EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0511

Kawża T-511/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' Jannar 2009 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afghanistan (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Ċaħda ta' offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Telf ta' opportunità — Nuqqas ta' urġenza)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 — Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afghanistan

(Kawża T-511/08 R) (1)

(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' urġenza)

(2009/C 82/45)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unity OSG FZE (Sharjah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: C. Bryant u J. McEwen, solicitors)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: G. Marhic u A. Vitro, aġenti); u Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) (Kabul, l-Afganistan)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, meħuda minn EUPOL Afghanistan fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt ta' provvista ta' servizzi ta' sigurtà u ta' protezzjoni mill-qrib fl-Afganistan lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 32, 7.2.2009.


Top