EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0224

Kawża C-224/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-224/08) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

(2009/C 82/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Huvelin, V. Peere u H. Støvlbæk, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues u B. Messmer, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 363, p. 141)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008.


Top