EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0523

Kawża C-523/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – UT vs SO

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – UT vs SO

(Kawża C-523/22)

(2022/C 424/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UT

Konvenut: SO

Domandi preliminari

1)

Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għoti ta’ kreditu għandu jitwettaq biss permezz ta’ fondi li joriġinaw minn depożiti jew minn fondi oħra rimborsabbli li l-istituzzjoni ta’ kreditu tirċievi mingħand il-pubbliku, jew istituzzjoni ta’ kreditu tista’ anki tagħti krediti permezz ta’ fondi li joriġinaw minn sorsi oħra?

2)

Kif għandu jiġi interpretat il-kontenut ta’ “strument […] fi kwalunkwe forma […] li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju”, fis-sens tal-punt 42 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 575/2013, u dan l-istrument jinkludi kemm sistema ta’ awtorizzazzjoni permezz ta’ approvazzjoni u kif ukoll sistema ta’ awtorizzazzjoni permezz ta’ reġistrazzjoni għall-attivitajiet ta’ kreditu?


(1)  ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.


Top