EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0212

Kawża T-212/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ April 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

ĠU C 178, 22.6.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

(Kawża T-212/13)

2013/C 178/22

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Madaus GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Späth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Indena SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Jannar 2013 (Każ R 27/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti;

fil-każ li Indena S.p.A. tingħaqad fl-appell bħala parti intervenjenti, tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż tagħha stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ECHINAMID” għal prodotti fil-klassi 1 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 6 830 103

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Griega “ECHINACIN” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppiżizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


Top