EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FA0074

Kawża F-74/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l- 24 ta' April 2008 — Longinidis vs Cedefop (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Assenjazzjoni mill-ġdid — Bord ta' l-Appell — Kompożizzjoni u regolament intern — Komportament żleali — Tkeċċija — Motivazzjoni — Żball manifest ta' evalwazzjoni — Abbuż ta' poter)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/70


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' April 2008 — Longinidis vs Cedefop

(Kawża F-74/06) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni mill-ġdid - Bord ta' l-Appell - Kompożizzjoni u regolament intern - Komportament żleali - Tkeċċija - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż ta' poter)

(2008/C 209/127)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pavlos Longinidis (Panorama, il-Greċja) [rappreżentant: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati]

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop) [rappreżentant: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) li ttemm il-kuntratt għal żmien indefinit tar-rikorrent kif ukoll ta' numru ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw b'mod partikolari l-bord ta' l-appell taċ-Cedefop u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006, p. 15.


Top