EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0151

Kawża T-151/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jirrappreżentaw grifun — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Drittijiet tal-awtur preċedenti protetti mid-dritt nazzjonali — Artikolu 53(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 60(2)(ċ) tar-Regolament 2017/1001] — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001]”)

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ)

(Kawża T-151/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta barri bil-ġwienaħ - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jirrappreżentaw grifun - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 53(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Drittijiet tal-awtur preċedenti protetti mid-dritt nazzjonali - Artikolu 53(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 60(2)(ċ) tar-Regolament 2017/1001] - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li issa sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001]”))

(2018/C 152/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Johann Graf (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Salomonowitz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Marriott Worldwide u J. Graf.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Jannar 2017 (Każ R 165/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Marriott Worldwide Corp.

3)

Johann Graf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


Top