EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0339

Kawża C-339/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2015 – Proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght vs Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

ĠU C 311, 21.9.2015, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2015 – Proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght vs Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

(Kawża C-339/15)

(2015/C 311/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luc Vanderborght

Konvenuta: Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut kull reklamar, ikun min ikun l-awtur, għall-kura orali jew dentali, bħall-Artikolu 1 – Liġi Belġjana tal-15 ta’ April 1958 dwar ir-reklamar fil-qasam tal-kura dentali?

2)

Il-projbizzjoni tar-reklamar ta’ kura orali jew dentali għandha tiġi mqabbla ma’ “regoli […] konnessi ma’ aspetti ta’ saħħa u sigurtà ta’ prodotti” skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2005/29/KE […]?

3)

Id-Direttiva 2005/29/KE […] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali li tispeċifika fid-dettal ir-rekwiżiti ta’ diskrezzjoni li għandhom jiġu sodisfatti mis-sinjal tal-klinika tad-dentist intiż għall-pubbliku, bħall-Artikolu 8d tad-Digriet Reali tal-1 ta’ Ġunju 1934 li jirregola l-eżerċizzju tal-professjoni tad-dentistrija?

4)

Id-Direttiva 2000/31/KE (2) KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut kull reklamar, ikun min ikun l-awtur tiegħu, għal kura orali jew dentali, inkluż reklamar kummerċjali b’mezzi elettroniċi (website), bħala ma hu l-Artikolu 1 tal-Liġi Belġjana tal-15 ta’ April 1958 dwar ir-reklamar fil-qasam tal-kura dentali?

5)

Il-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” kif iddefinit mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE li jirreferi għall-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE (3), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (4)?

6)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tipproteġi s-saħħa pubblika, timponi projbizzjoni ta’ reklamar għall-kura dentali?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).

(2)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(3)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

(4)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


Top