EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0425

Kawża C-425/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati sabiex l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea tintrabat mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstralja — Direttivi ta’ negozjati — Kumitat speċjali — Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE — Bilanċ istituzzjonali]

ĠU C 311, 21.9.2015, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-425/13) (1)

([Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati sabiex l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea tintrabat mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstralja - Direttivi ta’ negozjati - Kumitat speċjali - Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE - Bilanċ istituzzjonali])

(2015/C 311/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u D. Warin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel, M. Moore u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u E. Ruffer, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, L. Volck Madsen u U. Melgaard, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u B. Beutler, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, G. de Bergues, F. Fize u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u M. Holt, aġenti, assistiti minn J. Holmes u B. Kennelly, barristers)

Dispożittiv

1)

Huma annullati, taħt it-Taqsima A (“Proċedura ta’ negozjati”) tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-13 ta’ Mejju 2013, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar it-tqegħid tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’rabta ma’ skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet stabbilita fl-Awstralja:

it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ din it-Taqsima A, li tipprovdi li “[j]ekk meħtieġ, pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill”, u

fil-punt 3 ta’ din it-taqsima, il-kliem “u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura li wasslet għad-digriet Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-425/13, EU:C:2014:91).

4)

Il-Parlament Ewropew u kif ukoll ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


Top