EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0125
Case C-125/18: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spain) lodged on 16 February 2018 — Marc Gómez del Moral Guasch v Bankia S.A.
Kawża C-125/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-16 ta’ Frar 2018 – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia S.A.
Kawża C-125/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-16 ta’ Frar 2018 – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia S.A.
ĠU C 152, 30.4.2018, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-16 ta’ Frar 2018 – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia S.A.
(Kawża C-125/18)
(2018/C 152/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Il-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Barcelona, Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marc Gómez del Moral Guasch
Konvenuta: Bankia S.A.
Domandi preliminari
1. |
L-indiċi IRPH (1) Cajas, għandu jkun suġġett għal protezzjoni ġudizzjarja fis-sens li jiġi eżaminat jekk dan jinftiehemx mill-konsumatur mingħajr ma jkun prekluż li jiġi rregolat minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi, inkwantu dan ma huwiex previst fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 (2) ġaladarba ma jirrigwardax dispożizzjoni obbligatorja iżda interess varjabbli u remuneratorju li jiġi inkluż b’mod fakultattiv mill-professjonist inkarigat mill-kuntratt? |
2. |
|
3. |
Fil-każ li tiġi ddikjarata n-nullità tal-IRPH Cajas, liema miż-żewġ konsegwenzi li ġejjin tkun konformi mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 fin-nuqqas ta’ ftehim jew jekk ftehim kien jirriżulta li huwa iktar dannuż għall-konsumatur?
|
(1) Índice de Referencia de Préstamos Hipotecarios (Indiċi ta’ Referenza għal Self Ipotekarju).
(2) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).