EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0299

Kawża T-299/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 20 ta' Ġunju 2008 — Leclercq vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tar-rikorrenti — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/52


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Ġunju 2008 — Leclercq vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/06) (1)

(Rikors għal annullament - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tar-rikorrenti - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2008/C 209/93)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sylvie Leclercq (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2004, li tirrifjuta, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti.

Dispożittiv

1)

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Sylvie Leclerq hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni. Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 326, 3.12.2006.


Top