EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FA0145

Kawża F-145/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 22 ta' Mejju 2008 — Pascual-García vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Konkors ġenerali — Kundizzjonijiet ta' ammissjoni — Esperjenza professjonali meħtieġa — Rifjut li jiġi rreklutat kandidat imniżżel fil-lista ta' riserva — Setgħa ta' evalwazzjoni tal-bord u ta' l-Awtorità tal-Ħatra)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 71–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/71


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Pascual-García vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-145/06) (1)

(Servizz pubbliku - Konkors ġenerali - Kundizzjonijiet ta' ammissjoni - Esperjenza professjonali meħtieġa - Rifjut li jiġi rreklutat kandidat imniżżel fil-lista ta' riserva - Setgħa ta' evalwazzjoni tal-bord u ta' l-Awtorità tal-Ħatra)

(2008/C 209/129)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Cesar Pascual-García (Madrid, Spanja) [rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej [rappreżentanti: J. Currall u M. Velardo, aġenti]

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta' April 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni li ma jikkunsidrax il-kandidatura tar-rikorrent għall-post imsemmi fl-avviż ta' post vakanti COM/2005/2969 — B*3/B*11 — IHCP — Ispra, u li jżid kumment fil-lista ta' riserva tal-kompetizzjoni EPSO/B/23/04 li jinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti mill-avviż ta' l-imsemmija kompetizzjoni

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni, tas-7 ta' April 2006, li ma jikkunsidrax il-kandidatura ta' Pascual Garcia għall-avviż ta' post vakanti COM/2005/2969 u li jżid kumment fil-lista ta' riserva tal-kompetizzjoni EPSO/B/23/04 li jinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti mill-avviż ta' l-imsemmija kompetizzjoni hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007, p. 42.


Top