EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0093

Kawża C-93/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Talba għal domanda preliminari — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Artikolu 11 — Proċedura semplfikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta — Determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali — Penali amministrattiva)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-93/08) (1)

(Talba għal domanda preliminari - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Artikolu 11 - Proċedura semplfikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta - Determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali - Penali amministrattiva)

(2009/C 82/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schenker SIA

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU L 196, p. 7) — Proċedura semplifikata ta' abbandun ta' merkanzija sabiex tiġi distrutta, mingħajr ma jiġi stabbilit minn qabel jekk jeżistix ksur ta' dritt ta' proprjetà intelletwali taħt il-liġi — Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-impożizzjoni ta' penali amministrattiva meta l-merkanzija ddikjarata tippreġudika dritt ta' proprjetà intelletwali

Dispożittiv

Il-fatt li tinbeda, bi ftehim mad-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u mal-importatur, il-proċedura semplifikata pprovduta fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta' Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, ma jċaħħadx lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mis-setgħa li jimponu, fuq dak responsabbli għall-importazzjoni ta' dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, “penali” fis-sens tal-Artikolu 18 ta' dan ir-regolament bħalma hija multa amministrattiva.


(1)  ĠU C 128 tal-24.5.2008.


Top