EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0057

Kawża C-57/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2018 – AX vs BW

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2018 – AX vs BW

(Kawża C-57/18)

(2018/C 152/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AX

Konvenuti: BW

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/59/KE”) għandu jiġi interpetat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment, għandu jitqies in-numru ta’ ħaddiema impjegati fil-kors normali tal-attività tal-istabbiliment?

2.

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi, jistgħu jitqiesu l-ħaddiema temporanji li jaħdmu fih?

Fil-każ li għat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

3.

Liema kundizzjonijiet japplikaw għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ħaddiema temporanji sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema abitwalment impjegati fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.


Top