EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0824

Kawża T-824/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Kiosked vs EUIPO – VRT (K) “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva K — Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Kiosked vs EUIPO – VRT (K)

(Kawża T-824/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva K - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2018/C 152/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kiosked Oy Ab (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P.-Y. Thoumsin u E. Van Melkebeke, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 279/2016–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VRT u Kiosked.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kiosked Oy Ab għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT).


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


Top