EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0518

Kawża C-518/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Awwissu 2022 – J.M.P. vs AP Assistenzprofis GmbH

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Awwissu 2022 – J.M.P. vs AP Assistenzprofis GmbH

(Kawża C-518/22)

(2022/C 424/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.M.P.

Konvenut: AP Assistenzprofis GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7 u/jew l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), moqrija fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età tista’ tiġi ġġustifikata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


Top