjarji–Direttiva 2004/39–Servizzi jew attivitajiet ta’ investiment–Twettiq ta’ ordnijiet f’isem klijenti–Kunċett–Konklużjoni ta’ kuntratt ta’ sottoskrizzjoni dwar strumenti finanzjarji–Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, kif emendata bil-punti 2 u 5 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/31, u l-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2006/31)

  2. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Swieq ta’ strumenti finanzjarji–Direttiva 2004/39–Servizzi jew attivitajiet ta’ investiment–Kunċett–Konklużjoni minn istituzzjoni ta’ kreditu ta’ ftehimiet ta’ sottoskrizzjoni mal-klijenti tagħha dwar titoli trasferibbli futuri–Inklużjoni–Istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-kwalità ta’ emittent ta’ titoli trasferibbli–Assenza ta’ effett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, kif emendata bil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/31)

  3. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Stabbilimenti ta’ kreditu–Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri–Direttivi 94/19 u 97/9–Kamp ta’ applikazzjoni–Talbiet relatati ma’ fondi ttrasferiti minn individwi lil istituzzjoni ta’ kreditu għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli trasferibbli futuri maħruġa minn din l-istituzzjoni u rreġistrati f’kont miftuħ f’isimha–Inklużjoni

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, u 97/9)

  4. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Stabbilimenti ta’ kreditu–Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri–Direttivi 94/19 u 97/9–Strumenti li jaqgħu simultanjament f’żewġ direttivi–Assenza ta’ imputazzjoni minn Stat Membru ta’ tip ta’ kreditu għal sistema li taqa’ f’waħda mid-direttivi–Għażla tas-sistema applikabbli li tappartjeni lid-detentur tat-talba

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bid-Direttivi 2009/14 u 97/9, Artikolu 2(3))

  5. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Stabbilimenti ta’ kreditu–Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri–Direttivi 94/19 u 97/9–Impriża pubblika responsabbli mill-imsemmija skemi–Invokkabbilta’ tad-direttivi fil-konfront ta’ din l-impriża–Portata

    (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19, kif emendata bil-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/14, il-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/9 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 97/9).

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 62-64)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 66-69)

  3.  Minn naħa, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, u min-naħa l-oħra, dawk tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Marzu 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li talbiet relatati ma’ fondi, iddebitati lil kontijiet li individwi kienu intitolati għalihom ma’ istituzzjoni ta’ kreditu u li jirrigwardaw il-kreditu ta’ kontijiet miftuħa f’isem din l-istituzzjoni, bħala s-sottoskrizzjoni ta’ titoli mobbli futuri li din tal-aħħar kellha tkun l-emittent, f’ċirkustanzi li fihom il-ħruġ ta’ dawn it-titoli ma kienx finalment twettaq minħabba l-falliment tal-imsemmija istituzzjoni, jaqgħu kemm fl-iskemi ta’ kumpens għall-investituri previsti mid-Direttiva 97/9 kif ukoll fl-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti previsti mid-Direttiva 94/19.

    (ara l-punt 99 u d-dispożittiv 1)

  4.  L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 97/9 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn it-talbiet jaqgħu kemm fl-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti previsti mid-Direttiva 94/19 kif ukoll fl-iskemi ta’ kumpens għall-investituri previsti mid-Direttiva 97/9, u li fihom il-leġiżlatur nazzjonali ma imputatx tali talbiet għal skema li taqa’ f’waħda jew l-oħra minn dawk id-direttivi, il-qorti adita ma tistax tiddeċiedi hija stess, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, dwar l-iskema li dawk intitolati għall-imsemmija talbiet jistgħu jibbenefikaw minnha. Min-naħa l-oħra, f’tali sitwazzjoni, huwa dawn tal-aħħar li għandhom jagħżlu skema waħda jew oħra prevista fid-dritt nazzjonali sabiex timplimenta dawn iż-żewġ direttivi.

    (ara l-punt 105 u d-dispożittiv 2)

  5.  Minn naħa, il-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19, kif emendat bid-Direttiva 209/14, u min-naħa l-oħra, l-Artikolu 1(4) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 97/9, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jistgħu jiġu invokati minn individwi quddiem il-qorti nazzjonali insostenn ta’ talbiet għal kumpens kontra impriża pubblika responsabbli, fi Stat Membru, minn skemi ta’ garanziji ta’ depożiti u kumpens ta’ investituri.

    (ara l-punt 111 u d-dispożittiv 3)

Top