EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2234

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2234 tal-4 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

ĠU L 319, 5.12.2017, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1515

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2234/oj

5.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2234

tal-4 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1).

(2)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382

Fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 925 000,00.

L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PALO


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).


Top