EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0035
Case T-35/13: Action brought on 23 January 2013 — Meta Group v European Commission
Kawża T-35/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-35/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 79, 16.3.2013, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/29 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-35/13)
2013/C 79/49
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli, u A. Formica, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-12.11.2012 (referenza nru 1328694), li għandha bħala għan “il-ħlas permezz ta’ tpaċija bejn il-krediti u d-debiti tal-Kummissjoni”, li biha l-Kummissjoni kienet tikkomunika l-imsemmija tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 69 061,89 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-Up (nru 245637) mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833. |
— |
tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380282), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative (nru 245599), mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833. |
— |
tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380323), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative mad-debitu korrispettiv ekwivalenti. |
— |
tannulla n-nota tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-22.11.2012 (referenza nru 1387638), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 220 518,25 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-UP (nru 245637) u Ecolink+ (nru 256224) mas-somma ta’ EUR 209 180,92, hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833. |
B’konsegwenza ta’ dan:
— |
tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas favur ir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 424 787, kif ukoll għall-interessi moratorji. |
— |
tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas tad-dannu li ġie mġarrab mir-rikorrenti minħabba f’hekk. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk imsemmija fil-Kawża T-34/13.