EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0094

Kawża C-94/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) fit-12 ta’ Frar 2018 – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) fit-12 ta’ Frar 2018 – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-94/18)

(2018/C 152/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nalini Chenchooliah

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Fil-każ li konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita d-drittijiet ta’ moviment liberu taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tkun ġiet irrifjutata d-dritt ta’ residenza taħt l-Artikolu 7 minħabba li ċ-ċittadin tal-Unjoni inkwistjoni ma kienx, jew ma kienx iktar, jeżerċita d-drittijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-Unjoni Ewropea fl-Istat Membru ospitanti kkonċernat, u fil-każ li jiġi propost li l-konjuġi għandha titkeċċa minn dak l-Istat Membru, din it-tkeċċija għandha sseħħ skont u konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, jew din it-tkeċċija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun li t-tkeċċija għandha sseħħ skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE, din it-tkeċċija għandha sseħħ skont u konformement mar-rekwiżiti tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2004/38/KE, u partikolarment l-Artikoli 27 u 28 tagħha, jew l-Istat Membru, f’ċirkustanzi bħal dawn, jista’ jibbaża fuq dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2004/38/KE, b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tagħha?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


Top