EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0271
Case C-271/22: Request for a preliminary ruling from the Conseil de Prud’hommes d’Agen (France) lodged on 21 April 2022 — XT v Keolis Agen SARL
Kawża C-271/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – XT vs Keolis Agen SARL
Kawża C-271/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – XT vs Keolis Agen SARL
ĠU C 424, 7.11.2022, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil de Prud’hommes d’Agen (Franza) fil-21 ta’ April 2022 – XT vs Keolis Agen SARL
(Kawża C-271/22)
(2022/C 424/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil de Prud’hommes d’Agen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XT
Konvenut: Keolis Agen SARL
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn operatur privat tat-trasport, li għandu delega ta’ servizz pubbliku waħda biss, u l-impjegati tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri? |
2) |
Liema huwa t-tul raġonevoli ta’ trasferiment ’il quddiem tal-erba’ ġimgħat ta’ leave imħallas miksub, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, meta l-perijodu li fih jistgħu jiġu akkumulati d-drittijiet ta’ leave imħallas huwa ta’ sena? |
3) |
L-applikazzjoni ta’ terminu ta’ trasferiment ’il quddiem illimitat fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni nazzjonali, leġiżlattiva jew li tirriżulta minn ftehim, li tkopri l-imsemmi trasferiment ’il quddiem, hija kuntrarja għall-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.