EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз

Обратно към началната страница на EUR-Lex

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62014CA0083

Kawża C-83/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – “CHEZ Razpredelenie Bulgaria” AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia (Direttiva 2000/43/KE — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika — Distretti urbani essenzjalment abitati minn persuni ta’ oriġini Roma — Installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri — Kunċetti ta’ “diskriminazzjoni diretta” u ta’ “diskriminazzjoni indiretta” — Oneru tal-prova — Possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni — Prevenzjoni ta’ tbagħbis ta’ arloġġi tad-dawl u ta’ konnessjonijiet tal-elettriku illegali — Proporzjonalità — Natura ġeneralizzata tal-miżura — Effett offensiv u stigmatizzanti tagħha — Direttivi 2006/32/KE u 2009/72/KE — Impossibbiltà għall-utenti finali li jikkontrolla l-konsum tal-elettriku tiegħu)

ĠU C 311, 21.9.2015г., стр. 8—9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – “CHEZ Razpredelenie Bulgaria” AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia

(Kawża C-83/14) (1)

((Direttiva 2000/43/KE - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika - Distretti urbani essenzjalment abitati minn persuni ta’ oriġini Roma - Installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri - Kunċetti ta’ “diskriminazzjoni diretta” u ta’ “diskriminazzjoni indiretta” - Oneru tal-prova - Possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni - Prevenzjoni ta’ tbagħbis ta’ arloġġi tad-dawl u ta’ konnessjonijiet tal-elettriku illegali - Proporzjonalità - Natura ġeneralizzata tal-miżura - Effett offensiv u stigmatizzanti tagħha - Direttivi 2006/32/KE u 2009/72/KE - Impossibbiltà għall-utenti finali li jikkontrolla l-konsum tal-elettriku tiegħu))

(2015/C 311/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“CHEZ Razpredelenie Bulgaria” AD

Konvenuta: Komisia za zashtita ot diskriminatsia

fil-preżenza ta’: Anelia Nikolova, Darzhavna Komisia za energiyno i vodno regulirane

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika” fis-sens tad-Direttiva 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 1 u 2(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li fihom l-arloġġi tad-dawl kollha f’distrett urban li fih jgħixu essenzjalment persuni ta’ oriġini Roma, huma installati fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri, filwaqt li f’distretti oħrajn, l-arloġġi huma installati f’għoli ta’ inqas minn żewġ metri, l-imsemmi kunċett għandu japplika indipendentement minn jekk l-imsemmija miżura kollettiva tolqotx lill-persuni li għandhom ċertu oriġini etnika jew lil dawk li, mingħajr ma jkollhom l-imsemmija oriġini jġarrbu, flimkien ma’ dawn li għandhom din l-oriġini, it-trattament inqas favorevoli jew l-iżvantaġġ partikolari li jirriżulta minn din il-miżura.

2)

Id-Direttiva 2000/43, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) u (b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li teżisti diskriminazzjoni diretta jew diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika fl-oqsma koperti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, it-trattament inqas favorevoli jew l-iżvantaġġ partikolari, li għalihom jirreferu l-imsemmija punti (a) u (b) rispettivament għandhom jippreġudikaw id-drittijiet jew l-interessi leġittimi.

3)

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jekk jirriżulta li l-imsemmija miżura tkun ġiet stabbilita u/jew miżmuma fis-seħħ għal raġunijiet marbuta mal-oriġini etnika komuni għall-parti l-kbira tar-residenti tad-distrett ikkonċernat, aspett li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża kif ukoll ir-regoli dwar l-inverżjoni tal-oneru tal-prova msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva.

4)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

din id-dispożizzjoni tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex ikun hemm diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, l-iżvantaġġ partikolari għandu jkun ġie kkawżat minħabba raġunijiet ta’ razza jew ta’ oriġini etnika;

il-kunċett ta’ dispożizzjoni, kriterju jew prattika “apparentement newtrali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni jirreferi għal dispożizzjoni, kriterju jew prattika li huma fformulati jew applikati, fl-apparenza, b’mod newtrali, jiġifieri b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi differenti mill-karatteristika protetta u mhux ekwivalenti għaliha;

il-kunċett ta’ “żvantaġġ partikolari”, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, ma jirreferix għall-każijiet ta’ inugwaljanza gravi, flagranti u partikolarment sinjifikattivi iżda jfisser li huma partikolarment il-persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika partikolari li, minħabba d-dispożizzjoni, il-kriterju jew il-prattika inkwistjoni, jinsabu fi żvantaġġ;

jekk jiġi preżunt li miżura, bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tal-imsemmija direttiva, tali miżura għalhekk tista’ fil-prinċipju tikkostitwixxi, fis-sens tal-imsemmi punt (b) tal-Artikolu 2(2), prattika apparentement newtrali li tirriżulta fi żvantaġġ partikolari għall-persuni ta’ oriġini etnika partikolari meta mqabbla ma’ persuni oħra;

tali miżura ma tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata mir-rieda li jiġu żgurati s-sigurtà tan-netwerk ta’ trasport tal-elettriku u kontroll xieraq tal-konsum tal-elettriku ħlief bil-kundizzjoni li l-imsemmija miżura ma teċċedix il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet leġittimi u li l-inkonvenjenzi kkawżati ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija. Dan ma huwiex il-każ jekk jiġi kkonstatat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, jew li jeżistu mezzi oħra xierqa u inqas restrittivi li jippermettu li jintlaħqu l-imsemmija għanijiet jew, u fin-nuqqas ta’ tali mezzi, li l-imsemmija miżura tippreġudika b’mod sproporzjonat l-interess leġittimu tal-utenti finali tal-elettriku li jgħixu fid-distrett ikkonċernat, li huwa essenzjalment abitat minn residenti ta’ oriġini Roma, li jkollhom aċċess għall-provvista tal-elettriku bil-kundizzjonijiet li ma humiex ta’ natura offensiva jew stigmatizzanti u li jippermettulhom jikkontrollaw il-konsum tal-elettriku tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


Нагоре