EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0548

Kawża C-548/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Fondi (l-Italja) fit-18 ta’ Awwissu 2022 – M.M. vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Fondi (l-Italja) fit-18 ta’ Awwissu 2022 – M.M. vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-548/22)

(2022/C 424/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Fondi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.M.

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero della Giustizia, Ministero dell'Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

L-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 31, 34 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 97/81/KE tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (2), kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas-7 ta’ April 1998 (3), kif ukoll il-klawsola 4 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tad-[decreto legislativo 13] luglio 2017, n. 116 ([Digriet Leġiżlattiv Nru 116 tat-13] ta’ Lulju 2017), kif issostitwit bl-Artikolu 1(629) tal-Legge 30 dicembre 2021, n. 234 (Liġi Nru 234 tat-30 ta’ Diċembru 2021), li jipprevedi r-rinunzja awtomatika skont il-liġi ta’ kull pretenzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-imsemmija direttivi, bit-telf ta’ kull remunerazzjoni, xogħol u protezzjoni soċjali oħra ggarantiti mid-dritt Ewropew:

fil-każ tas-sempliċi preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal parteċipazzjoni minn maġistrat onorarju, bħala ħaddiem Ewropew għal żmien determinat u part-time komparabbli mal-maġistrat professjonali bħala ħaddiem Ewropew għal żmien indeterminat u full-time, fi proċeduri ta’ stabbilizzazzjoni li qed jimplimentaw biss formalment il--klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva 1999/70,

jew, fil-każ li l-proċeduri ma ntemmux b’suċċess jew ma saret ebda applikazzjoni, bl-irċevuta ta’ kumpens ta’ ammont manifestament mhux adegwat kif ukoll sproporzjonat għad-dannu subit għan-nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttivi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu5, Vol. 3, p. 278.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


Top