EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0015

Kawża F-15/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Frar 2011 — Mariën vs EEAS

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/30


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — Mariën vs EEAS

(Kawża F-15/11)

2011/C 139/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peter Mariën (Elsene, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Theeuwes u F. Pons, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Afganistan li tordna lill-membri ta’ din d-delegazzjoni jitilqu mil-lukandi tagħhom u jitrasferixxu ruħhom f’kumpless residenzjali tal-UE.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fil-messaġġ tal-posta elettronika tal-11 ta’ Jannar 2011, tar-Rappreżentant Speċjali u Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li jordna lir-rikorrent biex fl-14 ta’ Jannar 2011, jitrasferixxi għall-kumpless residenzjali f’Kabul, l-Afganistan;

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż kollha relatati mal-miżuri ta’ residenza temporanja;

tikkundanna lil SEAE tindenizza fl-ammont ta’ EUR 10 000 lir-rikorrent għall-istress psikoloġiku u għad-danni kkawżati lilu;

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.


Top