EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0680
Commission Regulation (EU) 2019/680 of 30 April 2019 amending Annex VI to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/680 tat-30 ta' April 2019 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/680 tat-30 ta' April 2019 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/3110
ĠU L 115, 2.5.2019, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/680
tat-30 ta' April 2019
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-30 ta' Lulju 2018 (2) (“l-opinjoni tal-SCCS”) li l-Fenilin Bis-Difeniltriazin huwa sikur għall-użu bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi kontra x-xemx u prodotti oħra f'konċentrazzjoni massima ta' 5 % u li l-użu tiegħu kien sikur biss fi prodotti applikati fuq il-ġilda u mhux fi prodotti li jistgħu jwasslu għal esponiment bit-teħid man-nifs. |
(2) |
Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-Fenilin Bis-Difeniltriazin bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi jenħtieġ li jkun awtorizzat f'konċentrazzjoni massima ta' 5 %, ħlief f'użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs. |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jkun emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS/1594/18.
ANNESS
Fl-AnnessVI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Identifikazzjoni tas-sustanza |
Kundizzjonijiet |
|
|||||
Numru ta' referenza |
Isem kimiku/INN/XAN |
Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“31 |
3,3′-(1,4-Fenilen)bis(5,6-difenil-1,2,4-triazin) |
Fenilen Bis-Difeniltriazin |
55514-22-2 |
700-823-1 |
|
5 % |
Ma għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.” |
|