EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0272

Kawża C-272/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – KH vs Keolis Agen SARL

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – KH vs Keolis Agen SARL

(Kawża C-272/22)

(2022/C 424/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de Prud’hommes d’Agen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KH

Konvenut: Keolis Agen SARL

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri?

2)

Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena?

3)

L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


Top