EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0511

Kawża C-511/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 27 ta’ Ottubru 2011 — Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, IML Industria Meccanica Lombarda Srl ( “Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1136/2006 — Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7)(a) u (10)” )

ĠU C 370, 17.12.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 — Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, IML Industria Meccanica Lombarda Srl

(Kawża C-511/09 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1136/2006 - Determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7)(a) u (10))

2011/C 370/14

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd (rappreżentant: P. Bentley QC)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, (rappreżentanti: J.-P. Hix B. Driessen, aġenti, G. Berrisch, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti), IML Industria Meccanica Lombarda Srl (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali) (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009, Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd vs Il-Kunsill (T-296/06), li tiċħad talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi b’lever arch li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 352M p. 451) — Determinazzjoni tal-marġni tad-dumping

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Dongguan Nanzha Leco Stationery Mfg. Co., Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u IML Industria Meccanica Lombarda Srl.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


Top