EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0261

Kawża C-261/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Jannar 2013 — Annunziata Del Prete vs Giorgio Armani SpA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reputazzjoni — Sinjal figurattiv “AJ AMICI JUNIOR” — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS u tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR)

ĠU C 79, 16.3.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Annunziata Del Prete vs Giorgio Armani SpA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-261/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reputazzjoni - Sinjal figurattiv “AJ AMICI JUNIOR” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS u tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR)

2013/C 79/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Annunziata Del Prete (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Giorgio Armani SpA, (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u F. Mattina, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali — (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012, Armani vs UASI (T-420/10), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2010, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani SpA u Annunziata Del Prete (Każ R 1360/2009-2) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Annunziata Del Prete hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


Top