EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0397

Kawża T-397/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 17 ta' Ġunju 2008 — Dow AgroSciences vs EFSA (Rikors għal annullament — Rikors għal responsabbiltà — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/54


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — Dow AgroSciences vs EFSA

(Kawża T-397/06) (1)

(Rikors għal annullament - Rikors għal responsabbiltà - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)

(2008/C 209/96)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, Hertfordshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: l-ewwel A. Cuvillier u D. Detken, wara A. Cuvillier u S. Gabi, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' l-opinjoni ta' l-EFSA tat-28 ta' Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva haloxyfop-R skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu sostnut

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dow AgroSciences Ltd, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top