EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0475

Kawża Magħquda C-475/20 sa C-482/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) Admiral Gaming Network Srl et vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Konċessjonijiet ta’ ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq il-konċessjonarji – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) Admiral Gaming Network Srl et vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli et

(Kawża Magħquda C-475/20 sa C-482/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjonijiet - Logħob tal-ażżard - Konċessjonijiet ta’ ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq il-konċessjonarji - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

(2022/C 424/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Gaming Network Srl (C-475/20), Cirsa Italia SpA (C-476/20), Codere Network SpA (C-477/20), Gamenet SpA (C-478/20), NTS Network SpA (C-479/20), Sisal Entertainment SpA (C-480/20), Snaitech SpA, li kienet Cogetech SpA (C-481/20), Snaitech SpA, li kienet Snai SpA (C-482/20)

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-475/20, C-477/20), Presidenza del Consiglio dei Ministri (C-475/20, C-477/20, C-481/20), IGT Lottery SpA, li kienet Lottomatica Holding Srl (C-475/20), Se. Ma. di Francesco Senese (C-481/20)

fil-preżenza ta’: Lottomatica Videolot Rete SpA (C-475/20), Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons) (C-476/20, C-478/20, C-480/20, C-482/20) et

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn jiġi stabbilit li leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa li għandha l-effett li tnaqqas ir-remunerazzjoni tal-konċessjonarji inkarigati mill-ġestjoni tal-logħob ipprattikat fuq apparat tal-logħob tinvolvi restrizzjoni għal-libertà ggarantita minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE, l-imsemmija dispożizzjoni tipprekludi li tali restrizzjoni tkun tista’ tiġi ġġustifikata fid-dawl ta’ għanijiet esklużivament ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet marbuta mal-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi.

2)

Sa fejn l-Artikolu 49 TFUE jkun applikabbli, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas temporanjament, matul il-perijodu ta’ ftehimiet ta’ konċessjoni konklużi bejn kumpanniji u l-amministrazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ir-remunerazzjoni tal-konċessjonarji stipulata fl-imsemmija ftehimiet, sakemm ma jidhirx, fid-dawl tal-portata tal-impatt ta’ dan it-tnaqqis fuq il-profitabbiltà tal-investimenti mwettqa mill-konċessjonarji u tan-natura f’daqqa u imprevedibbli eventwali ta’ din il-miżura, li l-imsemmija konċessjonarji ma ngħatawx iż-żmien neċessarju sabiex jadattaw ruħhom għal din is-sitwazzjoni l-ġdida.


(1)  ĠU C 28, 25.01.2021.


Top