EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0722(02)

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 , ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 , ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 , ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 , ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 , ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5 , ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15 ; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2 ; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15 ; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5 ; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26 ; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8 ; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5 ; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1 )

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/26


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5, ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11, ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14, ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12, ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1)

2011/C 216/09

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-ITALJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permessi ta’ residenza b’validità temporanja – validi minn 3 xhur sa mhux iktar minn 3 snin. Dawn jinħarġu għar-raġunijiet li ġejjin:

Affidamento (Maħruġ lil dawk it-tfal li huma barranin u li huma temporanjament miċħuda minn ambjent ta' familja xieraq)

Motivi umanitari (della durata superiore ai tre mesi) (Raġunijiet Umanitarji (validu għal iktar minn tliet xhur)

Motivi religiosi (Raġunijiet reliġjużi)

Studio (Studju)

Missione (Maħruġ lil dawk il-barranin li daħlu fl-Italja permezz ta’ viża għal “Missjoni” għall-għanijiet ta’ żjara temporanja)

Asilo politico (asil politiku)

Apolidia (Persuni bla stat/ apolidi)

Tirocinio formazione professionale (Taħriġ ta’ apprentistat)

Riacquisto cittadinanza italiana (Maħruġ lil dawk il-barranin li qed jistennew l-għotja jew ir-rikonoxximent ta’ ċittadinanza Taljana)

Ricerca scientifica (Riċerka xjentifika)

Attesa occupazione (Impjieg pendenti)

Lavoro autonomo (Impjieg indipendenti)

Lavoro subordinato (Impjiegi)

Lavoro subordinato stagionale (Impjieg skont l-istaġun)

Famiglia (Familja)

Famiglia minore 14-18 (Permess ta’ residenza għal tfal ta’ familja ta’ bejn 14 u 18-il sena)

Volontariato (Volontarjat)

Protezione sussidiaria (permesso di soggiorno rilasciato ai sensi del D.L. n. 251 del 19 novembre 2007 in recepimento della Direttiva n. 83/2004/CE) (Protezzjoni sussidjarja (permess ta’ residenza maħruġ skont id-Digriet Nru 251 tad-19 novembru 2007 mit-traspożizzjoni tad-Direttiva Nru 83/2004/KE)

Permesso di soggiorno CE per lungo soggiornanti con una validità permanente (Permess ta’ residenza fil-KE b’validità permanenti)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Permessi ta’ residenza maħruġa bħala karta (ibbażati fuq il-liġi nazzjonali) u l-validità tagħhom tista’ tvarja minn perjodu ta’ inqas minn 3 xhur sakemm il-ħtieġa ma tibqax.

Carta di soggiorno con validità permanente e rilasciata prima dell'entrata in vigore del decreto legislativo 8 gennaio 2007, n. 3 che attua la direttiva 2003/109/CE per i soggiornanti di lungo periodo, equiparata dal decreto legislativo al permesso di soggiorno CE per i soggiornanti di lungo periodo (Karta ta’ residenza b’validità permanenti u maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 3 tat-8 jannar 2007, id-Direttiva 2003/109/KE għal soġġorn twil, imqabbla mad-Digriet Leġiżlattiv tal-permess ta’ residenza għal residenti fit-tul tal-KE)

Carta di soggiorno per familiari di cittadini dell'UE che sono i cittadini di paesi terzi con validità fino a cinque anni (Karta ta’ residenza għal membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi – validità ta’ mhux iktar minn ħames snin)

Carta d'identità M.A.E.: (Karta tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin)

Mod. 1 (blu) Corpo diplomatico accreditato e consorti titolari di passaporto diplomatico (Il-Mudell 1 (blu) Membri akkreditati tal-korpi diplomatiċi u l-konjuġi tagħhom li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 2 (verde) Corpo consolare titolare di passaporto diplomatico (Il-Mudell 2 (aħdar) Membri tal-korpi konsulari li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 3 (Orange) Funzionari II FAO titolari di passaporto diplomatico, di servizio o ordinario (Il-Mudell 3 (oranġjo) Kategorija II uffiċjali tal-FAO li jkollhom passaport diplomatiku, ta' servizz jew ordinarju)

Mod. 4 (Orange) Impiegati tecnico-amministrativi presso Rappresentanze diplomatiche titolari di passaporto di servizio (Il-Mudell 4 (oranġjo) Staff tekniku u amministrattiv tar-rappreżentanzi diplomatiċi li għandhom passaport tas-servizz)

Mod. 5 (Orange) Impiegati consolari titolari di passaporto di servizio (Il-Mudell 5 (oranġjo) Staff konsulari li għandhom passaport tas-servizz)

Mod. 7 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze diplomatiche titolare di passaporto di servizio (Il-Mudell 7 (griż) Staff domestiku ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 8 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze Consolari titolare di passaporto di servizio (Il-Mudell 8 (griż) Staff domestiku ta' rappreżentanzi konsulari li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 11 (beige) Funzionari delle Organizzazioni internazionali, Consoli Onorari, impiegati locali, personale di servizio assunto all'estero e venuto al seguito, familiari Corpo Diplomatico e Organizzazioni Internazionali titolari di passaporto ordinario (Il-Mudell 11 (beige) Uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, konsli onorarji, impjegati lokali, staff domestiku impjegat barra mill-pajjiż u li segwew lil min iħaddimhom, familji ta' membri tal-korpi diplomatiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jkollhom passaport ordinarju)

NB: Il-mudelli 6 (oranġjo) u 9 (aħdar) għal staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li ma jkollhomx immunità u konsli onorarji barranin, rispettivament, m’għadhomx jinħarġu u nbidlu bil-mudell 11. Madankollu, dawn id-dokumenti jibqgħu validi sad-data ta' skadenza mniżżla fuqhom.

Dan li ġej jiżdied fuq wara tal-Karti tal-Identità: din il-Karta tal-Identità teżenta lid-detentur mill-bżonn li jkollu permess ta’ żjara u flimkien ma' dokument validu tal-ivjaġġar din tippermetti li jidħol fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat ta’ Schengen.

Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea.


Top