EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0188

2010/188/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 83, 30.3.2010, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/188/oj

30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1912)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/188/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta’ merħliet bovini, suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 25-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodship) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Podlaskie u Mazowieckie sabiex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika tal-Polonja.

(4)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Polonja, ir-reġjunijiet (powiaty) ikkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni mill-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika.

(5)

Il-Portugall ppreżentat ukoll lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tar-Reġjun tal-Ażores sabiex dan ir-reġjun ikun jista’ jiġi uffiċjalment iddikjarat bħala reġjun mill-Portugall ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

(6)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall, ir-Reġjun Awtonomu tal-Ażores għandu jiġi ddikjarat bħala reġjun ta’ Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika.

(7)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 156, 25 6 2003, p. 74.


ANNESS

1.

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-annotazzjoni għall-Polonja tinbidel b’dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie,

Powiaty:

bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

Voivodship lubelskie,

Powiaty:

bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

Voivodship kujawsko-pomorskie,

Powiaty:

aleksandrowski, brodnicki, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, lipnowski, Grudziądz, radziejowski, rypiński, toruński, Toruń, wąbrzeski, Włocławek, włocławski.

Voivodship łódzkie,

Powiaty:

bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

Voivodship Małopolskie,

Powiaty:

brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski, tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

Voivodship Mazowieckie,

Powiaty:

białobrzeski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, legionowski, lipski, łosicki, makowski, miński, nowodworski, ostrowski, otwocki, piaseczyński, Płock, płocki, płoński, pruszkowski, przysuski, Radom, radomski, Siedlce, siedlecki, sierpecki, sochaczewski, sokołowski, szydłowiecki, Warszawa, warszawski zachodni, węgrowski, wołomiński, wyszkowski, zwoleński, żyrardowski.

Voivodship Opolskie,

Powiaty:

brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

Voivodship Podkarpackie,

Powiaty:

bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

Voivodship Podlaskie,

Powiaty:

augustowski, białostocki, Białystok, bielski, grajewski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki, wysokomazowiecki, zambrowski.

Voivodship Pomorskie,

Powiaty:

Gdańsk, Gdański, Gdynia, Lęborski, Sopot, Wejherowski.

Voivodship Śląskie,

Powiaty:

będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, Świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

Voivodship świętokrzyskie,

Powiaty:

buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

Voivodship Warmińsko-mazurskie,

Powiaty:

ełcki, giżycki, gołdapski, olecki.

Voivodship wielkopolskie,

Powiaty:

jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, ostrzeszowski, słupecki, turecki, wrzesiński.”

2.

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“Fil-Portugall:

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores”.


Top