EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0183

2010/183/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

ĠU L 83, 30.3.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/183/oj

30.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Marzu 2010

li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

(2010/183/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-ħlasijiet (1) tal-Istati Membri u b’mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/458/KE (2), il-Kunsill ikkonċeda assistenza reċiproka lir-Rumanija u bid-Deċiżjoni 2009/459/KE (3), il-Kunsill ipprovda assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta’ żmien lir-Rumanija.

(2)

L-ambitu u l-intensità tar-reċessjoni ekonomika li qed taffettwa lir-Rumanija titlob għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet bin-nifs tal-assistenza finanzjarja bil-ħsieb li jittieħed kont tal-impatt tat-tnaqqis ikbar milli mistenni tal-PGD reali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/459/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

implimentazzjoni ta’ programm fiskali mfassal b’mod ċar fuq il-medda medja ta’ żmien sabiex l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern jinġieb taħt il-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD fi żmien stipulat u fi triq ta’ konsolidazzjoni li huma konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill lir-Rumanija adottati skont il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.”

(2)

Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġits annwali għall-2010 u lil hinn, konsistenti mat-triq lejn il-konsolidazzjoni stabbilita fil-Memorandum ta’ Ftehim Supplementali.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.


Top