EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0022

Kawża T-22/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Novembru 2011 — Esprit International vs UASI — Marc O’Polo International (Rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ittra — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 370, 17.12.2011, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2011 — Esprit International vs UASI — Marc O’Polo International (Rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but)

(Kawża T-22/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ittra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 370/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Esprit International LP (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Treis, u E.-M. Strobel avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marc O’Polo International GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Gaul, V. Spitz, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1666/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marc O’Polo International GmbH u Esprit International LP.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Esprit International LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


Top