EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Erasmus+ — Sħubijiet transnazzjonali tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Programm tal-UE tal-Erasmus+ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport' for an updated information about the subject.

Erasmus+ — Sħubijiet transnazzjonali tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1288/2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Erasmus+ għandu l-għan illi:

  • jippermetti lil żgħażagħ illi jiksbu kapaċitajiet u għarfien barra minn pajjiżhom sabiex itejbu l-impjegabilità tagħhom;
  • itejjeb il-kwalità tat-tagħlim, l-eċċellenza fl-innovazzjoni tal-edukazzjoni u l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ;
  • jikkumplimenta l-isforzi fil-politika tal-pajjiżi membri sabiex jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tagħhom;
  • iżid id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta’ sħubijiet bejn l-UE u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u ta’ taħriġ vokazzjonali (VET) ta’ pajjiżi sħab;
  • itejjeb it-tagħlim tal-lingwi;
  • jappoġġa l-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea fost l-akkademiċi, l-istudenti u ċ-ċittadini;
  • jappoġġa organizzazzjonijiet attivi fi sport tal-massa (l-aktar korpi pubbliċi u klabbs) sabiex jisfruttaw il-potenzjali tal-isport għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u jindirizzaw it-theddid tad-doping, logħba mixtrija, razziżmu u intolleranza.

PUNTI EWLENIN

Eliġibilità

Erasmus+ huwa miftuħ għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, kif ukoll pajjiżi li applikaw għal sħubija mal-UE u applikanti potenzjali. Pajjiżi sħab, l-aktar dawk koperti mill-politika tal-viċinat tal-UE, ikunu eliġibbli għal opportunitajiet ta’ studju u taħriġ, kif ukoll attivitajiet għaż-żgħażagħ.

Implimentazzjoni u parteċipazzjoni

Azzjonijiet taħt Erasmus+ huma maqsumin bejn diċentralizzati (amministrati f’kull pajjiż minn aġenziji nazzjonali) jew ċentralizzati li huma amministrati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fi Brussell.

Baġit

Il-baġit totali allokat huwa ta’ EUR 14.775 biljun fuq il-perjodu 2014-2020.

Huwa maqsum kif ġej:

  • 77.5% għall-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • 10% għaż-żgħażagħ;
  • 3.5% għall-Faċilità ta’ Garanzija għal Self lill-Istudenti (għal studenti li qed jagħmlu degree tat-tieni ċiklu, bħal Master’s);
  • 1.9% lil Jean Monnet (riċerka u tagħlim tal-integrazzjoni Ewropej)
  • 1.8% għall-isport;
  • 3.4% bħala għotjiet amministrattivi lil aġenziji nazzjonali; u
  • 1.9% spiża amministrattiva.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport li jħassar Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 50-73)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1288/2013 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENT RELATAT

Ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 250, 4.10.2018, pp. 1-20)

l-aħħar aġġornament 25.06.2014

Top