EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0576

Kawża T-576/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – Bora Creations vs EUIPO – True Skincare (TRUE SKIN)

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/44


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2022 – Bora Creations vs EUIPO – True Skincare (TRUE SKIN)

(Kawża T-576/22)

(2022/C 424/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent; Bora Creations, SL (Andratx, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange u M. Ebner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: True Skincare Ltd (Ascot, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TRUE SKIN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 170 353

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 1712/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top