EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0312

Kawża T-312/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 17 ta' Ġunju 2008 — FMC Chemical vs EFSA (Rikors għal annullament — Rikors għar-responsabbiltà — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (AESI) — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/53


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — FMC Chemical vs EFSA

(Kawża T-312/06) (1)

(Rikors għal annullament - Rikors għar-responsabbiltà - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (AESI) - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)

(2008/C 209/95)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Chemical (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avocats)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (AESI) (rappreżentanti: l-ewwel A. Cuvillier u D. Detken, imbagħad A. Cuvillier u S. Gabbi, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avocats)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Doherty, aġent)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-AESI, tat-28 ta' Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva carbosuflan skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FMC Chemical SPRL, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (AESI), l-European Crop Protection Association (ECPA) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top