EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0055

Kawża C-55/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

(Kawża C-55/18)

(2018/C 152/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO)

Konvenuta: Deutsche Bank SAE

Partijiet interessati: Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT), Confederación General del Trabajo (CGT), Confederación Solidaridad de Trabajadores Vascos (ELA), Confederación Intersindical Galega (CIG)

Domandi preliminari

1)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jitqies li, permezz tal-Artikoli 34 u 35 tal-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) kif interpretati mill-ġurisprudenza [Spanjola], adotta l-miżuri neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-limitazzjoni tal-ħin tax-xogħol u ta’ mistrieħ ta’ darba fil-ġimgħa u ta’ kuljum, prevista fl-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (1), fir-rigward ta’ ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3, 5, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 [omissis], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji?

3)

Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkluża fl-Artikoli 34 u 35 tal-Istatut tal-Ħaddiema, li minnha ma jistax jiġi dedott, kif tenfasizza ġurisprudenza [Spanjola] stabbilita, li l-impriż[i] huma obbligati jistabbilixxu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol effettiv ta’ kuljum maħdum mill-ħaddiema full-time li ma aċċettawx espressament, b’mod individwali jew kollettivament, li jaħdmu sigħat addizzjonali u li ma humiex ħaddiema mobbli, parti mill-flotta merkantili jew ħaddiema ferrovjarji, tippermetti li jiġi ggarantit, fir-rigward ta’ ħaddiema ordinarji, l-obbligu, impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 3, 4, 6, 16 u 22 tad-Direttiva 2003/88 [omissis], moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 89/391 [omissis], li jillimitaw il-perijodu ta’ ħin tax-xogħol tal-ħaddiema kollha inġenerali?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).


Top