2.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/680

tat-30 ta' April 2019

li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (SCCS) ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tal-30 ta' Lulju 2018 (2) (“l-opinjoni tal-SCCS”) li l-Fenilin Bis-Difeniltriazin huwa sikur għall-użu bħala filtru tal-UV fi prodotti kożmetiċi kontra x-xemx u prodotti oħra f'konċentrazzjoni massima ta' 5 % u li l-użu tiegħu kien sikur biss fi prodotti applikati fuq il-ġilda u mhux fi prodotti li jistgħu jwasslu għal esponiment bit-teħid man-nifs.

(2)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCS u sabiex jiġi meqjus il-progress tekniku u xjentifiku, l-użu tal-Fenilin Bis-Difeniltriazin bħala filtru tal-UV fil-prodotti kożmetiċi jenħtieġ li jkun awtorizzat f'konċentrazzjoni massima ta' 5 %, ħlief f'użi li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jkun emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1594/18.


ANNESS

Fl-AnnessVI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

 

Numru ta' referenza

Isem kimiku/INN/XAN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“31

3,3′-(1,4-Fenilen)bis(5,6-difenil-1,2,4-triazin)

Fenilen Bis-Difeniltriazin

55514-22-2

700-823-1

 

5 %

Ma għandux jintuża f'applikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-esponiment tal-pulmuni tal-utent aħħari permezz tan-nifs.”