EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0311

Kawża T-311/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 17 ta' Ġunju 2008 — FMC Chemical u Arysta Lifesciences vs EFSA (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Direttiva 91/414/KEE — Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti — Avviż ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/53


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ġunju 2008 — FMC Chemical u Arysta Lifesciences vs EFSA

(Kawża T-311/06) (1)

(Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti - Avviż ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà)

(2008/C 209/94)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussel, il-Belġju) u Arysta Lifesciences SAS (Noguères, Franża) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avocats)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: l-ewwel A. Cuvillier u D. Detken, wara A. Cuvillier u S. Gabbi, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avocats)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Doherty, aġent)

Suġġett

Minn naħa, rikors għall-annullament ta' l-avviż ta' l-EFSA tat-28 ta' Lulju 2006, dwar l-evalwazzjoni tas-sustanza attiva carbofuran skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta' Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), u min-naħa l-oħra, rikors għal kumpens għad-dannu subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FMC Chemical SPRL, Arysta Lifesciences SAS, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, il-European Crop Protection Association (ECPA) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top