EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0054

Kawża C-54/09 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta' Frar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fil- 11 ta' Diċembru 2008 , fil-Kawża T-339/06, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/21


Appell ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2008, fil-Kawża T-339/06, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-54/09 P)

(2009/C 82/37)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u M. Tassopoulou)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza;

tilqa' r-rikors tar-Repubblika Ellenika skont it-talbiet tagħha;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika ssostni: 1) li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 16(1) u (2) u l-Artikolu (17) tar-Regolament Nru 227/2000, billi kkunsidrat li t-terminu previst fis-subparagrafu (1) ta' dan l-Artikolu huwa eżawrjenti, mentri fil-fatt, tali terminu huwa indikattiv, kif jirriżulta mill-interpretazzjoni tas-subparagrafu (2) tal-Artikoli 16 u 17 tal-istess Regolament; 2) li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 10 tat-Trattat u l-prinċipji ġenerali tal-liġi, peress li l-Kummissjoni Ewropea ammettiet li kienet taf bid-data li ġiet aġġustata 23 ġurnata qabel ma ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, iżda ma ħadethiex inkunsiderazzjoni, u aċċettat data ppreżentata minn Stati Membri oħra barra t-terminu, mentri rrifjutat li timxi bl-istess mod fil-każ tal-Greċja, u b'hekk kisret il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ta' trattament ugwali u, 3) li s-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim'Istanza għandha motivazzjoni kontradittorja inkwantu l-affermazzjoni tan-natura eżawrjenti tat-terminu tikkontraddixxi l-affermazzjoni u l-istqarrija tal-fatt li l-Kummissjoni taċċetta data ppreżentata anke wara li jiddekorri t-terminu.


Top