EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0485

Kawża C-485/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv — Eżenzjoni — Legati u donazzjonijiet — Differenza fit-trattament — organi jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ ftehim fiskali bilaterali)

ĠU C 311, 21.9.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-485/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv - Eżenzjoni - Legati u donazzjonijiet - Differenza fit-trattament - organi jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ ftehim fiskali bilaterali))

(2015/C 311/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. – S. Pilczer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi eżentat mit-taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv id-donazzjonijiet u l-legati li huma konċessi lil organi pubbliċi jew ta’ utilità pubblika biss meta l-imsemmija organi jkunu stabbiliti fi Franza jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, li jkun ikkonkluda ma’ Franza konvenzjoni bilaterali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 07, 12.01.2015.


Top