EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0379

Kawża C-379/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Brussel — il-Belġju) — Maurits Casteels vs British Airways plc (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni addizzjonali — Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kunsill — Ħaddiem impjegat suċċessivament mill-istess persuna f’diversi Stati Membri)

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Brussel — il-Belġju) — Maurits Casteels vs British Airways plc

(Kawża C-379/09) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Protezzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni addizzjonali - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kunsill - Ħaddiem impjegat suċċessivament mill-istess persuna f’diversi Stati Membri)

2011/C 139/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maurits Casteels

Konvenuta: British Airways plc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 KE u 42 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1998, dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 323) — Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kunsill — Ħaddiem impjegat suċċessivament f’postijiet tan-negozju differenti tal-istess persuna li tħaddem fi Stat Membri differenti (minbarra fil-kuntest ta’ kollokament) u li jkun suġġett, kull darba, għal skema ta’ assigurazzjoni tal-irtirar addizzjonali li hija applikabbli lokalment

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 48 TFUE ma għandux effett dirett li jista’ jiġi invokat minn individwu kontra persuna li tħaddmu fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża li titressaq quddiem il-qrati nazzjonali.

(2)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-kuntest tal-applikazzjoni mandatorja ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol:

li, għad-determinazzjoni tal-perijodu tal-kisba tad-drittijiet definittivi għall-benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali fi Stat Membru, ma jittieħdux inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz imwettqa minn ħaddiem għall-istess persuna li tħaddmu fi stabbilimenti tagħha li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti u bis-saħħa tal-istess kuntratt ta’ xogħol ġenerali, u

li, ħaddiem li jkun ġie ttrasferit minn stabbiliment tal-persuna li tħaddmu li jinsab fi Stat Membru għal stabbiliment ieħor tal-istess persuna li tħaddmu li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, jitqies li jkun telaq lil tali persuna li tħaddmu fuq inizjattiva tiegħu stess.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


Top