EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0477

Kawża C-477/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Charles Defossez vs Christian Wiart, fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Sotimon SARL, Office national de l'emploi fonds de fermeture d'entreprises, Centre de gestion et d’études de l’Association pour la gestion du régime de garantie des créances des salariés de Lille (CGEA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 80/987/KEE u 2002/74/KE — Insolvenza ta’ min iħaddem — Protezzjoni tal-ħaddiema — Ħlas ta’ krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema — Determinazzjoni tal-istituzzjoni ta’ garanzija kompetenti — L-iktar garanzija favorevoli skont id-dritt nazzjonali — Possibbiltà li wieħed jinvoka din il-garanzija)

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Charles Defossez vs Christian Wiart, fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Sotimon SARL, Office national de l'emploi fonds de fermeture d'entreprises, Centre de gestion et d’études de l’Association pour la gestion du régime de garantie des créances des salariés de Lille (CGEA)

(Kawża C-477/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 80/987/KEE u 2002/74/KE - Insolvenza ta’ min iħaddem - Protezzjoni tal-ħaddiema - Ħlas ta’ krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema - Determinazzjoni tal-istituzzjoni ta’ garanzija kompetenti - L-iktar garanzija favorevoli skont id-dritt nazzjonali - Possibbiltà li wieħed jinvoka din il-garanzija)

2011/C 139/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Charles Defossez

Konvenuti: Christian Wiart, fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Sotimon SARL, Office national de l'emploi fonds de fermeture d'entreprises, Centre de gestion et d’études de l’Association pour la gestion du régime de garantie des créances des salariés de Lille (CGEA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 261), flimkien mal-Artikolu 9 tal-istess direttiva — Determinazzjoni tal-istituzzjoni ta’ garanzija kompetenti għall-ħlas tal-krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema — Istituzzjoni ta’ garanzija tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiema jeżerċitaw ix-xogħol abitwali tagħhom — Possibbiltà, għall-ħaddiema impjegati, li jgawdu mill-iktar garanzija favorevoli tal-istituzzjoni li min jimpjeghom ikun assigurat magħha u li lilha jħallas il-kontribuzzjonijiet skont id-dritt nazzjonali.

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, fil-verżjoni tagħha preċedenti għal dik li tirriżulta wara l-emendi effettwati bid-Direttiva 2002/74/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li, għal ħlas tal-krediti mhux imħallsa ta’ ħaddiem li wettaq abitwalment l-attività salarjali tiegħu fi Stat Membru ieħor għajr dak ta’ fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat ta’ min iħaddmu, li ġie ddikjarat insolventi qabel it-8 ta’ Ottubru 2005, meta din il-persuna li tħaddem ma tkunx stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor u meta tkun issodisfat l-obbligu tagħha ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, hija din l-istituzzjoni tal-aħħar li hija responsabbli mill-obbligi definiti minn dan l-artikolu.

Id-Direttiva 80/987 ma tipprekludix liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi li ħaddiem jista’ jinvoka l-garanzija salarjali tal-istituzzjoni nazzjonali, skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru, sussidjarjament għal jew minflok il-garanzija offruta mill-istituzzjoni indikata bħala dik kompetenti skont din id-direttiva, sakemm, madankollu, l-imsemmija garanzija tagħti lok għal livell għola ta’ protezzjoni tal-ħaddiema.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


Top