EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0577

Kawża C-577/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Wien (l-Awstrija) fl- 10 ta’ Diċembru 2012 — Michaela Hopfgartner

ĠU C 79, 16.3.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Wien (l-Awstrija) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Michaela Hopfgartner

(Kawża C-577/12)

2013/C 79/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michaela Hopfgartner

Konvenut: Finanzamt Wien

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 56 et seq TFUE), jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li l-estensjoni tad-dritt għall-ħlas ta’ allowances tal-familja tingħata biss — fost kundizzjonijiet oħra — meta l-post li fih isseħħ l-attività ta’ għajnuna volontarja jkun jinsab fit-territorju Awstrijak?


Top